Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 Ħarsa lura IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum X'qalu mal-ILLUM matul l-2022? minn dawk li intervistajna... 'Li jkeċċu bidwi mir-raba agrikola biex joqgħodu fih is-Sibt u l-Ħadd hi inġustizzja f 'isem il-ġustizzja' Il-Ministru għall-Agrikultura, s-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet għall-Annimali Anton Refalo. 2.1.2022 'Il-politika f 'Malta hija wisq partiġġjana u jiena dik ma tantx inħobbha. Għalija dik kienet u għadha sfida' Oliver Scicluna, dak iż-żmien Deputat tal-PL. 23.1.2022 'Kellha tkun traġedja makabra li qajmet kuxjenza kontra l-fastidju f 'dan il-pajjiż' L-attivista u d-Direttur tal-Women's Rights Foundation Lara Dimitrijevic. 30.1.22 'It-tiġdid fil-PL qed isir mhux għax jixtiequ imma għax ħafna kellhom jirriżenjaw Joe Giglio, dak iż-żmien Kandidat tal-PN. 13.2.22. 'Min hu mweġġa' iktar għandu jivvota għax il-Labour biss jista' tassew jindirizza l-inġustizzji, kif diġà għamel' Clayton Bartolo, dak iż-żmien il-Ministru għat-Turiżmu biss. 6.3.22. 'Lit-tnejn ma nafdahomx fuq it-trasport tal-massa… wieħed nefaq €700 miljun u bqajna fit-traffiku u l-oħrajn wikkewna bl-arriva' Sandra Gauci, dak iż-żmien kandidata tal-ADPD. 13.2.22. 'L-inċidenti tat-traffiku mhumiex problema ta' min isuq biss. Int tħallas għalihom ukoll' Il-President tal-NGO Doctors for Road Safety Ray Gatt. 3.4.22. 'Dak it-Tweet ma kienx żball; Nixtieq lil Roberta tgħinna… Hija politiku, statista u kapaċi tmexxi' Robert Arrigo, dak iż-żmien Kelliem tal-PN għat-Turiżmu. 24.4.22. Mill-politiċi, għall-artisti u l-attivisti. L-aqwa kwotazzjonijiet mill-intervisti tal-ġimgħa li l-gazzetta ILLUM tippubblika kull nhar ta' Ħadd 'Strada Stretta ma kinitx biss xort, barmaids u qħab… il- mużika live kienet il-ħajja tagħha' L-awtur, George Cini. 22.5.22.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022