Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

fil-PN u Metsola... L-abort u l-partiti (2) professjonisti u tobba - fuq dan is-suġġett u mhux ma' gruppi li għandhom ideat mill-aktar kontroverjsali fuq kwistjonijiet oħrajn bħall-ugwaljanza, persuni LGBTIQ, Conversion Therapy, immigrazzjoni u anke l-pożizzjoni tal-mara fis-soċjetà. Hawnhekk tapplika ħafna l-"Ma min rajtek xebbaħtek." Il-PN għandu votanti liberali wkoll... Il-Partit Nazzjonalista, bħal dak Laburista, kif rajna fl-analiżi ġimgħa ilu, mhux omoġenju u minkejja illi f 'ħafna kwistjonijiet fl-aħħar snin u matul l-aħħar 50 sena l-Partit Nazzjonalista skjera ruħu kontra bidliet soċjali u drittijiet ċivili, minn naħa l-oħra huwa mexxa politika favur sħubija mal-Unjoni Ewropea, proġett politiku liberali fl-oqsma soċjali, filwaqt li mexxa politika ekonomika meqjusa ħafna u ħafna aktar liberali minn dik ta' Mintoff. Il-liberaliżmu ekonomiku hija ideoloġija li tappoġġja ekonomija tas-suq ibbażata fuq il-konsum u l-proprjetà, il-politika li wasslet biex bdew telgħin il-vilel, l-appartamenti f 'Tower Road u l-lukandi f 'San Ġiljan, il- politika konsumerista li torbot fuq kemm il-konumsatur jikkonsma biex iddur ir-rota. Fi ftit kliem il-politika ekonomika li dan il-pajjiż baqa' jħaddan, xi drabi b'suċċess ekonomiku u drabi oħrajn le, fl-aħħar 30 sena jew aktar. Dan ifisser illi minkejja l-pożizzjoni kontra d-divorzju, kontra l-adozzjoni, l-astensjoni fuq l-Unjoni Ċivili, ir-reżistenza kontra l-iffirżar tal-embrijuni u anke l-kritika u reżistenza kontra l-Att dwar l-Identità tal- Ġeneru fl-aħħar snin, il-PN xorta għandu element ta' votanti aktar liberali. Għalkemm dan huwa iżgħar minn dak l-element li jinsab fil-Labour, xorta huwa kruċjali sabiex il-PN iżomm il-bażi ta' votanti tiegħu. Il-PN irid jara li ma jidħolx fir-riskju li tul id-diskussjoni dwar l-abort jaljena lil dawn il-votanti, billi kif għidna jifforma alleanzi ma' estremisti, li jistgħu jitfgħuh f 'pożizzjoni illi jidher li qisu "kontra r-raġuni" jew inkella li huwa wisq dommatiku fid-dawl ta' realtajiet u tbatijiet li jista' jkun illi jgħaddu minnhom nisa tqal. Għalhekk il-PN ikun jaqbillu li jagħfas ħafna mill-argument tiegħu fuq il-kjarezza legali, lilhinn mit- tgħajjir u l-estrem. Il-periklu hu li dawn il-votanti jibdew iħarsu lejn għażliet politiċi oħrajn li jirrapreżentaw aktar l-opjinjonijiet u l-valuri tagħhom, 'il bogħod mill-estremiżmu u l-konfessjonali, fosthom lejn l-ADPD jew inkella lejn l-għażla li ma jivvotaw xejn jew inkella jibqgħu jivvotaw PN imma biss lil dawk il-kandidati meqjusin aktar liberali. Bejn ħajja fil-ġuf u l-bżonn kbir ta' kawża politika! Issa ejja inħarsu lejn il-kuntest tal- mument li fih qed tiġi din id-diskussjoni. Il-Partit Nazzjonalista - minkejja titjib fl- aħħar sondaġġ politiku - għadu lura sew u baqa' mwaħħal b'aktar minn 30,000 vot wara l-Partit Laburista, għax l-istess sondaġġ propju hekk juri: Differenza ta' 12.2% u allura distakk ta' madwar 35,000 vot. Dan allura juri li l-PN bħalissa jinsab fl-istess pożizzjoni elettorali li ilu fiha sa mill- elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009, meta kien tilef għall-ewwel darba b'distakk ta' aktar minn 30,000 vot. Imma lilhinn minn numri l-perċezzjoni b'saħħtiha hija li l-PN jinsab xi ftit jew wisq nieqes minn kawża li tgħaqqad f 'ponn b'saħħtu lill-għeruq tiegħu - kif għamlet 'il- ġlieda għal-libertà' fit-tmeninijiet, Sħubija fl-UE fis-snin 90 u l-bidu tas-seklu u anke l-kwistjoni tal-korruzzjoni bejn l-2015 u l-2017. Pero' wkoll nieqes minn kawża li qed tiġbed l-ammirazzjoni tal-massa lejn il-Partit Nazzjonalista, kif ġibdu dawn il- kwistjonijiet kollha, speċjalment dik dwar sħubija fl-UE. It-tieni perċezzjoni kerha li qed jitqabad magħha l-PN hija dik popolari illi hu mhux se jkun fil-Gvern għas-snin li ġejjin, perċezzjoni msaħħa mill-elezzjonijiet kollha fl-aħħar 13-il sena, is-sondaġġi kollha li saru u li qed isiru bħalissa u msaħħa wkoll bil-fatt li jidher ċar illi l-għeruq jinsabu diżillużi ferm. Il-parti aktar perikoluża ta' din il-perċezzjoni hija li għax ħafna ma jemmnux li l-PN se jkun fil-Gvern għas- snin li ġejjin, jagħtu ħafna inqas rilevanza lill-ideat u l-proposti tiegħu, anke jekk forsi jaqblu magħhom. Din twassal biex inqas nies isegwu lill-PN, il-kelma tal-partit u d-Deputati tiegħu jkollha ħafna inqas piż u finalment twassal biex inqas nies ikollhom il-ħeġġa jappoġġjaw lill-PN. Għalhekk din l-emenda tat dak il-ftit xaqq ta' dawl lill-PN u lil Bernard Grech biex ikollhom kwistjoni li fuqha jidher li l-maġġoranza tal-poplu jaqblu mal-partit u permezz ta' narrattiva anti-abort il-partit jerġa' jibda jiġbed xi ftit is-simpatija tal- votanti, xi ħaġa li ilu ftit ma jagħmel. Dan id-dibbattitu huwa ċar li l-PN irid itawlu kemm jista' għal żewġ raġunijiet: Il-PN jaqbillu li l-pajjiż jibqa' jitkellem dwar din l-emenda u li ħafna jibqgħu jarawha bħala l-bieb lejn abort "on demand." U dan għax jittama li permezz ta' dan is-suġġett iqajjem il-ħeġġa u joħloq kolla li torbot ħafna mill- għeruq tal-PN ma' diversi persuni li forsi ma jivvutawx PN imma li fuq din il-kwistjoni jaqblu miegħu, bħal koalizzjoni ta' votanti. It-tieninett il-PN irid ukoll li dan id- dibattitu jkun imiss prattikament mal-Milied biex jibqa' jilgħab il-karta ta' "niċċelebraw it-twelid u l-Labour qed idaħħal il-mewt." Lilhinn minn kemm wieħed jaqbel jew le, jew kemm wieħed jista' jara tali stqarrija bħala eseġerazzjoni jibqa' fatt li strateġikament din għandha ċerta rilevanza u hija faċli biex il- votant jiftakar u sabiex jagħmel din ir-rabta. Fit-tul iżda, dan kollu jista' faċilment jinbidel. Fl-elezzjonijiet li jmiss - kemm dik tal- 2024 imma b'mod speċjali dik ġenerali - il- probabbilità hija li din l-emenda mhux talli ma tkunx kwistjoni elettorali, talli tkun ilha li ntefgħet fuq wara nett tal-memorja pubblika xhur jew snin. Il-mument li fiha l-Gvern ta' Abela ressaq din l-emenda huwa bogħod biżżejjed biex kważi jiggarantixxi li din il-kwistjoni ftit li xejn timpatta kif jivvutaw in-nies. 09 IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum analiżi Li din il-kwistjoni hija 'l bogħod minn elezzjoni mhux tajba biss - elettoralment - għall-Partit Laburista, imma hija tajba wkoll għall-Partit Nazzjonalista għaliex fl-elezzjoni li se jkun imiss, jiġifieri dik tal-Parlament Ewropew fl-2024, il-kandidat prinċipali tal-PN - biex ma ngħidux il-kandidat li magħha se tkun qed iddur kważi l-kampanja kollha - hija Roberta Metsola. Metsola bħala President tal-Parlament Ewropew ħadet pożizzjoni ċara favur l-abort u d-drittijiet riproduttivi tal-mara u fil-verità ma kellhiex wisq iktar għażla jekk riedet il-kariga li għandha llum. Fil-fatt fl-ewwel konferenza tagħha bħala President Metsola kienet mistoqsija aktar minn darba - minn diversi ġurnalisti minn pajjiżi differenti propju dwar l-abort. Jekk Metsola tixtieq żżomm il-pożizzjoni prestiġġjuża li għandha fil- Parlament Ewropew ikun diffiċli mmens li tallinea ruħha ma' partit li ftit ġimgħat jew xhur biss qabel ikun ibbattalja tant kontra l-abort - speċjalment jekk jintużaw l-argumenti li qed jintużaw fil-Parlament ta' "Abort fl-ebda każ". Dawn jistgħu jkunu argumenti li jinżlu tajjeb ma' settur kbir tal-poplu Malti, pero' li żgur mhux se jimpressjonaw lill-Parlament Ewropew li fil-maġġoranza assoluta tiegħu huwa favur l-abort u drittijiet riproduttivi tal-mara. Fil-fatt kemm il-Partit Popolari Ewropew - li tiegħu l-PN huwa membru - u anke l-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi - li l-PL huwa memebru tiegħu huma favur l-abort, kif inhuma l-Liberali u l-Ħodor, li flimkien jifformaw maġġoranza qawwija ħafna tal-Parlament. Referendum mal-elezzjoni tal-Parlament Ewoprew jew inkella ftit qabel din l-elezzjoni ikun ifisser illi l-PN jidħol fiċ-ċans li jkollu jagħmel għażla diffiċli u li tista' tirriżulta f'aktar danni elettorali. Ikollu jew jagħmel l-abort is-suġġett li fuqu jibbaża l-kampanja u jitlef il-kandidatura ta' Metsola - li sa issa tidher illi tista' tkun l-unika salvazzjoni tiegħu f'dik l-elezzjoni. Jew inkella iżomm lil Metsola, jikkampanja bil-qawwi kontra l-abort fi kwalunkwe każ, imbagħad Metsola tiffaċċja l-ħalel u r-reżistenza ewropea hi. Li huwa żgur hu li Metsola jkollha tiffaċċja problemi u sfidi kbar għal kwalunkwe kariga fl-Unjoni Ewropea - li trid tkun approvata kemm mill- Partit Popolari Ewropew imbagħad mill-Parlament innifsu - jekk lokalment tieħu pożizzjoni voċifera kontra dak li issa qalet illi hija favurih. L-aqwa xenarju għall-PN, ironikament bħal-Labour, huwa li sa' l-ewwel elezzjoni li jmiss din il-kwistjoni tkun meqjusa fiċ-ċrieki politiċi, ġurnalistiċi u anke soċjali bħala 'passat remot.' Il-fattur Metsola fl-2024

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022