Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal IL-ĦADD 25 TA' DICEMBRU 2022 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Għada, huwa Jum l-Istrina. Dan l-Editorjal żgur li japprezza kemm dan l-avveniment, bħal bosta oħrajn, iqajjem kuxjenza fuq mard li jista' jkun qerriedi u jgħin eluf ta' nies illi kieku ma jsibux l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund, Puttinu Cares, Hospice Malta u diversi għaqdiet oħrajn ma jkunux jistgħu jieħdu l-kura neċessarja barra mill-pajjiż - xi ħaġa li tiswa' ħafna u ħafna flus. Mela allura l-intenzjonijiet ta' festa bħall-Istrina żgur li huma tajbin u aħna nħeġġukom mhux biss issegwu imma wkoll li tagħtu - għax verament, għada tista' tkun int illi tkun fil- bżonn tal-flus, tal-għajnuna, tas-solidarjetà jew inkella tal-kuraġġ li jistgħu jagħtuk voluntiera illi jqattgħu ħajjithom u ħinhom jgħinu lil ħaddieħor. Il-volontarjat huwa l-isbaħ espressjoni ta' solidarjetà u tal-valuri li aħna nħaddnu u għandna nibqgħu nħaddnu bħala poplu. Imma, għax dejjem hemm l-'imma' f 'dan l-editorjal, filwaqt li l-volontarjat u l-karità huma nobbli fl-ispirtu għandna naħdmu ħafna aktar biex, ħafna inqas nies ikollhom bżonn karità. Isaa aħna nafu li l-Gvern jgħin fuq li jgħin għaqdiet, assoċjazzjonijiet u anke familji jew individwi sabiex fejn ikun hemm bżonn jieħdu kura li tkun tiswa' eluf kbar ta' ewro. Nafu li l-Gvern għen mhux it lill-ALS Malta - per eżempju - u hekk għandu jkun. Imma lilhinn minn dan jeħtieġ nibdew nistaqsu għaliex ċerti servizzi tas-saħħa għadhom mhux qed ikunu offruti hawnhekk. Irridu nistaqsu għaliex - minkejja titjib qawwi fis-servizz tas-saħħa kemm taħt Gvern Nazzjonalista u anke issa - għad għandna professjonisti kapaċissimi li qed jitilqu minn Malta, minflok jħaddmu l-esperjenza, l-għerf u t-tagħlim tagħhom hawn. Irridu nistaqsu għalfejn bqajna lura milli insiru ċentru ta' eċċellenza fil-qasam tas-saħħa, fejn mhux il-Maltin u ulied il- Maltin imorru barra jieħdu l-kura, imma l-barranin u uliedhom jiġu hawn biex jieħdu l-kura. Irridu nistaqsu għaliex il-Gvern sab flus xi jroxx ma' erba' konsulenti b'xi paga ta' €100,000 fis-sena imma mbagħad iserraħ fuq il-karità biex jiġu salvati l-ħajjiet. Il-karità hija espressjoni u ġest sabiħ. Imma f 'pajjiż li suppost iħaddan it- twemmin kristjan u dak soċjalista li jwieżen lill-batut, il-karità għandha tkun fl-eċċezzjoni mhux fin-norma. Nerġgħu nisħqu li s-sejħa ta' dan l-editorjal huwa biex tagħtu u tgħinu, imma fl-istess ħin nappellaw ukoll biex ikun determinat liema huma dawk l-oqsma fejn jeħtieġ progress, ħalli l-Malti ma jkollux għalfejn jitla' Londra għall-kura imma jkun jista' jeħodha hawnhekk. Il-valuri f 'pajjiżna Dan l-aħħar smajna ħafna dwar l-abort. Minkejja li dan imiss mal-valur tal-ħajja u allura nimu li huwa valur importanti li jiġi diskuss hemm bosta affarijiet oħrajn li qed ninjoraw. Hemm eżami importanti u kollettiv tal-kuxjenza xi jsir. Il-valur tas-solidarjetà ma' dawk kollha li huma vulnerabbli - inkluż mal-barrani u l-batut. Is-soldarjetà mhix shopping list: Jew tagħmilha dejjem jew qatt. U f 'dawn l-aħħar snin in-nuqqas ta' rispett u n-nuqqas ta' solidarjetà u kompassjoni lejn il-barrani u l-batut, żdiedet mhux naqset. L-indiffernza lejn it-tbatija ta' ħaddieħor qed toqtol ruħ dan il-pajjiż! Mietet tifla, bil-għatx fl-ibħra tagħna u bilkemm kien hemm għajta, bilkemm kien hemm protesta, bilkemm kien hemm għagħa! Il-valur tar-rispett lejn ħaddieħor u lejn pajjiżna. Ir-rispett lejn pajjiżna baqa' biss fuq il-karta u fuq il-bandiera tperper, mill-bqija lill-pajjiż qed nibnuh, qed inkerrħuh, qed inħammġuh, qed inkissrulu l-karatteristika tiegħu u qed inbiegħuh għal min ġej bl-ogħla prezz, għall-aktar merċenarji perikolużi - li jibnulna pajjiżna u jixtru l-gżejjer fejn huma u familthom jistrieħu! Qed inbiegħuh ukoll lill-politiċi tagħna, klassi ta' politiċi bla valuri, għajr il-but u s-surveys. Klassi ta' politiċi li l-poter jarawh mezz biex jistagħnew huma, mhux mezz ta' servizz. X'ma jkunx hawn astensjonijiet! U kemm għadhom iridu jiżdiedu dawk l-astensjonijiet! Stennew sal-2024. Ir-rispett lejn ħaddieħor? Biżżejjed tħares lejn it-toroq u s-sewqan, biżżejjed tħares lejn l-inċidenti fil-kostruzzjoni grazzi għal prattiċi ħżiena. Biżżejjed tara l-abbuż ta' ħaddiema bla vuċi, misruqin minn drittijietom. Fuq il-facebook qed isir ir-rispett lejn in-nies? Sar qisu bir ta' skieken ta' min se jitgħajjar, jgħajjar, joffendi u jħammeġ l-aktar. U allura kollox ħażin? U dażgur li le. Imma ejja nużaw dawn iż-żminijiet biex inħarsu madwarna u naraw fejn nistgħu nkunu aħjar, fejn nistgħu neċċellaw, fejn nistgħu nnaqqsu il-qerda ta' pajjiżna, fejn nistgħu nirrispettaw aktar lin-natura u fejn nistgħu nirrispettaw aktar lin-nies - anke dawk differenti minna. Nitkellmu ħafna dwar il-ferħ u l-paċi fi żmien il-Milied. Pero' dawn ma jiġux mill- bozoz u s-siġar tal-Milied u lanqas jiġu minn kemm nonfqu - għalkemm dan kollu huwa tajjeb. Jiġu minn kemm nitgħallmu nirrispettaw lin-nies, lil dawk ta' madwarna u lil pajjiżna li wara kollox fih irridu ngħixu. Jekk kerraħnih u ħammaġnih, għamilna dan għad-detriment tagħna stess. Jekk biegħejnih, biegħejna artna - dak li suppost huwa tagħna. Kieku nkunu daqstant orgoljużi lejn dawn il-valuri wkoll daqs kemm kienu bosta fuq emenda, kieku qed ngħixu ħafna aħjar, f 'pajjiż ħafna isbaħ, b'poplu rispettat mill-politiċi u mhux trattat ta' iblah, f 'pajjiż nadif, f 'pajjiż li jirrispetta l-għeruq storiċi u ariktettoniċi tiegħu. Se nbiddlu triqitna u nġiegħlu lil min qed imexxi ibiddilha? Jew se naċċettaw kollox b'passività u b'apatija? Dan l-editorjal jixtieq lill-qarrejja kollha l-isbaħ xewqat, l-isbaħ Milied għalikom u għal dawk għeżież għalikom. L-Istrina, il-karità u l-eżami tal-kuxjenza...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022