Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal IL-ĦADD 11 TA' DICEMBRU 2022 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -abort ma jiġix diskuss b'serjetà u razzjonalità f 'dan il-pajjiż u jekk diġà qtajt qalbek tisma' jew tip- prova tiem ma nagħtukx tort. Il-Gvern qed jgħid li se jiċċara fil-liġi prassi li sal-lum għad hemm biss qbil dwarha. Il-Gvern qed jgħid li permezz ta' din l-emenda - li issa se jagħmel aktar ċara, u tajjeb li se jagħmel hekk - abort jista jsir biss f 'każ fejn ħajjet jew saħħet l-omm tkun f 'periklu gravi. U minkejja li wieħed jista' jesprimi tħassib li l-kelma "saħħet" tista' tiaħ il-bibien għall-abort on demand, jekk kwalunkwe każ ieħor ta' abort li jmur lilhinn minn periklu "gravi" ta' saħħa jew ħajja se jibqa' illegali mela mhux vera se ndaħħlu l-abort on demand. X'jiġifieri abort on demand? Jiġifieri l-abort għax it-tarbija għandha sfidi serji fiżiċi, jew abort għax l-omm għadha żgħira jew mhux preparata għat-tqala jew abort f 'każ ta' stupru. Dak l-On demand! Imma daqshekk. Smajna l-kelma abort u kulħadd telaq iwerżaq: Min jġibha qisna se nħanxru t-trabi u min qisna qed nagħmlu xi pass liberali. Jekk nieħdu l-kelma tal-Gvern bħala waħda onesta u li noqgħodu fuqha, mela la ħa nħanxru t-trabi, la qridna l-Milied u l-valuri u lanqas qed nagħmlu xi passi 'l quddiem lejn il-liberaliżmu ewropew. Xejn minn dan. Qiegħed biss il-Gvern jifformalizza l-ovvju u l-prassi, li messu ilu li sar. Issa jekk il-Gvern qed juża din l-emenda biex iħalli l-bieb imbexxaq għall-abort on demand, dak iwieġeb hu għal għemilu meta u jekk qatt inkunu f 'dik is-sitwazzjoni. Abort, li nfakkru illi diġà jeżisti f 'pajjiża. Iva jeżisti. U mhux qed nirreferu għall-abort meta ħajjet l-omm tkun fil-periklu. Qed nirreferu għall-abort li nisa Maltin jagħmlu barra mill-pajjiż. U ilna nafuha għax sa statistika kienet ħarġet ta kemm nisa qed imorru jagħmlu abort ir-Renju Unit. Jiġifieri abort jeżisti diġà, imma għal min għandu l-mezzi - kif żmien ilu kellna d-divorzju għal min jiflaħ jieħdu minn barra. Plus ca change, plus la meme chose - Iktar kemm jinbidlu l-affarijiet, iktar jibqgħu l-istess. Imma hemm ħaġa oħra li donnha taħrab lil ħafna. Kemm hawn min hu selettiv, anke fuq il-ħajja. Xhur ilu tifla immigranta, Sirjana tmut bil-għatx f 'nofs l-ibħra tagħna. Immaġina kienet bintek f 'nofs ta' baħar, tmut bil-għatx. Fejn kienu l-protesti? Fejn kienu l-firem? Fejn kienet qed tipprotesta l-Oppożizzjoni? Fejn kienet ir-River of Love? U fejn kien il-Gvern biex jilleġiżla u jbiddel il-liġijiet u jitħambaq kif inhu jagħmel illum? Ftit tkellmu għaliha. Peppi Azzopardi u xi erba' oħra fuq il-midja. Mill-bqija kesħin daqs is-silġ bqajna lejn il-ħajja dakinhar. Biex ma nsemmux il-ħajjiet ta' eluf ta' immigranti u barranin f 'pajjiżna trattati agħar miż-żibel, anke minn xi membri tal- Korp. Fejn kienu Tonio Borg u Tonio Fenech u Lawrence Gonzi... Ma ġabrux firem dakinhar, meta rajna pulizija jsawwtu raġel? Jew suldati joqtlu raġel? Jew dawk orrajt? Sotto-umani? U meta Tonio Borg kien Ministru u intbagħat ajruplan lura mimli immigrati lejn l-Afrika, li ġie irrapportat illi mal-wasla uħud ġew ittorturati jew maqtulin. Għal dawk il-ħajjiet ma ħarqitnix qalbna, ma ġbarniex firem? U fejn kien il-Gvern biex jara li ma jerġax ikollna pulizija - qatt aktar - li jfakkruna fl-apartheid? Fejn? Favur il-ħajja? Favur il-ħajja meta inqatlet ġurnalista u għad hawn sal-lum min jitqanżaħ kemm jiflaħ biex pubblikament jiġġustifika dak l-assassinju. "Sewwa ġralha" jgħidu ħafna, "kienet qed tistedinha" jgħidu oħrajn. Dan hu l-pajjiż tal-ħajja? Dan hu l-valur tal-ħajja li tant noqomsu dwaru? Jew favur il-ħajja, skont il-valur li nagħtu lil dik il-ħajja u allura liema tiswa' l-aktar, skont il- preġudizzji li qed jagħmu lil uħud minna? Jekk int mort il-protesta "favur il-ħajja" u meta ħajjet bniedem ieħor - inkluż ta' tifla - kienet ipperikolata jew saħansitra mitmuma, jew meta inqatlet ġurnalista jew meta rajt lil min isawwat u jkasbar immigrant, int ħarist n-naħa l-oħra jew għidt "sewwa ġralha/hom, mela int postok ma kienx fil- protesta favur il-ħajja għax le, m'intix favur il-ħajja. Għax il-valur tal-ħajja ma ssibux fil-menu, ma tagħżlux kif jaqbillek u skont il-preġudizzju imma, jew dejjem jew qatt. Il-valur tal-ħajja à la Carte?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022