Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489030
08 Ħarsa lura IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Is-sena 2022 fuq il-faċċati tal-ILLUM: l-elezzjoni u kollox jogħla! (1) Ħarsa f'żewġ partijiet ta' kif evolviet is-sena skont il-faċċati tal-gazzetta ILLUM. F'din 2 ta' Jannar: Bdejna bil-Covid u Omicron L-ewwel ħarġa tas-sena 2022 kienet iddominata mill-Covid-19 u l-varjant li kulħadd kien qed jitkellem dwaru, it-tant famuż - Omicron. L-istorja prinċipali kienet titratta d-deċiżjoni li jinfetħu l-iskejjel bil-Ministru Clifton Grima - frisk fil-kariga - jagħmilha ċara li ma jridx illi l-ftuħ tal-iskejjel ikun pospost. U nippubblikaw l-ewwel minn sensiela twila ta' artikli dwar l-elezzjoni, li sa dakinhar ħadd ma kien jaf meta ser tissejjaħ. 23 ta' Jannar: Tfittxija fid-dar ta' Muscat... 'Ejja naqbdu u mmorru għall-elezzjoni' u l-qbiela Is-sena bdiet b'furur liema bħalu hekk kif saret tfittxija fid-dar tal-eks PM Joseph Muscat b'rabta mal-inkjesta li titratta akkużi marbutin ma' konsulenza li hu kien ingħata minn Accutor, kumpanija li ħadmet mill-qrib mal-VGH. Huwa kien irċieva madwar €60,000 f 'konsulenzi. Muscat taha għall-midja soċjali biex jikkundanna l-mod kif saret it-tfittxija, inkluż fil-basktijiet tat-tfal tiegħu u kien wissa' li hu mhux se jibqa' aktar fis-silenzju. Minn hemm qam kjass ta' kundanni u twissijiet minn attivisti Laburisti akkaniti biex ma jsirux kruċjati kontra Muscat, bil-pressjoni tersaq qrib it-tmexxija. Bil-biżà ta' aktar azzjoni kontra Muscat li kienet tkun dannuża ħafna għall-Partit Laburista u li kienet titfa' ħafna pressjoni fuq Robert Abela, bosta Ministri u Deputati li tkellmu mal-ILLUM qalu li fl-opinjoni tagħhom Abela kellu jaqbad u jmur għall- elezzjoni u jikseb l-ewwel mandat tiegħu. Kif għamlet matul Jannar kollu, il-gazzetta ILLUM kompliet ukoll ssegwi u tirrapporta ir-realtà tal-bdiewa li qed jaħdmu l-art bi qbiela, kif art agrikola kienet qed tintuża għall-picnics u r-realtà legali wara din il-kwistjoni. Qbiela: 'Qed nagħmlu inġustizzja biex insewwu ġustizzja' - Refalo www.illum.com.mt PAĠNI 6 u 7 €1.25 IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • NRU 794 Ħarsa madwarna hekk kif l-Ewropa tikkumbatti l-Omicron. In-numri, ir-restrizzjonijiet u r-reżistenza PAĠNA 4 GRIMA MA RIEDX GRIMA MA RIEDX LI L-ISKEJJEL LI L-ISKEJJEL JIFTĦU WARA JIFTĦU WARA L-10 TA' JANNAR L-10 TA' JANNAR PAĠNI 12 u 13 L-2022: Ara ġejja l-elezzjoni! Il-kalkoli ta' Abela u l-futur inċert ta' Grech In-nisa u d-drittijiet tagħhom f'Malta u fl-Ewropa, fl-2022 PAĠNI 8 u 9 PAĠNI 10 u 11 .... talba biex l-iskejjel jiftħu ġimgħa tard ma kinitx milqugħa mill-Ministru Clifton Grima Il-bdiewa u r-raħħala kostretti: Jew jgħollu jew iżarmaw! www.illum.com.mt PAĠNA 3 €1.25 IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • NRU 797 Il-Kardjologu qallha biex ma tiħux booster imma l-awtoritajiet qalulha li xorta ma tistax tmur ristoranti jew gym! IL-GAZZETTA ILLUM TITKELLEM MA' MINISTRI U DEPUTATI LABURISTI DWAR L-IŻVILUPPI 'MUSCAT' PAĠNA 9 PAĠNA 4 'EJJA NAQBDU 'EJJA NAQBDU U MMORRU U MMORRU GĦALL- GĦALL- ELEZZJONI' ELEZZJONI' L-għeruq tal-PL huma rrabjati ħafna għal mod kif sar ir-raid fuq Muscat imma erba' membri tal-Kabinett jisħqu li "ħraxu" aktar kontra l-PN b'dak li ġara u jappellaw biex il-partit isejjaħ l-elezzjoni... Karriera Parlamentari twila li issa ġiet fi tmiemha! Niltaqgħu ma' Marlene Farrugia www.illum.com.mt PAĠNI 12 u 13 €1.25 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • NRU 802 In-nisa, l-abort, il- mini u trasport tal- massa: Rebekah u Romilda jirrispondu "Se nkomplu bħala moviment inwettqu l-ġid. Ingħaqdu magħna." X'TAĦSEB LI HIJA L-AKBAR PROBLEMA F'MALTA BĦALISSA? PAĠNI 16 u 17 ... u warajha l-għoli tal-ħajja, ... u warajha l-għoli tal-ħajja, il-Covid-19 u t-traffiku skont il-Covid-19 u t-traffiku skont sondaġġ xjentifiku li sar sondaġġ xjentifiku li sar matul il-ġimgħa matul il-ġimgħa PAĠNI 6 - 26 PAĠNA 5 IL-KORRUZZJONI IL-KORRUZZJONI L-AKBAR INKWIET L-AKBAR INKWIET L-ewwel edizzjoni tal-Elezzjoni: 20 paġna ta' rapporti, analiżi, intervisti u opinjonijiet elezzjoni2022 27 ta' Frar: L-ewwel ħarġa tal-elezzjoni, l-ewwel sondaġġ xjentifiku fuq l-ILLUM għal-2022 Il-Ħadd 27 ta' Frar kienet l-ewwel minn sensiela ta' gazzetti tal-kampanja elettorali u bdejna bl-ewwel sondaġġ xjentifiku tas-sena 2022. Dan kien juri li l-korruzzjoni kienet l-akbar inwkiet tal-Maltin (19.8%), segwita mill-għoli tal-ħajja (12.7%) u l-Covid-19 (11%). Minkejja dan, id-differenza kienet kbira meta jirrigwarda min hu mħasseb: 45% tan-Nazzjonalisti kienu jħossu li l-korruzzjoni problema, persentaġġ li jinżel għal 3.8% biss fost votanti Laburisti - figuri li juru allura kemm il-prioritajiet tal-votanti kienu kważi kompletament differenti. Il-gazzetta ILLUM tippubblika wkoll dik li kienet l-aħħar intervista ma' Marlene Farrugia bħala Deputat Parlamentari. Imma x'jixirqilna eżatt? Il-proposti ta' Cassola għall-elezzjoni li ġejja www.illum.com.mt PAĠNI 12 - 15 €1.25 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • NRU 803 Kontijiet, turiżmu, l-Electrogas u s-sondaġġi. Bartolo u Callus iwieġbu... X'TAĦSEB LI HIJA L-AKBAR PROBLEMA F'MALTA BĦALISSA? PAĠNA 22 PAĠNI 10 u 11 PAĠNA 6 IL-VOTANTI ĠODDA IL-VOTANTI ĠODDA INKWETATI L-AKTAR INKWETATI L-AKTAR FUQ L-AMBJENT U FUQ L-AMBJENT U L-KOSTRUZZJONI L-KOSTRUZZJONI Taħt id-dell ta' Gwerra: L-aktar kampanja elettorali surreali u ta' bilfors fl-aħħar snin! elezzjoni2022 6 ta' Marzu: L-ambjent l-inkwiet taż-żgħażagħ... u tfaqqa' l-gwerra fl-Ukrajna f 'nofs kampanja Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-serje ta' sondaġġi, din id-darba dwar dak li qed jinkwieta lill-votanti żgħażagħ u lil dawk ġodda. Ħareġ ċar li l-aktar kwistjoni li qed tinkwetahom hija dik li titratta l-ambjent u l-kostruzzjoni f 'pajjiżna (23.6%). Pero' tkompli wkoll tanalizza l-kampanja elettorali li kienet qed issir fid-dawl tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja li kienet qed tibda turi l-ewwel sinjali li se tkun waħda illi ddum. Fil-fatt il-PM Abela kellu jaqbeż numru ta' attivtajiet lokalment filwaqt li kien qed jattendi Summits li fost oħrajn ddeċidew fuq sanzjonijiet kontra r-Russja. www.illum.com.mt Paġna 2 €1.00 IT-TNEJN 28 TA' MARZU 2022 • NRU 807 TKAXKIRA NOBIS GĦALL-PN U REBĦA STORIKA GĦALL-PL 39 39 , 500 500 'Il-PN għadu b'saħħtu ... se nitlob mandat qawwi biex nibqa' mmexxi l-Partit Nazzjonalista Il-PL: Għaliex jibqa' jkaxkar wara tlettax-il sena? PAĠNI 4 u 5 28 ta' Marzu: Rebħa storika Laburista Din is-sena kienet l-ewwel darba, mill-2006 (u allura minn kemm ilha li bdiet tkun ippubblikata din il-gazzetta) li l-ILLUM ħarġet f 'ġurnata oħra wkoll li mhix il-Ħadd. Fil-fatt nhar it-Tnejn 28 ta' Marzu 2022 il-gazzetta ILLUM ippubblikat gazzetta speċjali li titratta r-riżultat elettorali. B'tipa kbira jinkiteb in-numru li kien jissimbolizza d-distakk bejn il-PN u l-PL: 39,500 vot - distakk rekord fl-istorja politika. Din kienet rebħa oħra b'distakk ta' aktar minn 30,000 vot sa mill-2009, li kienet is-sena li bdiet 13-il sena ta' rebħiet Laburisti rekord.