Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 'Minflok vittma tmur tagħmel rapport l-għassa għaliex ma jsirux rapporti permezz ta' app?' Kif se nindirizzaw il-femiċidju? Reklutaġġ ta' pulizija għaqli, aktar użu tat-teknoloġija, Qorti effiċjenti b'aktar esperti u investiment fit-tfal. L-ILLUM tintervista lil President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca li tesprimi d-diżappunti tagħha fin- nuqqasijiet li wasslu għat-tielet tal-femiċidju ta' sena ANTHEA CACHIA Coleiro Preca tissuġġerixxi li l-esperti tal-Qorti għandhom ikunu impjegati fuq bażi full-time mal-Maġistrati jew l-Imħallfin, speċjalment dawk il-professjonisti psiko-soċjali. Qalet li filwaqt li l-Maġistrati huma mgħallma biex jaqraw u japplikaw il-liġi, sostenn psikoloġiku jgħinhom jiżnu dak li jintqal fil-kawżi u jagħmlu analiżi aħjar tas-sitwazzjoni. Apparti minn hekk qalet li rridu nassiguraw li jekk il-vittma għamlet il-kuraġġ li tirrapporta, għandu jiskatta proċess li jiżgura l-ħarsien u l-benesseri tal-vittma. Sostniet li issa n-nuqqasijiet "nafu x'inhuma u li issa wasal iż-żmien li li nindirizzawhom." Qalet li l-ekonomija tieħu ħafna attenzjoni iżda l-ħajja, ir-rispett u d-dinjità tal-bniedem huma importanti wkoll. Intant hija kompliet tispjega li fejn jidħlu soluzzjonijiet it-tul, li hija tiddeskrivi bħala essenzjali, huwa l-investiment fit-tfal, "għax dak li jaraw id-dar, joħduh magħhom l-iskola." Sostniet li vittmi li jaraw il- vjolenza domestika taffetwahom psikoloġikament, tant li jew jidħlu f 'qoxrithom jew inkella isiru bullies. Fil-fatt qalet li l-ibbuljar fl-iskejjel għadu realtà u qed jeqred il-ħajjiet ta' ħafna żgħażagħ. "Jekk se jsir bully fl- iskola, eventwalment se jsir bully fil-familja, fil-kommunità u fuq il-post tax-xogħol. L-investiment fit-tul irid ikun fit-tfal għax inkunu qed niżirgħu ż-żrieragħ fil-kommunità u nsaħħu l-mexxejja ta' pajjiżna," qalet Coleiro Preca. Fil-fatt hija enfasizzat li nistgħu nagħmlu ħafna liġijiet u inizjattivi iżda nkunu qed nirrepetu l-iżbalji tagħna stess jekk ma ninvestux f 'uliedna. 'Mhux ġust li l-Pulizija jkunu the jack of all trades' Din l-intervista issa ddur fuq ir- riżorsi umani, speċifikament fil- Korp tal-Pulizija u li "hija tortura psikoloġika li mara li għamlet il- kuraġġ li tirrapporta l-vjolenza, tagħmel sigħat twal tistenna fil- unit tal-vjolenza domestika." Apparti minn hekk Coleiro Preca qalet li kieku hi kienet Prim Ministru kienet tiżgura li l-Pulizija li jiltaqgħu mal-każi ta' vjolenza domestika, jingħataw aktar taħriġ. "Mhux sew li dħalt pulizija u trid tagħmel naqra minn kollox, iridu jingħataw speċjalizzazzjoni. Ma nistgħux nibqgħu jack of all trades. Bernice ħarbet minn taħt idejn is-sistema, Bernice għamlet kollox kif suppost, kellha wkoll deċiżjoni tal-Qorti u lanqas dik ma' ħadmet." "Minflok mara tmur id-depot u tagħmel rapport, għaliex ma nużawx it-teknoloġija li għandna għad-dispożizzjoni tagħna u jsiru rapporti permezz ta' app?" staqsiet Coleiro Preca. 'Ma nistgħux nibagħtu l-messaġġ li meta tkun akkużat b'allegazzjonijiet serji titħalla tagħmel li trid' Is-sena hija l-2020. Chantelle Chetcuti, omm ta' 43 sena li qiegħda fil-proċess li tissepara minn mar-raġel tagħha, Justin Borg. Mill-bidu tal-proċess, kull fejn tħares issib lill-eks raġel tagħha. Madankollu t-3 ta' Frar kienet l-aħħar darba li ratu hekk kif sfat maqtula, allegatament, minnu. Siegħat wara li ntlemaħ ikellem lil Chetcuti Borg tfaċċa quddiem il-Kwartieri Ġenerali bi ħwejġu mċappsa bid-demm. Madankollu sentejn wara Borg, b'allegazzjonijiet serji li ta madwar sitt daqqiet f 'ras u f 'għonq martu u b'kawża pendenti, imur jara Milan jara logħba futbol. Hekk sew? Din ma tkomplix tixhed li s-sistema qed tfalli lil dawn il-vittmi? "Din toffendina bħala nisa u irġiel u toffendi l-valuri tagħna wkoll. Dażgur li mhux sew. Ma nistgħux nagħtu l-impressjoni li inti tista' tagħmel li trid, tasal li toqtol lil xi ħadd imbagħad inti tkompli bil-ħajja tiegħek," sostniet b'rabja Coleiro Preca. Stqarret li dan huwa messaġġ mill-agħar u li jġib rabja kbira. Hija qalet li ma tistax tiem kif persuna b'dawn l-allegazzjonijiet ħarġet mill-pajjiż. Saħqet li hija konvinta li hemm sistema ta' alert meta persuni li mhux suppost joħorġu mill-pajjiż jistgħu jinżammu lura. "Jekk il-każ li kien hemm dan l-alert u xorta siefer, mela s-sistema falliet hawn ukoll," qalet Coleiro Preca. Hawn l-ILLUM fakkritha li persuna bil-ħelsien mill-arrest ma tistax titlaq mill-pajjiż, jekk ma jkolliex permess mill-Qorti. Għal dan hija qalet "jekk ħareġ bil- permess tal-Qorti, is-sitwazzjoni hija ħafna aktar gravi." "Jekk ingħata permess ta' xi tip, naħseb li l-pubbliku għandu jkun infurmat ukoll. L-istampa kif tidher hija kerha ħafna, fuq kollox hawn mhux qed nitkellmu fuq każ ċivili iżda każ kriminali u għaldaqstant dan jissarraf bħala att kontra s-soċejtà," qalet Coleiro-Preca. Fuq din in-nota, l-ILLUM twaqqaa għal darb'oħra u tistaqsi: "vittma li qed tbati fis- silenzju ta' darha/daru kif se jieqfu għall-vjolenza, meta dawk li waqqfu lill aggressur tagħhom, sfaw vittma tas-sistema u ġew maqtula xorta?" Coleiro Preca temmet tgħid li każijiet bħal ta' Bernice Cassar u Chantelle Chetcuti jkomplu jitfgħu lura lill-vittmi milli jagħmlu l-pass li jmiss. Qalet li fil-każ ta' Cassar, li nafu li għamlet dak kollu meħtieġ biex tipproteġi lilha nnifisha u xorta sfat vittma "lanqas hemm aġġettivi biżżejjed biex tiddeskriviha u ma ninsewx li din it-traġedja ħalliet żewġt itfal orfni." aħbarijiet IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Tkomli minn paġna 1… President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022