Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 IL-MILIED illum • IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 tal-Presepju Għawdex Malta - L-Istorja it-tradizzjoni diorami u presepji maħduma fi still bibbliku u popolari. Il-ħbiberija kompliet tikber. Infatti l-Għaqda ta' Għajnsielem għamlet stedina oħra lil Mattei biex flimkien ma' Franco Bonati jagħmlu kors ieħor presepistiku dwar kif isir Diorama li tirrapreżenta xena mill-ġrajja tat- twelid ta' Ġesu Bambin. Infatti dan il-kors sar f 'April 2022. Il-Presepju Malti – Arti, Fidi u Tradizzjoni Kien ta' sodisfazzjon kbir meta l-Għaqda ġiet mistiedna minn Mattei sabiex ittella' wirja ta' presepji u dijorami Maltin ġewwa Bergamo l-Italja. Meta wieħed jara l-livell għoli ta' presepji li jkunu esebiti ta' kull sena f 'din il- wirja minn presepisti barranin, wieħed ma jistax ma jħossux kburi li ġiet mgħotija l-opportunità permezz tal-Għaqda Presepistika ta' Għajnsielem sabiex presepisti Għawdxin u Maltin jesebixxu l-presepju tagħhom. Kemm il- darba Mattei stqarr li l-livell tal- presepju Malti sar iħabbatha ma' dak Taljan. It-titlu li ntgħazel għall- esebizzjoni ta' din is-sena li ser tittella gewwa l-Knisja l-Qadima ta' Ponte San Pietro gewwa Bergamo huwa "Il-Presepju Malti, Arti, Fidi u Tradizzjoni. Il-preparamenti għal din wirja ilhom għaddejjin kważi sena u nofs. Wirja ta' dan il- livell trid tkun ippreparata tajjeb f 'diversi aspetti speċjalment kif jiġi pprezentat il-presepju tipiku Malti. Għalhekk ġew mistiedna l-membri tal-għaqda flimkien mal-għaqdiet presepistiċi kollha li hawn fil- gżejjer Maltin biex jipparteċipaw f 'din il-wirja prestiġjuża li ser tagħti lil min ser iżurha esperjenza ta' kif jigi ċċelebrat il-Milied ġewwa Malta. Infatti x-xenarju tal-wirja ser jirrapreżenta pjazza tipikament Maltija imżejjna għal festi tal- Milied. Ix-xenarju kollu beda jinħadem mill-membri ta' l-Għaqda taħt is-superviżjoni tiegħi li għamilt id-disinn għal din il-wirja. Inħolqu żewġ faċċati ta' djar tradizzjonali Maltin fejn fit-tieqa ser jiġi espost il-presepju tal- kartapesta waqt li wara l-antiporta wieħed ser ikun jista' jara l-bambin imdawwar bil-ġulbiena. Xena oħra li ser ikun hemm f 'din il-wirja hija l-kappella flimkien mas-salib tad-dejma. Ma' dawn ix-xeni ser jikkumplimentaw ħames statwi ta' qisien normali li juru il-ħajja tipika Maltija. żewġ irġiel anzjani jitkellmu taħt is-salib waqt li mara anzjana flimkien man-neputija qed taħdem il-bizzilla ma' ġemb il- bieb tad-dar. Ħdejn il-kappella hemm il-patri li qed jistieden lil dak li jkun għaddej sabiex jidħol jara l-presepju espost. Ma dawn ix-xeni ser ikunu esebiti ukoll 31 presepju u diorami li juri kemm pajsaġġ lokali u anke dak bibbliku. Żgur li min ser iżur din il-wirja ser jesperjenza l-arti, l-fidi u t-tradizzjoni tal-Milied Malti. Din il-wirja ser jiġi nnawgurata l-Hadd, 4 ta' Diċembru 2022 fil- 5.00pm uffiċċjalment mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u mbierka mill-Isqof t'Għawdex, l-Eċċ. Tieghu Mons. Anton Teuma. Preżenti kien hemm ukoll is- Sindku ta' Għajnsielem, Kevin Cauchi. Għal din l-okkazzjoni grupp ta' 50 persuna minn Malta u Għawdex kienu preżenti għal l-inawgurazzjoni. Grazzi kbira tmur lil li sponsors uffiċċjali ta' din il-wirja, li huma l-Ministeru għal Għawdex, Direttorat tat-Turiżmu fi ħdan il- Ministeru għal Għawdex, Kunsill Lokali ta' Għajnsielem, CVC Media Communications, Karkanja u Abelands li żgur mingħajr l-għajnuna tagħhom din il-wirja ma kienetx tkun possibbli Dawk interessati li jidħlu membri ma' din l-għaqda jistgħu jibagħtu email fuq presepjighajnsielem@ gmail.com u tintbagħtilhom formola ta' sħubija. Il-miżata hi ta'10 ewro. Tistgħu anke ssegwu l-attivitajiet li l-għaqda torganizza matul is-sena fuq www.facebook. com/ghaqdapresepjughajnsielem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022