Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479
06 Tazza tad-Dinja IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Mumenti drammatiċi u memorabbli tat-Tazza tad-Dinja 2022 ANTHEA CACHIA Kien hemm diversi mumenti ikoniċi u drammatiċi f 'din it-Tazza tad-Dinja. Fil-fatt il-president tal-FIFA Gianni Infantino iddeskriviha bħala "l-aqwa Tazza tad-Dinja fl- istorja tagħha" u ma tantx qed imeruh. Huwa qal li għall-ewwel darba fl-istorja tat-tazza tad- dinja, timijiet rappreżentanti minn kull kontinent lagħbu mal-aħħar 16. Apparti minn hekk Infantino qal li m'għadx hemm il-perċezzjoni ta' timijiet kbar jew żgħar u l-futbol qed isir tim maħbub u prominenti globalment. Il-Ġermaniżi jgħattu ħalqhom u l-Iran ma jkanatawx l-innu Nafu li fil-Qatar relazzjonijiet, żwieġ u f 'kelma waħda dak kollu li jagħmlek parti mill- kommunità LGBTQI+ huma illegali u bħala ġest ta' rispett lejn din il-kommunità diversi timijiet ingħaqdu u taw sostenn lill-kampanja One Love permezz ta' faxxa mal-id. Normalment din il-faxxa tintlibes mill-kaptan tat-tim u din il-faxxa partikolari kellha tkun b'kuluri varji li jirrappreżentaw il-kampanja. Madankollu kien hemm diversi theddid ta' sanzjonijiet mill- FIFA inkluż li jħallsu multi u li l-kaptani jingħataw karta safra u għalhekk il-faxxa intlibset xorta bl-abjad u bl-iswed li tgħid 'no discrimination', bil-konsegwenza li diversi timijiet kienu rrabjati mal-Federazzjoni. Bħala protesta għal dan it-theddid il-plejers tat- im Ġermaniż, fir-ritratt uffiċjali ta' qabel il-logħba, għattew ħalqhom bħala simbolu li ġew imsikkta mill-FIFA. Intant, fuq skala differenti iżda ugwalment qajmet furur, il-ġurnalist Grant Walh inżamm detenut minn uffiċjali tas-sigurtà għax prova jidħol fl-istadium bi flokk tal-qawsalla. Sfortuntament it jiem ilu Walh tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jirrapporta għal- logħba tal-Arġentina kontra l-Olanda. Il-ġurnalist ta' 48 sena, ħass pressjoni f 'sidru, fil-fatt l-awtopsja ikkonfermat li kellu problemi fl-arterja tal-qalb. Tim ieħor li pprotesta b'mod sottili kien it-tim Iranjan. Bi tmexxija turbulenti għall-aħħar f 'pajjiżhom, plejers Iranjani irriutaw milli jkantaw l-innu nazzjonali tagħhom fil-logħba kontra l-Ingliżi. Partitarji mill- Iran li marru l-Qatar biex jagħtu s-sostenn lit-tim tagħhom marru b'kartelluni bħala protesta wkoll u filwaqt li tħallew jiddaħħlu bihom bnadar Persjani kienu projbiti. Logħob mimli sorpriżi Minkejja l-mumenti drammatiċi u serji għall-aħħar li semmejna sa issa, ma tistax tiċħad il-fatt li l-logħob li rajna fl-aħħar erba' ġimgħat kienu mqanqla minn riżultati sorprendenti, timijiet li ma kinux qed jistennew li jimxu daqstant 'il quddiem u timijiet oħra li ma stennewx li se jinqalgħu daqstant malajr. Bla dubju t-timijiet li taw risposta kienu l-Arabja Sawdija, il-Marokk u l-Korea ta' Isfel fost oħrajn. Infakkru li l-Arabja Sawdija rebħet kontra t-tim favorit li jirbaħ, l-Arġentina. Min naħa l-oħra l-Marokk għamlu partita mill-aqwa hekk kif rebħu kontra l-Portugal - li wassal biex inqalgħu - u għaddew għall- quarter finals. Min-naħa l-oħra l-Korea ta' Isfel ukoll kienet rebbieħa kontra l-Portugal aktar kmieni. Apparti minn hekk kien it-tim Ġappuniż li bir- rebħa tiegħu wassal biex inqala' t-tim Ġermaniż, li huwa meqjus b'saħħtu fil-logħob tat-Tazza tad- Dinja. L-aħħar Tazza tad-Dinja Il-ġenerazzjonijiet tal-futbol sportivi jiftakru ħafna plejers ikoniċi iżda bla dubju huwa mumenti ta' swied il-qalb għal dawk li jħobbu lil Lionel Messi u Cristiano Ronaldo hekk kif aktarx hija l-aħħar Tazza tad- Dinja tagħhom. Biex tkompli tagħmel din it-Tazza tad-Dinja aktar memorabbli, Messi se jkun qiegħed jilgħab fil-finali kontra Franza - li għat-tieni darba se tkun qiegħda tiġġieled għat- trofew - possibilment għall- aħħar darba. Min-naħa l-oħra kien hemm diversi partitarji oħra li niżżlu l-geddum hekk kif ħasbu li Neymar Jr. kien se jirtira wara dan il-kampjonat, minkejja dan assigura li se jagħmel l-għalmu tiegħu biex jilgħab għall-aħħar darba fit-Tazza tad-Dinja li jmiss. Intant mal-ħarġa ta' din il- gazzetta, għad m'għandiex rebbieħ. Kullma fadal hu li nistennew, nieħdu flixkun birra - la Malta nistgħu - u naraw il- ġlieda għat-trofew. Rebħiet straordinarji għall-aħħar, mewt ta' ġurnalist, Franza lura għall-finali u l-aħħar tazza tad-dinja għall- plejers tant maħbuba. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn Tazza tad-Dinja mill- aktar ikkulurita bl-aktar mumenti memorabbli