Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 editorjal IL-ĦADD 18 TA' DICEMBRU 2022 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Parlament Ewropew huwa fl- aħħar mill-aħħar il-Parlament tagħna wkoll. Fih hemm rap- preżentanza Maltija li nivvotaw għaliha kull ħames snin. U għalhekk kwalunkwe problema jew skandlu li jinqala' f 'dan il-Parlament għandu jik- konċernana. Huwa inkwetanti li persuna f 'istituzzjoni ta' tant prestiġju tittradixxi l-valuri li dik l-istituzzjoni teżisti għali- hom. Hija inkwetanti li dik l-istituzzjoni li qed toħloq l-istandards tkun hi stess li tikser u tkisser dawk l-istandards. Imma kemm hija aktar inkwetanti u aktar problematika li f 'dan ix-xenarju politiku kollu, minflok niffukaw fuq kif nistgħu nitgħallmu minn dan kollu, nftittxu biss is-superfiċalità assoluta tal- partiġġjaniżmu lokali, kif jiddispjaċina li għamel il-Prim Ministru lokalment. Minflok qagħad jara kemm għaġġlet Metsola, messu ra kemm ma għaġġilx Gvern Laburista meta fil-poter ħalla nies li mhux talli fetħu kumpaniji f 'ġurisdizzjoni maħmuġa u mhux talli ma ddikajarwx tali kumpaniji, talli anke quddiem emails li f 'dawk il-kumpaniji kellhom jidħlu l-miljuni mingħand raġel akkużat bil-qtil ta' ġurnalista, xorta baqgħu mwaħħlin mal-poter. Anke meta inkixfu chats u anke meta inkixfu flus li kellhom jgħaddu f '17 Black mill-proġett tal-Power Station, hemm baqgħu jmaxtru u jippretendu lin-nies jinżlu għalkopptejhom u jirringrazzjawhom talli maxtru. Fuq hekk messu inkwieta l-Prim Ministru, mela fuq Metsola! U mhux inkwieta biss. Messu uża l-okkażjoni biex fakkar li meta tela' hu Prim Ministru u Mexxej Laburista qaċċat lill-aktar nies li għamlu ħsara lill- Partit Laburista kemm ilu jeżisti, għax pruvaw jużawh biex jimlew buthom. Li dak li għamlet Metsola - u sewwa għamlet - kien diġà għamlu hu meta keċċa eks Ministru - u sewwa għamel. Ejja t-tajjeb ngħidulu tajjeb u ejja naċċettaw darba għal dejjem ir-regola illi meta tkun fil-politika u tispiċċa taħt sħaba postok huwa barra. Iva, mela kulħadd preżunt innoċenti. Imma l-preżunzjoni tal-innoċenza tagħmilha barra l-politika, mhux fiha. Fejn tista' tibqa' tmaxtar u tbagħbas u tfotti biex tevita l-ġustizzja. Sewwa għamlet Roberta Metsola li keċċiet lil Viċi President tal-Parlament Ewropew. U sewwa għamel Robert Abela meta keċċa lil Konrad Mizzi - anke jekk Abela jidher li jiddejjaq li jfakkar f 'dan il-pass li kien ħa. Dik is-serjetà u l-kontabilità: Li min hu korrott jiġi arrestat, imressaq il-Qorti u jekk ħati jispiċċa l-ħabs. Kwalunkwe ħaġa inqas minn din hija impunità u ġungla. Min hu serju fil-politika jagħmel kif għamel Abela meta sar Prim Ministru u kif għamlet Roberta Metsola din il-ġimgħa. Ma hemm ebda għaġġla żejda biex jitneħħew nies li jużaw lill- istituzzjoni jew partit għall-vantaġġ personali tagħhom. Taf x'hemm imma? Titubar, kif rajna sew m'ilux, għas-spejjeż ta' dak li kien l-aktar Prim Ministru popolari mill- Indipendenza! Min jidħol fil-politika għall-gwadann ta' butu għandu jintrema' 'l barra b'ħeffa liema bħalha għall-ġid tal-istituzzjoni, tal-partit, tal-pajjiż u fil-każ tal- Parlament li tmexxi Metsola - għall-ġid tal-kontinent kollu! Min jidħol fil-politika biex isir sinjur... postu barra!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022