Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 jissottovalutaw, jinsew jew jirriskjaw Coleiro Preca! Dan ifisser li Robert Abela mhux eżattament ġej minn xi sfond politiku liberali. Dan biex ma nsemmux id- diversi Deputati Laburisti passati u kurrenti li huma attivi ħafna pastoralment, fosthom u fuq quddiem id-Deputat Carmelo Abela. L-għeruq, ir-rabja u kif il- Labour ħalla n-narrattiva tal- PN tirbaħ! Mela hekk stabilixxejna li ż-żewġ partiti għandhom elementi liberali u konservattivi fuq kwistjonijiiet bħal dawn sforz l-istorja tagħhom u l-ġrajjiet politiċi li ffaċċjaw. Issa dak l-element Laburista konservattiv kemm hemm ċans li fuq kwistjoni bħall-abort jabbanduna lill-partit? Huwa ċar mill-emenda mressqa quddiem il-Parlament mill-Gvern illi l-Partit Laburista huwa konxju ta' żewġ realtajiet: L-ewwel, li l-liġi trid tkun aktar ċara biex tipproteġi saħħet jew ħajjet l-omm u anke lit- tabib, u sabiex b'hekk ma jkollniex ripetizzjoni tal-każ Prudente u anke ta' Mifsud Mora. Imma, minn naħa l-oħra l-emenda hija minima biżżejjed biex il- Partit Laburista, d-Deputati u anke l-Prim Ministru jkunu jistgħu jilgħabu b'dik li tista' tissejjaħ akrobazija verbali illi permezz tagħha jgħid li mhux idaħħal l-abort imma li fil-fatt qed jiċċara emenda, li fir-realtà hija minnha għax l-abort f 'każ meta ħajjet il- mara tkun ipperikolata diġà jeżisti (u jissejjaħ b'ħafna kliem ieħor bħal terminazzjoni u double effect). Issa jekk dawn il- votanti li jaf ilaħħqu l-eluf jabbandunawx lil-Labour jew le hija kwistjoni oħra. Bħalissa, ma hemmx dubju, li hemm element ta' tgergir fil- Partit Laburista ta' għeruq li qed jaraw din l-emenda bħala l - i n t r o d u z z j o n i tal-abort, illi ma huma kuntenti a s s o l u t a m e n t xejn, anzi li huma rrabjati u qed jaqblu mal-pożizzjoni tal-PN. Il-PL jrid iżomm f 'moħħu li minkejja aċċettazzjoni ta' bidliet li saru fl-aħħar disa' snin, il- kwistjoni tal-abort hija differenti, ħafna iktar kumplessa u li tattira ħafna iktar opinjonijiet assoluti, irrazzjonali u anke estremi - anke fi ħdan il-partit stess. Għalhekk kien żball tattiku dak tal-Partit Laburista u l-Gvern li ressaq tali bidla mingħajr ma ħaseb dwar strateġija ta' kif se jfiehem din il- bidla fuq medda itwal ta' żmien. Il-Gvern u Abela kellhom l-ewwel jispjegaw in-neċessità ta' tali emenda mbagħad iressquha filwaqt li jagħmlu kampanja li tispjega x'inhuma l-bidliet u għaliex huma neċessarji. Minflok dawk in-nies li ma jsegwux il- Parlament - li wieħed jażżarda jgħid li hija l-maġġoranza kbira ħafna tal-poplu - dawk li ma jsegwux politika, li huma ħafna eluf ukoll u dawk li jsegwu l-politika mill- midja soċjali, li huma ħafna eluf oħrajn fehemu biss illi "il-Gvern se jdaħħal l-abort." Dan ifisser li n-narrattiva tal-Partit Nazzjonalista hija dik li ħadet is-sopravvent u li ħalliet lill-Partit Laburista u l i d - Deputati Laburisti jipprovaw kemm jistgħu - jekk hux b'suċċess jew le sa issa mhux ċar - ikissru l-perċezzjoni u jispjegaw dawk li qed jgħidu illi huma l-fatti. Imma kif jgħidu, fil-politika l-perċezzjoni hija l-fatt! L-unika salvauomo politiku li jista' forsi qed iserraħ ras il-Partit Laburista u lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista huwa l-fatt li qegħdin sena u nofs eżatt 'il bogħod mill-ewwel test elettorali (elezzjoni parlament ewropew) u erba' snin u nofs 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali. Fil-politika anke ġimgħa twila, aħseb u ara... (Nhar il-Ħadd ili ġej il-gazzetta ILLUM tkompli tanalizza l-effett politiku ta' din l-emenda u tal- abort, iżda tħares lejn il- Partit Nazzjonalista u Bernard Grech)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022