Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 IL-MINISTERU għall-Ambjent, l-Enerġija u Intrapriża u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qed ikomplu joffru aktar sostenn fi- nanzjarju lil investituri privati li jix- tiequ jinvestu f'installazzjonijiet ta' enerġija rinovabbli kbar u medji. Saru diversi laqgħat ta' konsultazz- joni ma' entitajiet u organizzazz- jonjiet li jirraprezentaw l- imsieħba soċjali. Bħala riżultat tar-rakkoman- dazzjonijiet u s-suġġerimenti li tqa- jmu, il-Gvern qed jerġa' jgħin lil in- vestituri li jixtiequ jwettqu proġetti t'elettriku ġġenerat minn enerġija nadifa minn sorsi li jiġġeddu, bħar- riħ u x-xemx. Dan qed isir permezz ta' żewġ skemi. L-ewwel waħda hija miftuħa għal installazzjonijiet ta' enerġija rinov- abbli b'kapaċità minn 40kW sa inqas minn 200kW, filwaqt li t-tieni waħ- da tinkludi sistemi b'kapaċità minn 200kW sa inqas minn 1000kW. Il-Gvern qed jipprovdi għal ħames (5) sejħiet (ITB) f''dawn iż-żewġ kat- egoriji. L-ewwel sejħa għalqet f'Ottubru 2022. Bejn l-4 u t-12 ta' Jannar, 2023, ir-Regolatur ser jiftaħ it-tieni minn ħames sejħiet għall-offerti għal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn għajnu- na finanzjarja biex jinvestu f'sistemi li jiġġeneraw l-elettriku minn sorsi rinovabbli kbar u medji. Is-sejħiet ta' wara se jiftħu kif ġej: bejn il-5 u t-13 t'April, bejn l-4 u t-12 ta' Lulju u bejn it-3 u l-11 t'Ottubru, 2023. Permezz ta' din l-iskema, Malta qed tkompli ssaħħaħ is-sigurta' u d-di- versifikazzjoni tal- provvista tal-elet- triku, filwaqt li toħloq iktar oppor- tunitajiet ta' xogħol fl-ekonomija l-ħadra. Dawk l-investituri li huma interes- sati jibbenefikaw minn dawn l-iskemi jistgħu jsibu iktar informazzjoni u dettalji fuq is-sit elettroniku tar-Reg- olatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma: www.rews.org.mt Applikanti prospettivi li jkollhom mistoqsijiet jew diffikultajiet dwar dawn l-iskemi jistgħu jikkuntattjaw lir-Regolatur b'email fuq enquiry@ rews.org.mt jew billi jċemplu fuq 22955000. Il-Gvern ser joħroġ it-tieni sejħa għal installazzjonijiet t'Enerġija Rinovabbli kbar u medji

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022