Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 FIFA indunat bl-iżball. Meta snin wara Blatter ġie investigat fuq dan huwa qal li fl-irwol tiegħu bħala Segretarju ma kienx konxju li din kienet "commission" personali b'hekk fi kliemu "dan ma kisirx ir-regoli tal-etika." B'kollox huwa stmat li Havelage irċieva aktar minn €55 miljun f 'tixħim mill- ISL matul il-presidenza tiegħu. Sitwazzjonijiet simili ġraw darba, darbtejn u anke aktar fi ħdan il-Federazzjoni. Fil-fatt Blatter innifsu qatt ma nstab ħati li għamel korruzzjoni fl-irwoli tiegħu matul iż-żmien, minkejja d-diversi akkużi kontrih. Apparti minn hekk ħafna talbu għar- riżenja tiegħu, repetutament, talli qatt ma aġixxa biżżejjed biex waqqaf din il-korruzzjoni, fost taħlita ta' reati oħra. Sitwazzjoni simili ħafna għat-tmexxija ta' Muscat, li minkejja li m'għandha x'taqsam xejn mal-isport f 'pajjiżna hija parallella fl-akkużi. Tajjeb li nfakkru li fl-2002 it qabel it-Tazza tad-Dinja tal- Korea ta' Isfel u tal-Ġappun, is-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Michel Zen-Ruffinen żvela informazzjoni u akkuża lil Sepp Blatter b'immaniġġjar ħażin tal- flus tal-federazzjoni. Wara aktar minn 15-il sena fi tmexxija konġunta ma' Havelange Blatter ġie uffiċjalment elett President fl-1998. Allegazzjonijiet dwar tixħim bdew mal-ħatra tiegħu, jew aħjar, fit-triq għall-ħatra tiegħu. L-awtur Ingliż David Yallop, fil-ktieb splussiv 'How they Stole the Game', għamel allegazzjonijiet li supporters ta' Blatter offrew kważi €36,000 biex jivvutawlu. Fil-fatt l-opponent tiegħu Lennart Johansson talab għal investigazzjoni. Minkejja l-akkużi ta ta' Ruffinen, fl-2002, Blatter jerġa' jiġi elett minkejja li għal darb'oħra, ġie akkużat b'tixħim. Wara snin ta' akkużi ta' reati fl-2004, il-FIFA toħroġ il-kodiċi tal-etika. L-ikbar akkużi għall-Blatter kienu jitrattaw il-proċess tal-bidding tad-destinazzjonijiet tat- Tazza tad-Dinja tal-2018 u tal-2022. Ħafna qalu li kienet żball mill-bidu għax din kienet twassal biex il-pajjiżi jiftehmu bejniethom biex wieħed jivvota lill-ieħor, kif ġara. Is-sitwazzjoni tant eskalat li Amos Adami min-Niġerja u Ryenald Temarii mit-Taħiti, li t-tnejn kienu parti mill- Kumitat tal-eżekuttiv, ġew sospiżi qabel ma kellhom iċ-ċans li jivvutaw hekk kif inqabdu fuq recording jitolbu l-flus biex jagħtu s-sapport. Aktar tard persuna oħra fl-eżekuttiv kien qal li ġie avviċinat minn erba' uffiċjali oħra biex jiġu kumpensati ta' vot. Punti kontroversjali oħra fil-karriera tiegħu kienu li ma hemmx razziżmu fil-futbol u li anke jekk hemm, "il-plejers għandhom jieħdu id xulxin u jibqgħu mixjin il-quddiem." Kif ukoll li l-kampjonat tan-nisa jkun aktar popolari jekk il-plejers jilbsu "shorts aktar issikkati." Wara l-arresti ta' 14-il uffiċjal fuq korruzzjoni f 'Mejju tal-2015, Blatter irriżenja ftit ġimgħat wara. Ftit wara dan, bħala parti mill- investigazzjoni li għamlet il-Qorti tal-Isvizzera, huwa ġie investigat ukoll fuq kuntratt dwar id- drittijiet televiżivi fl-2005. Wara ronda oħra ta' arresti u akkużi, Blatter ġie projbit milli jkun parti minn attività għal tmien snin. Dawn it- tmien snin jiskadu fl-2023. Intant ftit ġimgħat ilu Blatter ammetta li l-għażla tal-Qatar fl-2010 kien żball kbir u għażla ħażina. Fis-snin preċedenti huwa qal li d-deċiżjoni finali kienet riżultat ta' "pressjoni politika sigrieta," fuq l-eks President tal-UEFA, Michel Platini mill-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy. F'artiklu mal-ġurnal Żvizzeru Tages-Anzeiger qal li dak iż-żmien kienu qablu unanimament li fl-2018 it-Tazza tad-Dinja ssir fir-Russja u tal- 2022 issir fl-Istati Uniti, "biex din isservi ta' ġest ta' paċi bejn iż-żewġ rivali politiċi." Meta ġie mistoqsi għaliex kienet għażla ħażina ma għamilx referenza għad-drittijiet umani jew fuq trattamenti tan-nisa u l-projbizzjoni tal- LGBTQI+ iżda minflok argumenta li l-Qatar huwa wisq żgħir u "l-futbol u t-Tazza tad-Dinja huma wisq kbar għalih." Blatter irrakkonta li Platini kien strumentali biex ikun hemm erba' voti Ewropej li jmorru għall-Qatar minħabba l-pressjoni ta' Sarkozy. Qal ukoll li Platini kien mistieden għal ikla fil-Palazz Élysée minn Sarkozy u l-Prinċep tal- Qatar u li talbu biex jagħti t-Tazza tad-Dinja lill-Qatar. Meta Blatter tkellem ma' Platini fuq hekk, Platini staqsih: "Int x'tagħmel li kieku l-President tiegħek jitolbok xi ħaġa?" 'Nammetti li l-għażla tal-Qatar kienet żball kbir' - Sepp Blatter Joao Havelange Platini jieħu id Nicolas Sarkozy (Ix-xellug) Sepp Blatter meta ġie votat il-Qatar bħala d-destinazzjoni tal-2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022