Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 'L-ilmenti dwar l-irwejjaħ f'Birżebbuġa ilhom għaddejjin... L-awtoritajiet għandhom ħeġġa jikkontrollaw?' - ADPD "L-inkonvenjent mill-operaturi tal-impjant ta' riċiklaġġ tal- fdalijiet tat-tonn f 'Birżebbuġa ilhom għaddejjin żmien twil wisq, bl-ilmenti tar-residenti mill-irwejjaħ tad-drenaġġ u effluwent fit-toroq injorati ripetutatment. L-awtoritajiet għadhom il-ħeġġa biex jikkontrollaw l-operaturi?" Hekk staqsew kelliema tal- ADPD illum, waqt konferenza propju f 'Birżebbuġa. Id-Deputat Chairperson tal- ADPD Sandra Gauci qalet li n-nuqqas ta' konsultazzjoni qiegħed iwassal ripetutament għal ilmenti u protesti mir-residenti. Dan in-nuqqas, kompliet tgħid sar xi ħaġa regolari minn dan il- Gvern "li b'direct orders, avviżi legali u mezzi oħra, qiegħed dejjem isib modi kif jonqos milli jirreferi proġetti ma' dawk kollha li fuqhom jistgħu iħallu l-impatti tagħhom." Gauci qalet illi dan sar pajjiż fejn grupp żgħir ta' nies għandu s-saħħa li jiddeċiedi fuq ħajjet il- kumplament tan- nies. "Kull ma jmur il-poplu in ġenerali qiegħed iħossu bla vuċi u l-Kunsill Lokali qegħdin jitilfu s-saħħa tagħhom meta l-Gvern jinjorahom biex jaġevola il-proġetti imfassal mill-ħbieb u l-ħbieb tal-ħbieb." Hija qalet illi n-nuqqas ta' għarfien ta' kif qegħdin jintlaqtu n-nies ġewwa Birżebbuġa huwa mera ta' dak li qiegħed jiġri f 'inħawi oħra ta' Malta. "Filwaqt li niaħru li għadna il-GDP dejjem jiżdied għandha problemi ta' mard respiratorju dejjem jikber, żieda fil-problemi ta' saħħa mentali u riċerka li ikkonfermat li aħna poplu rrabjat u mdejjaq! Kemm se ndumu inbaxxu rasna għal dak li jiġi impost minn fuq?" staqsiet Gauci. 'Assalt ta' snin fuq Birżebbuġa' Intant d-Deputat Segretarju Ġenerali u kandidata ta' ADPD – e Green Party Melissa Bagley qalet li ADPD ilu isegwi dak li ddeskriviet bħala "l-assalt li ilu għaddej fuq Birżebbuġa" tul is- snin bi proġetti li ħallew impatt negattiv fuq il-ħajja tar-residenti, fosthom l-attivitajiet kummerċjali tal-Freeport, l-ajruport, iż-żona industrijali ta' Ħal Far, it-trakka fl- istess post kif ukoll il-proposta ta' barriera f 'Bengħajsa - li issa ġiet irtirata. "Il-kwalità tal-ħajja tar- residenti ta' Birżebbuġa qegħda għal darboħra tintlaqat ħażin minħabba it-traskuraġni u l-gwadann ekonomiku, b'impatt negattiv fuq l-ambjent fiżiku kif ukoll fuq is-saħħa kemm dik mentali u fiżika tan-nies tal-lokal." Bagley fakkret li t-tmexxija tal-kumpanija mhux jieħdu responsabbiltà għall-irwejjaħ u t-tixrid tad-drenaġġ li qiegħed ikun hemm f 'dawk l-inħawi, u qed jibqgħu jinsistu li ħadu l-miżuri neċessarji biex iżommu l-irwejjaħ milli joħorġu mill-impjant. Malta se tilqa' lill-mexxejja tan-nofsinhar tal-UE f'Summit li se jsir fl-2023 Fi tmiem summit tal-MED 9, li jlaqqa' pajjiżi tan-naħa ta' isfel tal-Unjoni Ewropea, tħabbar li s-summit li jmiss ta' dawn il- pajjiżi se jkun qed isir f 'Malta s-sena d-dieħla. Fi Spanja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkun unur għal Malta li tospita dan is- summit proprju fl-għaxar sena tiegħu. "Inħares 'il quddiem biex nilqagħkom f 'Malta biex inkomplu dan id-djalogu," qal il- Prim Ministru f 'konferenza tal- aħbarijiet flimkien mal-mexxejja tat-tmien pajjiżi l-oħra. Dawn il-pajjiżi huma Franza, Spanja, l-Italja, il-Portugall, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja u s-Slovenja. "Huwa s-suċċess tal- koperazzjoni tagħna li jwassal biex nibqgħu nsibu s-soluzzjonijiet," kompla jgħid il-Prim Ministru Abela. L-enerġija u l-ekonomija kienu fost it-temi għad-diskussjoni bejn il-mexxejja ta' dawn il-pajjiżi. Dan tul żewġ sessjonijiet li saru matul il-jum tal-Ġimgħa. "Iċ-ċittadini u n-negozji tagħna jixirqilhom soluzzjoni għat-tul u soluzzjonijiet robusti," insista l-Prim Ministru Abela meta tkellem dwar is-settur tal-enerġija u qal li dan hu l-messaġġ ċar li għandu anke jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Hawn kien enfasizzat ukoll il-bżonn tal-konnettività fin-networks Ewropej, fosthom permezz ta' infrastruttura tal- futur bħal dik hydrogen ready. "Li nħaffu l-investiment fl-enerġija rinnovabbli huwa wkoll kruċjali biex innaqqsu d-dipendenza minn fuq sorsi tal-enerġija li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea," kompla jispjega l-PM li enfasizza kif fl-immedjat il-konsumatur irid jibqa' jkun megħjun. Malta hija waħda mill-aqwa eżempji ta' din l-għajnuna u għalhekk illum pajjiżna għandu fost l-inqas rati ta' inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Għal darba oħra, il-Prim Ministru Abela reġa' enfasizza l-ħtieġa ta' paċi u stabbiltà fil- Mediterran u qal li dan jista' jinkiseb billi kulħadd jaħdem flimkien f 'oqsma ta' interess komuni bħall-bidla fil-klima, l-enerġija, il-paċi, is-sigurtà u l-immigrazzjoni. B'rabta mal- immigrazzjoni, reġa' enfasizza fuq politika li tħarbat il-mudell ta' traffikanti tal-bnedmin għax dawn huma gruppi kriminali li japprofittaw mill-vulnerabilità tal-immigranti. Hawn reġa' insista għall-appoġġ lill-poplu Libjan. Intant, meta rrefera għall- irwol li se tieħu Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta se taħdem għall-ġid komuni u rrefera għal oqsma importanti, bħall-bidla fil-klima. Id-Deputat Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci tisħaq illi l-Gvern qed idgħajjef il-Kunsilli Lokali meta jinjorahom biex il-ħbieb tal-ħbieb jibqgħu għaddejjin bħal romblu fuq in-nies... Sandra Gauci