Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Atturi li rrifjutaw rwoli importanti (2) Għall-film Taxi Driver (1976), id-direttur Martin Scorsese xtaq lil Dustin Hoffman pero' dawn it-tnejn kellhom viżżjonijiet differenti u spiċċa biex Robert DeNiro ħa l-parti li biha sar wieħed mill-iġganti ta' Hollywood. Kummiedja romantika tassew pjaċevoli kienet Pretty Woman (1990) li nġabar il-cast tagħha bi tbatija kbira. Għall-parti ewlenija Christopher Reeve (Superman), John Travolta, Denzil Washington, Daniel Day-Lewis, Al Pacino u Burt Reynolds kollha qalu le'. Fis-seba' għażla Richard Gere ikkonferma pożittivament. Kien hemm ħafna min ma riedx jaħdem il-parti tal-protagonista femminili, Vivian Ward, fosthom insibu Karen Allen, Meg Ryan, Michelle Pfeiffer, Daryl Hannah, Jennifer Jason Leigh u Valeria Golino. Finalment, Julia Roberts li bbrillat f 'Mystic Pizza (1988) daħlet għal din il-parti, rebħet il- Golden Globe Award, stabbiliet ruħha sewwa u anki saret għal xi snin id-"darling" tal-udjenzi. Burt Reynolds irrua diversi partijiet prinċipali fejn dawk li qalu iva għamlu suċċess. Barra dik ta' Pretty Woman, qal le' bħala James Bond f 'Dr. No, bħala Michael Corleone f 'e Godfather, Hans Solo fi Star Wars, parti li għolliet mas-smewwiet lil Harrison Ford u għall-film Die Hard (1988) li għamlet lil Bruce Willis popolari. Pero', l-aktar li ddispjaċih li ħalla taħrablu dik ta' One Flew Over e Cuckoo's Nest (1975) u dik ta' Terms Of Endearment (1983), żewġ irwoli li ħadimhom Jack Nicholson li għollew sewwa l-prestiġju tiegħu. Wara, Reynolds sostna li tassew kien idjota. Ta' min isemmi li mis- snin sebgħin tan-nofs sal-bidu ta' dawk tat-tmenin diversi films minn tiegħu, aktarx kummiedji mimlija ntriċċi u azzjoni, kienu dawk li l-aktar daħlu flus fl-Istati Uniti u l-Kanada li poġġew lil Reynolds fil-quċċata tal-box office. Min jaf x'kienet tkun il-fama ta' Tom Selleck fil-preżent kieku aċċetta l-parti tal-avventurier arkeoloġiku, Indiana Jones f 'Raiders Of e Lost Ark li għamlet lil Harrison Ford attur ċelebri? Selleck xtaq ħafna jaħdem din il-parti pero' kien marbut b'kuntratt fis-serje tat-TV Magnum P.I. Serje ċinematografika popolari kienet dik ta' Men In Black meħuda mill-kotba komiks ta' Lowell Cunningham. Kien hemm ċans li l-ewwel film tal-1997 ma jsirx minħabba nuqqas ta' direttur ta' stoffa. Quentin Tarantino rrua, Les Mayfield telaq u post ħadu Barry Sonnenberg. David Shwimmer u Chris O'Donnell m'aċċettawx il-parti ta' Agent J, Clint Eastwood għamel l-istess bħala Agent K u John Torturro ma riedx ikun Edgar. Minflok l-ewwel tnejn daħlu Will Smith u Tommy Lee Jones u l-film spiċċa biex daħħal aktar minn nofs biljun dollari. Angelina Jolie intagħżlet fil- parti ta' Alex Munday f 'Charlie's Angels (2000) iżda rruat għax is-serje televiżiva m'għoġbitix. Postha ħaditu Lucy Liu. Brad Pitt tilef l-okkażjoni li jkun il- prim attur Jason Bourne f 'e Bourne Identity (2002), imma Matt Damon dlonk ħataf din l-okkażjoni unika. Meta Ridley Scott kien se jidderieġi Alien (1979), film tax-xjenza fittiżja ispirat minn It! e Terror From Beyond Space (1958), il-protagonist kellu jkun raġel, iżda Paul Newman m'aċċettax. L-affarijiet inbiddlu meta kemm Peter Yates u kemm Walter Hill naqsu li jidderieġu. Hawn, il-karattru prinċipali nbidel u Ripley sar mara, rwol afdat f 'idejn Sigouney Weaver, sa dak iż-żmien attriċi tal-palk it li xejn magħrufa. Titanic (1997) kellu baġit ta' madwar $288 miljun u għal diversi snin kien l-aktar film li sewa flus, pero' s-suċċess li kiseb kien tassew wieħed favoluż. James Cameron, id-direttur ipprefera li jagħti l-parti prinċipali ta' Jack lil River Phoenix, li miet it wara b'overdose. Ġie kkuntattjat Matthew McConnaughey, Tom Cruise xtaq din il-parti iżda talab ħafna flus. Ikkuntattjaw ukoll lil Brad Pitt, Christian Bale u Jared Leto. Fl-aħħar il-parti marret għand Leonardo DiCaprio, sa dak iż-żmien mhux magħruf biżżejjed. Il-parti ewlenija femminili, Rose, ġiet miċħuda minn Gweyneth Paltrow, Gabriella Anwar u anki minn Angelina Jolie. Oħrajn fuq l-għatba tal-popolarita' kienu Nicole Kidman, Geena Davis (diġa' stabbilita), Jennifer Aniston, Drew Barrymore, Wynona Ryder, Charlize eron u anki Madonna. Finalment, intagħżlet Kate Winslet attriċi Ingliża minn Reading. Il- parti ta' Cal Hockley, l-avversarju ta' Jack għall-attenzjoni ta' Rose marret għand Billy Zane wara li Pierce Brosnan, Rupert Everett, Rob Lowe u Hugh Grant kollha qalu le'. Kien hemm ukoll diżgwid fil-kanzunetta sabiħa My Heart Will Go On li rebħet l-Oscar ta' Celine Dion, għax Cameron ried lill-kantanta Irlandiża Enya, pero' meta semagħha biddel fehmtu. Ħafna atturi oħrajn irriutaw partijiet ta' stoffa. Michelle Pfeiffer ma riditx taħdem f 'e Silence Of e Lambs (1991) minħabba l-vjolenza qawwija li fih. Anki Meg Ryan irriutat u postha ħaditu Jodie Foster li rebħet l-Oscar. Anthony Hopkins ukoll rebaħ l-Oscar bħala Hannibal Lecter wara li Gene Hackman m'aċċettax il-parti. Wieħed mill- kapulavuri tas-snin disgħin kien Forrest Gump li fih Tom Hanks ukoll ġie onorat bl-Oscar wara li John Travolta qal le'. Inċidentalment, sentejn wara Tom Hanks irrinunzja għal parti ta' Jerry Maguire u Tom Cruise daħal minn floku u ġie rregalat ukoll bl- Academy Award (l-Oscar). Kienu diversi l-atturi li ma wrewx fiduċja għas-suċċess tal-film Ghost (1990) u b'hekk irruaw, fosthom Tom Hanks stess, Al Pacino, Bruce Willis u Tom Cruise. Kien Patrick Swayze li ħa din il-parti ta' din il-produzzjoni li għamlet nofs biljun dollari. Mel Gibson m'aċċettax il-parti ewlenija għall- film Gladiator għax ħassu fl-eta' ta' 46 sena kbir għal dan l-irwol. Antonio Banderas ukoll ma riedx u Russell Crowe, fl-eta' ta' 36 sena rebaħ l-Oscar u l-Golden Globe bħala l-Ġeneral Ruman Maximus Decimus Meridius. Fl-2007, Denzil Washington qal le' għal Michael Clayton u George Clooney rebaħ din il- parti. Bħal ma ġralu Tom Selleck ħafna snin qabel, Matt Damon, kontra qalbu kellu jirrua l-parti prinċipali f 'Avatar (2009) għax kien impenjat f 'e Bourne Ultimatum u l-Awtraljan Sam Worthington laqa' bil-ferħ din il- parti. Kienu ħafna l-atturi li ppruvaw b'mod ġentili jaħdmu f 'xi film ta' Quentin Tarantino. Ir-record jinsab f 'idejn Sylvesrer Stallone li darbtejn qal le' għall-partijiet f 'Jackie Brown (1997) u fi Grindhouse (2007). Tarantino ried lil Warren Beatty bħala l-protagonist ta' Kill Bill pero' kkonvinċa lil Tarantino li ried jistenna xi xhur lil Uma urman li kienet fi stat ta' tqala. L-irwol tal-protagonist inbidel xi it u ntagħżel David Carradine flimkien ma' urman, dan wara li Kevin Costner irrua għax kien ingaġġat fi proġett ieħor. Għall-film e Hateful Eight Tarantino xtaq lil Jennifer Lawrence li iżda wkoll kienet impenjata fit-tieni episodju ta' e Hunger Games. Brad Pitt irriskja li jitlef il-parti tal-istuntman Cliff Booth f 'Once Upon A Time In Hollywood irwol li rebħu l-Oscar. Id-direttur kien ħaseb f 'Tom Cruise imma din is-sitwazzjoni nbiddlet b.mod stramb. Wara ċ-ċaħda ta' Anne Hathaway, Jennifer Lawrence ħadet il-parti prinċipali fis-saga popolarissima Twilight, pero' l-produtturi nsistew għal Kristen Stewart li wara ammattiet li t-tema tal-film ma kenitx taf iex tikkonsisti. Bruce Willis li mpressjona ħafna f 'Die Hard (1988) kien is-sitt għażla għal din il- parti li stabbilixxietu. Qablu rrunzjaw għal dan l-irwol Arnold Schwarzenegger, Charles Bronson, Burt Reynolds, Sylvester Stallone u Richard Gere. Will Smith ukoll iddispjaċih ħafna li ma ħax il-parti ewlenija f 'e Matrix wara li qal le'. Sostna li kien irvina kollox. Infatti, e Matrix kellu diversi tibdiliet ta' atturi li oriġinaljament m'aċċettawx. Dan l-artiklu isemmi it biss minn dawk li, forsi għax ħasbu mod ieħor, m'aċċettawx partijiet ewlenin jew sekondarji li ġew offruti lilhom. Din hija tendenza umana li żgur li se tibqa' sseħħ fil-futur għax, fuq kollox ħadd ma jobsor kif rwoli partikulari se jintlaqgħu mill- udjenzi taċ-ċinema. Tmiem Tom Cruise u Michelle Pfeiffer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022