Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 oroskopju IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Libra ser jagħmlek tagħti tidwira profonda ta' dak li int għandek madwarek sabiex b'hekk int tkun tista' tanalizza aktar f 'dettal dak kollu li hemm għaddej u tgħaraf tieħu dik id-direzzjoni ideali u meħtieġa sabiex b'hekk int tkun tista' tqassam aħjar it-twettieq li int tixtieq twettaq fil-ġimghat li ġejjin. Għaraf sew dan. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi d-Dolomite. Libra huma magħrufin għad-direzzjonijiet bilanċjati tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Scorpio ser ikun il-waqt li jagħmlek tanaliżża li kollox jieħu ż-żmien tiegħu u kollox ikun imwettaq fil-mument idejali. Issa int għandek iċ-ċans li tgħaraf iżjed kif ser taddatta kemm għal dak li qiegħed tesperjenza preżentament kif ukoll b'għaqal tħejji lilek innifsek sew għal dak li hemm riesaq lejk. Tagħmel l-ebda deċiżjoni b'għaġla. Ftakar fil-passat. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Fluorite. Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Sagittarius ser ikun iffisser aktar impenn ta' riflessjoni dwar ir-responsabbilta' li int bħalissa għandek madwarek kemm fir- relazzjoni, karriera u l- familja. Int trid turi kemm int persuna responsabbli sabiex b'hekk tkompli t-tejjeb il- madwar komplut tiegħek u saħħaħ iżjed dik l-istabbilta' meħtieġa. Irriffletti. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Jade Lemon. Sagittarius huma magħrufin għal kemm jagħrfu jimxu mal-mument. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-Miled għalik iż- żodjaku ta' Capricorn ser ikun iffisser aktar impen fit-tqassim fil- ħidma tiegħek u dan sabiex int tkompli t-tejjeb il-madwar komplut tiegħek. Iżda int trid tgħaraf tagħmlu b'mod għaqli sabiex it-tkattir mixtieq ikompli jiżviluppa. Għaraf imxi b' pass b'pass u b'hekk żgur it-twettieq ikun success. Għaraf sew dan. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Larimar. Capricorn huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Aquarius ser ikun dak il- mument li int tibda tgħaraf aktar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek li dan l-aħħar bdiet tirkupra. B'hekk fl-istabbilta' madwarek ser tara tkattir iżda issa trid tgħaraf tkun iffokat aktar kif tqassam b'mod għaqli l-finanzi tiegħek sabiex terġa tinkiseb dik il-fiduċja tant meħtieġa. Irriffletti. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Aquarius huma magħrufin għal-istabilita' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-Miled għalik iż- żodjaku ta' Pisces ser ikun dak il-mument opportun li turi aktar dik id-determinazzjoni fit- twettieq li tixtieq tkompli twettaq. Għalkemm kollegi jistgħu jkunu ta' għajnuna int trid tgħaraf li b'għaqal u b'ħeġġa tħares il-quddiem u mhux lura. Huwa dan li ser jagħmel id- differenza fik għal dak li hemm riesaq lejk. Għaraf sew dan. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Opal Fire. Pisces huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste L-OROSKOPJU GĦAL ŻMIEN IL-MILIED Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Aries ser ikun għalik mument ta' aktar fokazzjoni lejn l- impenn ta' preparazzjoni f 'dak li hemm riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista' t-tejjeb u tgħaraf aktar il-kapaċitajiet kollha tiegħek. Dan issa ser ikun il-waqt fejn int ser tgħaraf aktar il-ġejjieni tiegħek. Din taf tkun il-bidu ta' bidla għat-tkattir. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Qaurtz Clear. Aries huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Taurus ser ikun iffiser aktar impenn u għarfien lejn dawk l-għeżiez tiegħek li dan l-aħħar minħabba ċertu impenji kien hemm nuqqas. Għalhekk grazzi għal dan int ser tgħaraf kemm huwa mportanti li toħloq dak il-bilanċ bejn il-ħidma u u l-għeżież tiegħek, bilanċ meħtieġ u utli. Għaraf sew dan. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Selenite Golden. Taurus huma magħrufin għad-direzzjoni li joffru. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Gemini ser ikun dak il-mument ta' riflessjoni profonda lejn dawk il-proġetti li int qiegħed tħejji għax xhur li ġejjin, proġetti li żgur iridu aktar attenzjoni, aktar ħsieb u aktar riflessjoni sabiex b'hekk turi kemm int organizzat sabiex dak li tixtieq jitwassal fl-aktar livel mistħoq. Għaraf biss li tibqa iffokatt. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi t-Tiger's Eye. Gemini huma magħrufin għal idejat pożittivi tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Cancer ser ikun dak il-mument li b' aktar b'għaqal tibda tħejji għal dak it-tbiddiel. Tibżax minn dan it-tibdil bżonjuż u utli għalik, għaraf biss li dan ser ikun meħtieġ sabiex tkattar iżjed dik l-istabilita' tant importanti għalik fix- xhur li ġejjin. Għamel riflessjoni profonda. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Cancer huma magħrufin għal-kommunikazzjoni ideali tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Leo ser ikun dak il-mument li jagħmlek tħossok persuna aktar dixxiplinata u organizzata u b'hekk minn issa int ser tieħu nifs ġdid lejn il-ħidma tiegħek. Mhux hekk biss imma dan jaf ilaqqgħek ma' persuni ġodda bil- probbabilita' ta' ħafna idejat ġodda, idejat li jistgħu jagħtuk aktar kif int tista' tkompli tkattar ħilietek. Għaraf sew dan. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Black Lava. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-Miled għalik iż-żodjaku ta' Virgo ser ikun dak il-mument li ser iwasslek sabiex twettaq għarfien profond mill-esperjenzi varji li esperjenzajt. Irriffletti b'għaqal minn dak li int esperjenzajt sabiex grazzi għal dan int b'determinazzjoni pożittiva tiegħek tkun aktar detterminat lejn dak li hemm riesaq lejk. Irriffletti. Il-Kristalla ideali għal din il-ġimgħa hi l-Calcite Red. Virgo huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON Irbaħ wieħed minn 7 Rigali fosthom, Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta' PaulJon Tlett Vouchers għal Tratttamenti ta' Sbuħija jew Fitnes Classes minn għand Graziella Miruzzi Voucher għal Pakett ta' Kristalli. Kull ma' għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Iż- żodjaku ta CAPRICORN jintem fi 22ta ? 21ta ? jew 23 ta Diċembru ? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, '' ILLUM '' Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022