Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029
14 illum • IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 films Wasal il-Milied: Films li matul is-snin ferriħija ta' dan iż-żmien ta' ferħ Xi żmien ilu, kont ktibt dwar l-aktar films popolari u mfittxija fil-vaganzi tal-Milied. Xi wħud minn dawn il-films ma sarux il- favoriti tal-pubbliku għal dan iż-żmien ta' ferħ tas-sena mill- ewwel, iżda kienu ppopolarizzati ferm meta reġgħu ħarġu u meta ntwerew ripetutament fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni. Wara, l-udjenzi bdew jitolbu għalihom b'ħerqa kbira. Personalment, jien ukoll għandi diversi films li meta nerġa' narahom, anki jekk inġibhom quddiem għajnejja biss, dlonk nikkrea f 'moħħi l-atmosfera u l-ispirtu uniku tal-Milied, anke jekk xi wħud minnhom mhux neċessarjment għandhom x'jaqsmu mal-ġajjiet ta' din il-festa universali. Fost dawn, hemm stejjer ta' ħbiberija soda, għajnuna lil batuti u dawk fil- bżonn, atmosfera ta' ferħ sinċier, paċi u allegrija, mużika evokattiva li tneħħi d-dwejjaq, xi fantasija ħelwa u rakkonti ta' fantasija bi sħaħar tajbin (fairies) u produzzjonijiet "tal-maktur". F'din il-lista nsibu xogħlijiet li rajthom aktar minn 50 sena ilu b'għajnejn ta' tifel u oħrajn fis-snin aktar riċenti. Dawn il-films dejjem ġabu quddiem għajnejja xenarju ta' ferħ, rieda tajba u divertiment meta rajthom: Babes In Toyland. (1934) – L-operata ta' Victor Herbert qatt ma dehret daqshekk attraenti fil-konfront ta' Laurel u Hardy, fl- aqwa element tagħhom ta' fantasija fl-Art tal-Ġugarelli (Toyland), speċjalment fl-attakk ta' Bogeymen u l-marċ brijuż tas-Suldati tal-Injam (e Wooden Soldiers). Minkejja l-eta' tiegħu, dan il-film jibqa' dejjem favorit għal dawn il-festi. Meta reġa' ħareġ fis-snin sittin, fir-Renju Unit kienu semmewh Laurel & Hardy In Toyland u anki tawh l-isem ta' e March Of e Wooden Soldiers meta ħarġuh fuq video cassette. Biex verament isebbħu l-atmosfera li joffri kienu ħarġuh bil-kulur. Come Next Spring. (1956) – Film dwar maħfra ta' att insensittiv u krudili li jispiċċa b'mod inġenjuż, ta' kuraġġ u redenzjoni. Ambjentat f 'Arkansas tas-snin għoxrin, Steve Cochran jerġa' lura lejn il-mara u t-tfal li abbanduna disa' snin qabel minħabba li kien jisker. Issa, determinat li jibqa' f 'sensieh u sobriju filwaqt li jrid ipatti billi jagħmel il-ġid. Il-mara taħfirlu għalkemm ma tafdahx fil-bidu, fil-fatt ma ddaħħlux ġewwa d-dar iżda jgħix f 'għorfa. L-att kuraġġuż aħħari tiegħu fuq it-tifla jġib il-fejda li dejjem kien jixtieq. Dan definittivament huwa film li se jemozzjona u jbikki! tom thumb. (1958) - Ħrafa sabiħa u fantastika għat-tfal li kienet tinwera sikwit f 'dan il-perjodu ta' ferħ. tom thumb (Russ Tamblyn), tfajjel ċkejken ħafna jsib refuġju ma' koppja anzjana (Bernard Miles u Jessie Matthews), imma żewġ viljakki ta' nofs kedda (Peter Sellers u Terry-omas) ikunu jridu jisfruttawh. Film tassew gustuż li anki rebaħ l-Oscar għall-effetti viżwali u speċjali tiegħu. Snow White And e Seven Dwarfs. (1937) – Dan il-ġawhra perpetwa ta' Walt Disney li baqgħet toħroġ regolari matul is-snin kienet qisha maħluqa apposta biex tagħti gost lill-miljuni f 'dan iż-żmien ta' allegrija. Dan il-film animat, l-ewwel wieħed ta' tul normali, maħdum bl-idejn u bi preċiżjoni eċċezzjonali u mħabba għal din l-arti, għadu fi klassi għalih bi ħrafa klassika tant miġjuba b'effiċjenza u b'diversi kanzunetti tal-widna. All Mine To Give (U.K. – e Day ey Gave Babies Away) (1957) – Dan id-dramm, li jirrifletti storja vera, intwera hawn Malta bl- isem ta' e Day ey Gave Babies Away. Storja ta' intrigu ta' koppja Skoċċiża (Cameron Mitchell u Glynis Johns) li marru jgħixu f 'Wisconson fl-Amerika f 'post qrib foresta biex il-missier jaħdem hemm. Hu jmut b'marda u l-istess jiġrilha l-omm. It-tifel il-kbir ta' 12-il sena issa allura jrid jieħu ħsieb ħutu iżgħar minnu, jħabbat lill-familji tal-viċin u jitlobhom jekk iridux irabbu xi wieħed mill-ħames ħutu propju nhar il-Milied. Meta jlesti din il- biċċa xogħol hu jmur jaħdem mal- irġiel fil-foresta jaqta' s-siġar. Dan huwa film tassew kommoventi li niggarantilkom li meta ntwera' ħadd ma' ħareġ mit- teatru b'għajnejh xotti. Ix-xenarju xitwi tal-post ifakkar fil-kartolini tal-Milied. White Christmas. (1954) – Il- qofol ta' dan il-film kienet propja l-kanzunetta verament popolari u ta' suċċess finanzjarju, White Christmas. F'xenarju bis-silġ tassew addattat għal żmien il-Milied, insibu lil Bing Crosby u Danny Kaye, ħbieb intimi fl-armata illi jiħu post ta' divertiment f 'pajsaġġ mimli silġ. Ma kienx xi film gwapp iżda l-atmosfera tiegħu tinvolvik. E.T. – e Extra-Terrestrial. (1982) Fantasija mill-isbaħ għat- tfal (u anki għall-kbar) diretta b'abbilita' kbira minn Steven Spielberg. Tifel ta' 10 snin (Henry omas) jagħmel ħabib ma' E.T., aljen ċkejken, gustuż u dħuli li baqa' nawfragat fid-dinja. Storja li tmiss il-qalb dwar l-innoċenza tat-tfal, ta' kuraġġ meta xi adulti jippruvaw jaħtfu lil din il-kreatura għal skopijiet primarjament ta' introjtu, frustazzjoni u mħabba. Biex jopponi l-opinjoni tal- produtturi tal-films tax-xjenza fittizja tas-snin ħamsin dwar l-aljeni, id-direttur ried jurina li mhux dawn il-ħlejjaq kollha minn pjaneti oħrajn huma malinni. Wieħed kritiku wasal biex ikkompara il-familja ta' omas mal-Familja Divina u naturalment mal-festa tal-Milied. It's Wonderful Life (1946) - Film li falla fid-dħul tal-flus meta ħareġ, Carmel Bonnici - il-kritiku tal-films tal-gazzetta ILLUM - jagħti ħarsa lejn l-aktar films li jfakkruh propju fil-Jum tal-Milied u fil-festi li qed niċċelebraw bħalissa...