Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 wħud mir-rappreżentanti tiegħek fil-Parlament... Id-Deputat Laburista u t-Tabib Malcolm Borg Galea qal illi t-tobba dejjem jagħmlu dak kollu li huwa possibbli b'rispett lejn il-ħajja u li l-ewwel obbligu tiegħu jibqa' li jipprova jsalva l-ħajja tat-tarbija. "Imma f 'ċerti każi, bħal fil-każ ta' Andrea Prudente, kellek 16-il ġimgħa tqala ta' mara li infaqalha l-ilma b'mod prematur, imma qalb it- tarbija baqgħet tħabbat u talbet li tagħmel abort biex tibqa' ħajja." Filwaqt li fakkar li t-tobba ma setgħux jagħmlu dan sostna li probabbilment żewġha kien jistaqsi: "Kellkhom għalfejn tħallu lill- mara tasal f 'xifer il-mewt biex tiddeċiedu? Immaġina jkollok lil bintek l-ITU u tistaqsini x'qed nistenna biex inwaqqaf it-tqala u ngħidlek minħabba l-liġi." Huwa sostna li għalhekk deċiżjoni bħal din ma għandhiex tittieħed meta persuna tkun bejn ħajja u mewt u huwa propju għalhekk, ikompli jispjega li qed titressaq din il-liġi. Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet illi dawn l-emendi jfissru ħaġa waħda: Li jiddaħħal l-abort fil-pajjiż. "F'dan l-abbozz fl-ebda ħin ma tissemma' it- tarbija fil-ġuf. Inżommu f 'moħħna li t-tarbija fil-ġuf hija wkoll ħajja umana li ma għandhiex leħen." Hija wkoll qalet illi sal-lum ma kien hemm ebda omm u ebda professjonist li ttieħdu passi kontrihom, "għax il-professjonisti diġà qed jaċċertaw li l-ħajja tat-tarbija tintemm biss meta ħajjet l-omm tkun fil-periklu." Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg appellat lid-Deputati tal-Gvern biex ma jbigħux ruħhom u saħqet illi "ma għandniex ninnormalizzaw ix-xejn mhu xejn." "Aħna pajjiż Kattoliku u min iħaddan ir- reliġjon Kattolika għandu jifhem x'ifisser dan l-abbozz," qalet Borg waqt li kkwotat lill- Arċisqof iwissi kif fir-Renju Unit dak li kien iddaħħal għall-eċċezzjoni spiċċa r-regola. "Irridu nifhmu li l-ħajja tibda mill- konċepiment," saħqet Borg. Id-Deputat Laburista u eks Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar qalet li l-każi ta' Andrea Prudente u anke ta' Marion Mifsud Mora - li t-tnejn ma ngħatawx għajnuna mit-tobba minkejja tqala li kienet se tipperikolalhom ħajjithom ma jistgħux jerġgħu jseħħu. Cutajar fakkret li fil-każ ta' Mifsud Mora, din tilfet it-tqala ta' 17-il ġimgħa u ma ngħatatx il-kura anke jekk tfakkar illi din kellha infezzjoni serja u ma kienx hemm tama li t-tarbija ssalva. "Fl-aħħar disa' snin ħadna ħafna deċiżjonijiet kuraġġużi, b'konvinzjoni anke meta ma kinux deċiżjonijiet faċli," sostniet Cutajar. Hija fakkret illi l-liġi li l-Gvern irid ibiddel inkitbet 168 sena ilu u staqsiet lid-Deputati Nazzjonalisti: "Meta tmorru tħabbtu l-bibien u tiltaqgħu mat-tfajliet u l-ommijiet tgħidulhom li tippreferu illi jirriskjaw ħajjithom milli titbiddel il-liġi?" Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa u t-Tabib Stephen Spiteri sostna li huwa veru li jkun hemm mumenti u interventi li jkollhom isiru biex il-ħajja tal-omm u/jew tat-tarbija jkunu salvati u ammetta wkoll li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn it-tqala jkollha tkun itterminata. Huwa ammetta wkoll li hemm realtajiet ta' saħħa mentali bħal suwiċidji, imma sostna illi f '40 sena qatt ma nzerta li kien hemm każ ta' suwiċdji ta' nisa tqal, għalkemm sostna wkoll li f 'każi ta' suwiċidji kkontemplati hemm u għandu jibqa' jkun hemm l-għajnuna kollha neċessarja tal-professjonisti u ħaddiema soċjali biex tkun mgħejjuna l-omm u salvata t-tarbija. "Il-Gvern qed jagħti widen? Dan il-Gvern tela' b'mandat li jagħmel liġi li tittermina ħajja fil-ġuf ?" staqsa d-Deputat Spiteri. Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio għamel argument ħafna iktar legali, aktar milli morali għalkemm xorta insista li din l-emenda se tkun qed tiaħ it-triq biex "għall-ewwel darba tiddaħħal liġi li tittermina t-tqala." Huwa qal li filwaqt li kulħadd jirrikonoxxi li jkun hemm sitwazzjonijiet li jwasslu biex tqala tkun itterminata u li jpoġġu lit-tobba f 'sitwazzjoni diffiċli din l-emenda mhux se tgħin għax tirreferi għal sitwazzjoni ta' saħħa li "tista' tkun" ta' detriment fuq saħħet il-mara. Huwa qal li kelma "tista' twassal għal problemi" ta' saħħa hija vaga wisq u ma twassalx għal ċertezza legali. "Għax meta tista'? F'liema mument tkun tista'? "Tkun tista'" ma tagħtix iċ-ċertezza legali." Huwa qal li anke l-kelma "saħħa" trid tkun iċċarata, inkella qal li se tingħata bħal liċenzja li kulħadd juża kull tip ta' saħħa mentali biex jagħmel abort. "Ma nħallux vojt fl-emenda li tista' toħloq diffikultajiet akbar." Id-Deputat u eks Minstru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis sostna li hija gidba illi se jiddaħħal l-abort u sostna li l-abort "kien u se jibqa' reat u r-reat ma tneħħiex. Għamilna proviso għalih," saħaq waqt li kkritika lill-Oppożizzjoni illi, skont hu, hemm membri tagħha li tkellmu fil-Parlament u li evidentement lanqas biss qraw l-emenda. "Jgħidu li għandhom fiduċja fit-tobba u l-kirurgi u l-ġudizzju tagħhom, pero' biex nagħtih protezzjoni jekk għal li jista' jkun hemm prosekuzzjoni kriminali, biex tabib jiddefendi lilu nnifsu, hekk le." Huwa qal illi l-argument tal-Oppożizzjoni li din l-emenda ma għandhiex tidħol għax ħadd ma tressaq hija "banali" u fakkar li jista' jkun hemm każ ta' kwerela kontra tabib f 'każ bħal dan. Huwa bbottja wkoll diversi drabi dwar il- fatt li l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet illi hija favur l-abort, għax din hija l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew. Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddeskriva din l-emenda bħala "tradiment" tal-Partit Laburista u ta' Robert Abela kontra dawk li jsejjaħ "Laburisti ġenwini." "Għallinqas partiti żgħar kellhom id-diċenza jgħidu li huma favur l-abort... Il-PN u l-PL kienu ddikjaraw li mhux jdaħħlu l-abort seba' xhur ilu." Huwa akkuża lill-Partit Laburista illi tradixxa l-valuri tiegħu u li dawk li vvotawlu. Huwa qal li aktar kemm ikun hemm min jgħid li din l-emenda mhix abort minn naħa tal- Gvern, iktar qed joħorġu tobba, professjonisti u akkademiċi li qed jgħidu illi din l-emend hija fil-fatt abort. Filwaqt li akkuża lill-PM Abela b'arroganza saħaq li persuni bi sfidi ta' saħħa mentali għajnuna għandhom bżonn u mhux min iwiegħdhom li jistgħu joqtlu t-tarbija fil-ġuf. "Kunu vuċi ta' min ma għandux, kunu l-vuċi favur il-ħajja... Aħna se nivvotaw kontra din il- liġi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022