Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489262

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

12 ħarsa lejn l-2022 IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum Ħallewna matul l-aħħar sena iżda l-marka YENDRICK CIOFFI Betty White Fl-aħħar jum tas-sena 2021, tħabbret il- mewt tal-attriċi ta' fama mondjali, Betty White, fl-età ta' 99 sena Hija kienet maħbuba ħafna għall- karattru qalbieni tagħha u għall-fatt li dejjem, għamlet x'għamlet, dejjem rat li t-tferraħ lin-nies. White kellha karriera mżewqa sew f 'bosta rwoli televiżivi imma l-aktar wieħed li baqgħet l-aktar magħrufa għalih huwa dak fis-serje Golden Girls fl-irwol tagħha ta' Rose. Enzo Gusman Kantant maħbub li jibqa' mfakkar għal uħud mill-isbaħ kanzunetti bil-Malti, inkluż 'Fil-Pjazza tar-Raħal' u 'Fis-Sewwa jew fid-Dnewwa.' Enzo Gusman kien jinterpreta wkoll siltiet mużikali internazzjonali fosthom 'Caruso' ta' Lucio Dalla. Gusman miet fl-età ta' 74 sena, fit-18 ta' Diċembru 2021. Huwa miet il-Kanada fejn kien jgħix ma' familtu. Paulina Dembska Is-sena ma tantx bdiet tajjeb. Fit-2 ta' Jannar, kmieni mas-sebħ, instabet mejta Paulina Dembska, l-ewwel vittma ta' femiċidju matul din is-sena. Dembska kella biss 29 sena u kienet Pollakka. Hija nstabet mejta fi Ġnien l-Indipendenza f 'Tas-Sliema. Fuq ġisimha kienu nstabu marki ta' vjolenza u qabel inqatlet kienet ġiet stuprata. Abner Aquilina, żagħżugħ ta' 20 sena kien arrestat b'rabta ma' dan il-femiċidju hekk kif wara li allegatament qatel lil Dembska, huwa daħal fil-knisja tal-Balluta u qajjem kommossjoni. Peter Calvagna Fil-bidu tas-sena miet it-tabib maħbub Victor Calvagna. Il-mewta tiegħu ħasdet lil bosta hekk kif hu miet biss ġimgħa wara li ttajjar minn karozza fil-Qawra madwar ġimgħa qabel. Calvagna kien il-fundatur ta' Puttinu Cares u f 'ħajtu għamel biss ġid. Huwa miet fl-età ta' 63 sena fl-4 ta' Jannar. Chris Scicluna Fit-18 ta' Frar, tħabbret il-mewt tal- kantant Chris Scicluna. Huwa kien ikanta ma' martu Moira u flimkien kienu rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1994 bil- kanzunetta More than Love. Fl-1999, huma reġgħu rritornaw fil- Eurovision meta kitbu l-kanzunetta tat-trio Times ree, Believe in Peace. Dakinhar huma kienu backing vocalists mat-tliet kantanti Maltin. Scicluna kellu 62 sena. Rita Ellul Qtil ieħor li xxokja lil bosta, speċjalment lill-Għawdxin, kien dak ta' Rita Ellul. Ellul kienet instabet mejta f 'residenza f 'Għajnsielem fis-26 ta' Frar. Is-sieħeb tagħha, Lawrence Abina kien arrestat mill-Pulizija u akkużat bil-qtil tagħha. Ellul kienet inqatlet fgata. Hija kellha 49 sena. Tony Zarb Fid-29 ta' Mejju, miet Tony Zarb fl-età ta' 68 sena. Zarb serva għal 17-il sena bħala Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, bejn l-1998 u l-2015. Fl-2020, Tony Zarb inħatar bħala Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-General Workers' Union. Huwa jibqa' mfakkar bħala wieħed mill- aqwa trejdjunjonisti li qatt kellu l-pajjiż. Shinzo Abe L-eks Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, tilef ħajtu wara li qala' tiri ta' arma tan-nar. Huwa ġie milqut b'żewġ tiri waqt li kien qiegħed jitkellem waqt attività ta' kampanja elettorali ta' kandidat fil-belt ta' Nara. Il-qtil seħħ fit-8 ta' Lulju. Abe kellu 67 sena. Olivia Newton John Fit-8 ta' Awwissu kienet tħabbret il-mewt tal-attriċi u kantanta Olivia Newton John fl-età ta' 73 sena. Hija tibqa' rinomata għall-parti prinċipali ta' Sandy fil-film Grease fl-1978 flimkien mal-attur John Travolta. Hija kellha battalja twila mal-kanċer tas-sider u dejjem ħadmet biex ixxerred il- kuraġġ fost dawk li bħala kienu għaddejja minn din il-marda. Michael Gorbachev Fit-30 ta' Awwissu tħabbret il-mewt tal- L-ILLUM issellem il-memorja ta' diversi personaġġi u personalitajiet li ħallew din il-ħajja bejn Diċembru 2021 u Diċembru ta' din is-sena, kemm Maltin u anke barranin. Anke jekk ma għadhomx magħna, il-marka li ħallew fl-istorja tgħix għal dejjem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023