Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Meta nara karozza bħal tal-eks raġel tiegħi, qalbi tieqaf' ANTHEA CACHIA "Meta nara karozza fit-triq bl- istess għamla u kulur bħal tal- eks raġel tiegħi, qalbi tieqaf għax naħseb li hu." Hekk qalet b'kuraġġ kbir mara li għaddiet minn esperjenza ta' vjolenza domestika li tkellmet mal- ILLUM dwar dak li għaddiet minnu hi, kif ukoll nisa' oħra bħalha. Hija tirrakkonta li hi bħala vittma, qatt ma kienet abbużata fiżikament iżda ġiet mhedda, ingħatat fastidju u ġiet mgħajjra fost affarjiet oħra mill-eks raġel tagħha. Marion, isem fittizu hekk kif il-vittma talbet li tibqa' anonima, filwaqt li rrakkontat l-esperjenza tagħha ta' dawn l-aħħar sentejn spjegat lill-ILLUM, pass pass il- proċess tal-vittma meta tmur tagħmel ir-rapport sakemm tidħol fil-Qorti u x'inhuma l-akbar sfidi li jiltaqgħu magħhom il-vittmi, ta' kuljum. Fosthom li f 'każ ta' abbuż fiżiku trid tagħmel ċertifikat mediku, li trid tistenna fil-Qorti fl-istess kamra mal-agressur u aktar. L-ewwel pass: Ir-rapport għand il-Pulizija Marion tispjega illi fil-każ tagħha, madwar sentejn ilu, bdiet il-proċess ta' separazzjoni minn mar-raġel tagħha. Hija rrakkontat li għandhom tifla u filwaqt li tenniet li qatt ma ġiet imsawwta fiżikament, la hi u lanqas bintha, r-raġel tagħha kellu problema ta' xorb tant li saħansitra darba kien kisser televiżjoni, bir-riskju li tintalaqt binthom. "Il-Pulizija kien qalli biex immur lura d-dar għax jekk ma mmurx nitlef kull ma kelli però b'tifla żgħira bdejt nibża'. Ippakkjajt ħwejġi u tlaqt," qalet Marion. Iż-żmien beda' jgħaddi u dan il-proċess, bħal kull każ ta' separazzjoni, kellu ħafna tlajja u nżul. Hija qalet li s-sitwazzjoni eskalat meta daħlet f 'relazzjoni oħra. Iż-żmien kompla għaddej u Marion għamlet 13-il rapport dwar fastidju u theddid li fosthom kienu jinkludu li se joqtolha u li se jieħu lil binthom. "Għandi kawżi li se jinstemgħu fil-Qorti fl-2024," żiedet Marion. "Riċentament kellna wkoll argument ieħor li fih ma riedx li jagħtini lit-tifla u kien se jsuq fuqi," qalet Marion. Fuq dan il- każ il-vittma qalet li peress li kien jinvolvi vettura, ma jaqax taħt il-kappa tal-unit tal-vjolenza domestika u allura kellha tirrikorri għand l-għassa tal- Pulizija. Hija saħqet li xahar wara, fuq dan il-każ baqgħet ma semgħet xejn u meta talbet għall-informazzjoni għarfuha li l-uffiċjal tal-Pulizija li kienet għamlet ir-rapport miegħu ma baqax jaħdem f 'dik l-għassa. "Kelli nerġa' nibda' l-każ kollu mill-bidu, tajt l-evidenza lil pulizija ġdid, għaddew xahrejn u sa llum għadu qatt ma tressaq l-għassa biex jagħmel l-istatement tiegħu," qalet Marion. Hija kompliet tispjega li dik hija problema kbira għaliha u għal dawn il-vittmi. Marion tenniet li vittma oħra allegat li kienet irrapportat lill-eks sieħeb tagħha hekk kif kellu pistola mingħajr liċenza "madankollu meta marret tagħmel aktar rapporti lill- Pulizija infurmawha li ma setgħux jarrestawh hekk kif l-uffiċjali li kellmuha ma kinux assenjati fuq il-każ tagħha. Qaltli li r-rapporti kienu ħela ta' ħin." Din il-gazzetta staqsiet aktar dwar il-proċess ta' rapport u kien hawn li hija qalet li meta wieħed imur jagħmel rapport ta' vjolenza domestika fiżika, qabel ma jsir rapport irid isir ċertifikat mediku minn tabib. Hawn l-ILLUM tirrimarka li dan jista' jagħti l-każ li qiegħed isir bil- għan li jiċċertifika li l-feriti huma kkawżati minn abbuż u mhux magħmula bħala tpattijja kontra xi ħadd. Marion tgħid li jekk il-vittmi għandhom jiġu eżaminati, it- tobba jridu jkunu fil-unit u dan għal numru ta' raġunijiet fosthom biex ma jaqtgħux qalbhom dawk li ma jsuqux u jridu jmorru f 'żewġ postijiet differenti. It-tieni pass: Il-proċess tal- Qorti Hija spjegat li fil-kawżi tal-Qorti meta jkun hemm l-involviment tal-ulied u hemm lok li tintuża evidenza, bħal recordings jew filmati tagħhom, dawn iridu jitilgħu jixhdu. "Jiena kelli recordings ta' binti iżda irriutajt għal kollox li tixhed. Dak mhux post it-tfal, żgur," kompliet Marion. Din il-gazzetta fis-27 ta' Novembru irrapportat li hija tal- mistħija li s-smigħ ta' ħafna każi ta' vjolenza domestika li jiħu l-vittmi kontra l-agressuri huma skedati għall-2024. Fil-fatt anke kif qalet Marion aktar kmieni hi wkoll għandha kawżi fl-2024. Madankollu l-ILLUM tistaqsi dwar x'jiġri meta wieħed jidħol mill-bibien tal-Qrati mill-punto di vista tal-vittma. Hija qalet li l-inkonvenjent jibda' minn qabel ma tidħol il-qorti. Spjegat li "meta l-marixall imur għand l-agressur biex jagħtih l-ittra li jrid jixhed il-Qorti u ma jsibux id-dar mhux se jħallilu ittra bħalma jagħmlu tal-posta. Trid tibqa' tiġri wara l-pulizija biex isib l-agressur u kulldarba trid tħallas. Jekk ikollhom id-dettalji ħżiena, hija r-responsabilità tal- vittma li tfittex fejn joqgħod." Apparti minn hekk hija qalet li ma tarax li huwa adegwat li qabel ma r-raġel u l-mara jidħlu fl-awla tal-Qorti tal-Familja, ikollhom jistennew fl-istess kamra flimkien. L-ILLUM tistaqsi jekk ikunx hemm preżenza ta' pulizija u fil-fatt Marion tgħid li huwa minnu li jkun hemm pulizija preżenti iżda minkejja dan vittma żgur ma tħossiex komda tara l-agressur quddiemha. "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk għax wara Bernice nista' nkun jien, jew mara oħra jew raġel ieħor. Kien hemm nisa li qaluli li kienu stuprati mill-irġiel tagħhom u li jaħarquhom b'sigaretti. Kien hemm saħansitra mara li r-raġel tefaha mit-taraġ għal isfel," qalet b'dispjaċir kbir Marion. Marion stqarret ukoll mal- ILLUM dwar każ ta' vittma, omm, li għal snin twal ġiet abbużata mentalment u fiżikament mis-sieħeb tagħha inkluż meta kienet tqila u quddiem uliedhom. Hija qalet li din l-omm spiċċat tgħix ġol- karozza tagħha hekk kif telqet mid-dar beżana' u spiċċat b'xejn, ta' fuqha senduqha. Għaldaqstant hija temmen li dewmien u inkonvenjezi bħalma għamlet aċċenn għalihom hi qabel tkompli tbigħed lil dawn il-vittmi biex jitkellmu. "Kien hemm każ ieħor ta' vittma li minkejja li marret għand il- Pulizija, ir-rapporti tagħha allegatament intilfu," kompliet tgħid Marion. It-tielet pas: Il-ħajja wara Fl-aħħar ta' din l-intervista l-ILLUM tistaqsi lil Marion x'effetti jħallu dawk deskritti minnha bħala "inkonvenjenzi tal-mistħija" fil-prassi li tgħix ħajja normali wara li rnexxielha taħrab mill-vjolenza domestika. Għal dan, emozzjonata hija tgħid li minkejja li qatt ma ġiet imsawwta, xorta tibża'. Apparti minn hekk hija tgħid li t-tifla tagħha, meta tara lil missierha jgħajjat ma' Marion, l-għada tirċievi telefonata mill- iskola dwar imġieba ħażina. B'hekk hija tisħaq li l-effett tal- vjolenza domestika hija waħda kbira u li taffettwa lil kull min imiss magħha, "u għalhekk jeħtieġ li nindirizzawha illum qabel għada." Vittma ta' vjolenza domestika psikoloġika tieħu lill-ILLUM pass pass x'jiġri minn meta vittma toħroġ mid-dar, tagħmel rapport, tmur il-Qorti u l-ħajja wara dan kollu. Din il-mara u omm tesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni dwar nuqqasijiet fis-sistema u kif 'flok Bernice, stajt kont jien'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022