Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489262

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 19

14 films IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum Illum tibda s-sena l-ġdida u hekk kif issa ħlisna tista' tgħid għal kollox mill- miżuri u restrizzjonijiet, iċ-ċinemas huma lesti biex joffru spettaklu kkulurit ta' films, atturi u ġeneri... Carmel Bonnici 3..2..1 Action! Films u ġeneri tas-sena fuq il-liżar taċ-ċinema Issa li l-Covid-19 battiet sew u li l-maskri jistgħu ma jintlibsux, kważi ċ-cinemas kollha huma miuħa bil-maġġoranza qed jaħdmu b'kapaċità ta' aktar minn 80% u anki dik massima. Għalhekk, wara nuqqas ta' sentejn, il-kumpaniji tal-films diġa' għandhom skjerat il- prodott tagħhom għal matul is-sena, għalkemm diversi produzzjonijiet għadhom qed jinħadmu jew jinsabu f 'dik li tissejjaħ "post production". Ix-xejra tal-produzzjonijiet hija simili ħafna bħal qabel – remakes, sequels, prequels, reboots, spinoffs u aktar flimkien ma' xogħlijiet oħra oriġinali. Il-"gwerra" ċinematografika bejn iż-żewġ studios tas-supereroj, Marvel u DC se tkompli tiħrax, billi l-introjtu li jħallu dawn hu kbir. Wieħed jista' jieħu idea minn dawn it-titli: Ant-Man And e Wasp: Quantumania; Guardians Of e Galaxy, Vol. 3: Transformers: Rise Of e Beasts; e Flash; e Marvels; Aquaman And e Lost Kingdom u oħrajn mhux tas-supereoj bħal Creed III; Scream VI; John Wick, Chapter 4; Evil Dead Rise; Fast X (l-10 wieħed ta' e Fast And e Furious); Indiana Jones And e Dial Of Destiny; Mission Impossible: Dead Reckoning, Part 1; e Nun 2; A Quiet Place (Spinoff); Dune Part Two; e Hunger Games: e Ballad Of Songbirds & Snakes (prequel); Wonka; Ghostbusters (is-sequel ta' Aerlife); Legally Blonde 3; e Equalizer 3, kif ukoll remakes bħal e Exorcist u e Color Purple. Il-films tal-biża' u t-twerwir ukoll għandhom post tajjeb fl- iskeda. Fost xi produzzjoniiet animati nsibu: Shazam! Fury Of e Gods; e Little Mermaid; Elemental; e Super Mario Bros. Movie; Blue Beetle; Paw Patrol: e Mighty Movie; Spider-Man Across e Spider Verse; Teenage Ninja Turtles Mutant Mayhem; Trolls 3: Trollstopia u diversi oħrajn. Xi titli minn dawn għadhom mhux konfermati u jistgħu jitbiddlu. Intant se nagħti xi informazzjoni qasira fuq xi films li mistennija joħorġu fl-ewwel xhur tas-sena: M3gan Inġinier tar-robotika jibni pupa (leħen ta' Jenna Davis) li tibda tieħu l-ħajja u taġixxi waħedha. Film tax-xjenza fittizja. Women Talking Iseħħ fl-2010 meta fuq in-nisa ta' komunità reliġjuża iżolata (setta) hemm prezz kbir u krudili għall- fidi tagħhom. X'għażliet hemm? Jibqgħu kif inhuma, jiġġieldu jew jaħarbu? Jaħdmu Rooney Mara, Claire Foy u Jessie Buckley. The Devil's Conspiracy Film ieħor tax-xjenza fittizja dwar kumpanija potenti tal- bijoteknika li ssib tarf ta' teknoloġija avvanzata li biha jkunu kapaċi jagħmlu replika ta' nies influwenti tal-istorja, minn it bċejjeċ ta' DNA. F'din il-kumpanija hemm ċorma ta' Satanisti li jisirqu l-Liżar ta' Kristu biex joffruh lix-xitan. L-Arkanġlu Mikiel jerġa' lura fid-dinja biex iwaqqaf dan il- kumplott tax-xitan. Plane Brodie Torrent, li huwa pilota, jsalva l-ħajja tal-passiġġieri tiegħu meta jillandja b'emerġenza fuq gżira mifnija bi gwerra. Ħafna mill-passiġġieri jinħatfu mir- ribelli. Biex jippruvaw jeħilsu lill- passiġġieri, l-FBI jkollhom iduru fuq Louis Gaspare għall-għajnuna, qattiel li kien qiegħed jiġi trasporat. A Man Called Otto Ibbażat minn fuq bestseller komiku, dan il-film jirrakkonta l-istorja ta' Otto Anderson (Tom Hanks), armel li jgerger ħafna u sikwit jikkritika lill-ġirien tiegħu li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023