Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489030

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 kummerċjali IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Suċċess ta' inizjattiva oħra tal-PA ta' restawr tal-gallarijiet tradizzjonali madwar iż-żona ta' Marsamxett Ħafna nies jassoċjaw l-Awtorità tal- Ippjanar (PA) biss mal-permessi tal- bini u r-regolamenti tal-iżvilupp, iżda huwa biss naħa waħda tax-xogħol tagħha. L-Awtorità taħdem ukoll b'mod attiv biex ittejjeb l-urbani tagħna billi tippromwovi l-aħjar prattiċi, biex jiġi ssalvagwardjat il-wirt arkitettoniku tagħna. Fost inizjattivi oħra fil-qasam, l-Aw- torità dan l-aħħar temmet b'suċċess ix-xogħlijiet kollha fuq l-Iskema ta' Għot- jiet ta' Valletta Marsamxett. Din l-iskema offriet lir-residenti li jgħixu fiż-żona ta' Marsamxett tal-Belt Valletta l-opportu- nità ta' darba li jiksbu l-fondi kollha għal xogħlijiet assoċjati mar-restawr jew tib- dil tal-gallariji miftuħa jew tal-injam, ap- erturi tal-faċċati, railings, grills tal-ħadid maħdum fost elementi oħra. Barra minn hekk l-ispejjeż ta' kwalunkwe armar u dak nies professjonali matul ix-xogħol kienu qed jiġu koperti wkoll mill-iskema. Mhux ta' b'xejn li f 'din l-inizjattiva, l-Awtorità ffukat fuq iż-żona storika tal-Belt Valletta ta' Marsamxett. Mim- li storja twila, dan il-post sofra l-piż ta' bosta gwerer, inkluż il-bumbardamenti tal-AXIS fit-Tieni Gwerra Dinjija. Li taqa' barra mill-qalba kummerċjali tal-kapita- li, Marsamxett kienet ilha ħafna snin rat ftit investiment fil-binjiet tagħha, u għal- hekk kienet tidher li tinsab fil-bżonn ta' attenzjoni. X'hemm fl-isem? Ħafna drabi l-isem ta' xi post jistà jgħid ħafna. Qabel kienet magħrufa bħala 'Marsa-Muschetto' li maż-żmien ġie magħruf bħala Marsamx- ett. L-isem tal-post jikkonsisti minn żewġt ikliem; Marsa li ġej minn Sicu- lo-Għarbi 'port' u 'Muscheto', li bl-Isqalli tfisser musket, jiġifieri pistola twila użata fis-seklu 16. Matul is-snin li għaddew, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet minn ta' quddiem fl-għoti ta' għotjiet finanzjarji biex tas- sisti lis-sidien tal-proprjetajiet fir-rest- awr tal-faċċata tar-residenzi tagħhom – inkluża l-gallarija tradizzjonali – jew kif inhi magħrufa bil-Malti, 'il-Gallarija'. Il-gallarija tal-injam magħluqa Maltija hija waħda mill-aktar elementi tradizz- jonali fil-pajsaġġ urban storiku tagħna u karatteristika vitali u influwenti fi ħdan il-pajsaġġ tat-toroq lokali. Wieħed jista' jara gallariji komparabbli fi Spanja, l-Ital- ja, it-Tuneżija u bnadi oħra fl-Ewropa. Madanakollu, xi storiċi jaħsbu li l-oriġini lokali tal-'gallarija' miksi bl-injam jista' jkun mill-Medju Evu tard, meta l-Għar- ab, bl-influwenza qawwija tagħhom fl-Afrika ta' Fuq, ħakmu l-gżejjer tagħ- na. It-tieqa tal-'Muxrabija' (magħmula mill-injam jew mill-ġebel) hija element ieħor meqjus bħala l-predeċessur tal-gal- larija magħluqa u ntraċċat l-oriġini tagħha għall-perjodu Għarbi. Kien biss permezz taż-żieda fid-dis- ponibbiltà u l-affordabbiltà tal-injam fis-suq lokali, xi żmien fil-bidu tas-seklu 17, li l-popolarità tal-gallarija tal-injam magħluqa nfirxet u kibret fin-numru, l-aktar min-nobbli fil-Belt Valletta, il- Tlett Ibliet u palazzi fl-ibliet u l-irħula. Matul is-seklu 19, taħt il-ħakma Brit- tanika, ż-żieda fl-importazzjoni u l-af- fordabbiltà akbar tal-injam għamluha aktar faċli biex jaffordjaw gallarija tal-in- jam magħluqa. Dan għen biex jinħoloq tip ġdid ta' sengħa; dik tal-mastrudaxxa tal-gallarija tal-injam. Viċin Sqallija, ħafna faċċati huma ko- muni għal dawk ta' Malta. L-arkitettura Barokka, fost stili oħra, spiss tidher, u l-inizjattiva tal-Awtorità offriet biex tap- poġġja xogħlijiet ta' faċċati u r-restawr tal-aperturi. Sfortunatament, wara t-Tieni Gwer- ra Dinjija, ħafna bini, b'mod partikolari dawn fl-inħawi ta' Marsamxett, ġew tras- kurati jew restawrati ħażin, u dan waqqà l-karatteristiċi urbani tradizzjonali u l-pajsaġġ tat-toroq taż-żona. Is-Sur Oliver Magro, Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA, qal li "meta timxi f 'ħafna partijiet tal-Belt Valletta, wieħed jista' jħoss sens ta' kburija. Qed naraw il-kapitali tagħna waħda mill-ak- tar destinazzjonijiet mixtieqa ta' Malta għaliex jirnexxielna nżewġu l-kultura, l-arti, id-divertiment u l-ospitalità flimk- ien. Naturalment, il-Belt Valletta mhix biss il-post fejn in-nies imorru għax-xogħol, jew biex jiddevertu jew jagħmlu ix-xiri tagħhom, iżda l-Belt hija d-dar għal eluf u li noffru kwalità ta' ħajja tajba tibqa' l-prijorità ewlenija. Il-finanzjament sar disponibbli għal residenti li jikkwalifikaw, esklużi uffiċċ- ji, bini kummerċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi jew bini reliġjuż. Disgħa u ħamsin proprjetà bbenefikaw minn din l-iskema li rriżultat f 'investi- ment ta' €700,000 f 'Marsamxett biss. Is-Sur Magro faħħar dan il-proġett bħala proġett ieħor ta' suċċess għall- PA, u kkonkluda, "Fl-aħħarnett, nħossni kburi li permezz ta' din l-iskema rrnexx- ielna nilħqu żewġ fatturi importanti; dik li jkomplu nippreservaw l-arkitettura, kif ukoll irnexxielna ntejbu l-ħajja ta' diversi familji b'dimensjoni soċjali li jgħixu f 'din iż-żona."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022