Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
17 kotba illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 Mark Vella jħares lejn żewġ kotba dil-ġimgħa, u jkompli jmaħħaħ dwar il-kitba popolari u l-valur kumpless tagħha fehma alternattiva jien. Minnu li ma naqrawx? Jew inkella xi wħud minna jinkwetaw li n-nies ma jaqrawx dak li naħsbu aħna li għandu jinqara? Hija problema, tassew, li l-kittieba importanti jibqgħu jinqraw mill-it, iżda, min- naħa l-oħra, irridu naraw tassew x'qed jinqara verament mill-Maltin, u minn hemm naslu għal tagħlimiet fuq livell varji. Sakemm ma jkollniex xi forma ta' statistika min-naħa tal-pubblikaturi u l-bejjiegħa, se nibqgħu ntefu fid-dlam u nistrieħu biss fuq l-impressjonijiet. Imma, nagħtu każ, jekk nagħtu daqqa t'għajn lill-awturi l-aktar mislufa fil- librerji (skont l-informazzjoni tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dwar il-jeddijiet għas-self pubbliku), xi xorta ta' stampa tibda tfeġġ. L-awturi ewlenin, bħal xi Clare Azzopardi jew Trevor Żahra, x'aktarx qegħdin fuq nett minħabba l-volum ta' kotba għat-tfal li għandhom fil-katalgu tagħhom. Imma jekk tinżel aktar 'l isfel, tara ismijiet li x'aktarx ma tkunx smajt bihom, iżda li mid-dehra semgħu bihom bosta aktar nies minn dak taċ-ċrieki dojoq u tal-kmamar jidwu li spiss ningħalqu fihom. Fost il-kotba li sirt nifli, anki jekk mhux dejjem nikteb dwarhom, hemm dawk li nsejħilhom 'popolari', fis-sens li jinħadmu x'aktarx b'mod deliberat għal ċertu tip ta' qarrej li aktar se jixtrihom minn xkaffa ta' stationer tar-raħal milli jżur librar il-Belt. Anki jekk bosta minnhom naqrahom bit-tqallib ħafif, għaliex fil-fatt ma jkunux maħdumin bis- sengħa li wieħed jistenna minn xogħol letterarju, kif ukoll naqra ħafna minnhom u l-maġġoranza nagħtihom lill-bażar ta' ħdejja... imma ... ikun hemm uħud li jkun fihom dak l-element tan-nazzjonal- popolari (li ttrattajtu drabi oħra), fejn jaħdmu b'element lokali importanti b'mod li jiniehem mill- massa li żgur tieħu minnu pjaċir u anki tagħlim, jekk nibqgħu fuq dan il-livell bażiku ta' x'wieħed jistenna minn ktieb. Sitwazzjonijiet familjari u maħsusa kulturalment, li kapaċi jiġu interpretati b'mod li jmiss lil kulħadd u li ma jaljenax jew ibiegħed. Il-ktieb li tajtu r-reċensjoni diplomatika qgħadt lura milli nkissru forsi għalhekk, anki jekk id-difetti tiegħu evidenti u kważi titħasseb dwar fejn daħal il-pubblikatur. Fuq din tal-aħħar, imbagħad, nistgħu niktbu riżmi sħaħ, imma fl-aħħar mill-aħħar, il- pubblikatur, apparti mill jrid ibigħ, huwa wkoll, iridu jew ma jridux l-akbar istinti intellettwali tagħna, dak li s-suq żgur jafu aktar minna. Żewġ kotba, għalhekk, li laqtuni f 'dan il-kuntest huma offerti reċenti mill-Horizons, dar li għandha minn kollox fil-firxa tagħha, iżda li ilha tispeċjalizza f 'kotba tat- tip imsemmi fuq li mhux bilfors jisfidaw lill-qarrej kif wieħed jixtieq, iżda li xorta jistgħu jagħtu esperjenza ta' qari interessanti. Ovvjament, strateġija bħal dan se tvarjalha l-kwalità, kif naraw minn Natal Felice u l-Ġnien tal-Mistrieħ ta' Brian Bonnici u Sensei ta' Edgar Formosa, it-tnejn maħruġa dis- sena. Liż-żewġ awturi ma kontx smajt bihom, imma d-dettalji fil- ktieb u riċerka oħra tatni stampa importanti wkoll biex almenu ninkwadra l-intenzjoni letterarja. Formosa daqqli għaliex kien ħareġ żmien ilu Sena mill-ħajja mistura ta' Daniel Tusa, li ma qrajtux imma li ddeskrivewhuli bħala Adrian Mole mingħajr 'is-sex'. Bonnici rajt ir-ritratt tiegħu u naf li narah jien u nqalleb id-deżert tat-televixin Maltin bi programm dwar il- festi. Fil-każ ta' dan tal-aħħar, il- preġudizzju jista' ġa jbiegħdni minn xi ħadd li mhux bilfors naqsam id-dinja tiegħu, imma ktieb trid tiħu u taqrah, u l-istorja ta' Natal Felice d-deffien kuntent u kburi b'xogħlu, ġabitli mhux biss tbissima, iżda qrajtha bħala biċċa xogħol maħduma u rriċerkata b'sengħa u, l-aktar importanti, mingħajr il-ġudizzju li dak li jkun jistenna minn ktieb li jdur ħafna mal-viżjoni Nisranija tal-mewt u l-ħajja. Natal Felice huwa dawra maċ- ċimiterju tal-Addolorata, sew storika sew sentimentali, u spiss umoristika, b'eki rispettużi għal ilħna klassiċi bħal ma jistgħu jkunu karattri bħar- Ronnie ta' Joe Friggieri u l-infinità tal-personaġġi ta' Trevor Żahra, il-watchman ta' Karl Schembri, u l-intwizzjonijiet filosofiċi ta' xi Oliver Friggieri. Jien u naqrah, il-ħin kollu nfittex li naqbad dik il-ħaġa li se ddarrasni, imma l-ktieb jgħaddi minn dan it-test fejn l-awtur kapaċi jikteb b'intimità u b'umanità dwar il-fenomenu tal-mewt li jmiss lil kulħadd u li anki jlaqqagħna, għal dejjem, fl-istess post. Sensei, min- naħa l-oħra, proġett b'potenzjal kbir, li madankollu jidher li nkiteb biex jinkiteb u donnu lanqas biss ħares lejh il-pubblikatur. Jiaħ b'baraxx klixejiet biex jasal għall-qalba tal- istorja li madankollu tiżviluppa mingħajr l-iċken ħjiel ta' artifizju kittiebi. Interessanti bħala proġett għaliex jiżbarka lil hinn mill- konfini Maltin u jdur mal-kultura Ġappuniża, li jaf laqtitni għax qajmitli elementi tal-għerf tas-Sur Miyagi f 'e Karate Kid, imma li malajr isir lista mgħaġġla ta' drawwiet Ġappuniżi, ripetizzjoni tal-istess tema, u element sopranaturali ġej mix-xejn biex jagħlaq. Huwa ktieb, madankollu, li jekk jinqara minn ċertu qarrej, żgur mhuwiex se jdejqu u se jaqla' tifħir, bħalma ġa qalgħu xogħlijiet oħra ta' Formosa, għaċ- ċarezza u għal kif idaħħlek fl-istorja, u sebaħ u dalam. U l-mistoqsija tqum, mingħajr ma nkun banali apposta jiena stess, fejn hu l-mifred li jagħżel xogħol li jinqara b'gost, ikun li jkun, u xogħol li nsejħulu letterarju iżda li xorta jaħfen l-immaġinazzjoni tal-qarrej? Formosa, min-naħa l-oħra, jippreżenta 'l Sensei bħala ktieb dwar il-mentoring, kunċett interessanti li jaf irodd valur f 'ambitu pedagoġiku, u l-ħeffa (deliberata jew mhix) tiegħu taf tkun effettiva f 'ċertu kuntesti, u hawn, għal darb'oħra, jidħol il-kunċett, kumpless aktar milli naħsbuh, tal- popolari. Hemm ukoll, iżda forsi għal darb' oħra, il-pretensjoni ta' dak li jkun, u naħseb li dak hu li anki jista' jmexxi lir-reċensur. Il- kitba popolari għandha element ta' nuqqas ta' pretensjoni, anki fis- sens letterarju, fejn l-awtur jaf x'qed jagħti preċiż lill-qarrej, mingħajr ma jistenna wisq aktar, anki minnu nnifsu stess. Bħalma l-ktieb ta' Formosa, wara tmiem l-istorja, miżgħud tifħir, awtoreċensjonijiet u elenku ta' premji u nomini, Bonnici jagħtina kitba umli daqs il-protagonist tiegħu, u jirregalana b'osservazzjoni u perspettiva kurjuża dwar il-bniedem mirfuda minn għarfien storiku u kulturali popolari u importanti.