Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489262

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 ħarsa lejn l-2022 IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum MIN LAĦAQ PRESIDENT, MIN BAQA' L-ART, MIN ĠERA B'KULĦADD, MIN SPIĊĊA KORDIN U R-RAĠEL PAPABBLI! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Roberta Metsola Għal Metsola l-2022 kienet sena impekkabbli hekk kif propju fil-bidu tagħha hija kienet eletta President tal-Parlament Ewropew, l-ogħla kariga li qatt kisbet persuna Maltija f 'din l-istituzzjoni. Hija kienet eletta b'xejn inqas minn 74% tal-voti, wara li kellha l-appoġġ tal-Partit Popolari Ewropew (il-partit li tinsab fih), tas-Soċjalisti u tar-Renew - It-tliet l-akbar formazzjonijiet politiċi fil- Parlament. L-istatura tagħha kibret hekk kif hi mexxiet din l-istituzzjoni tul il-bidu u l-kontinwazzjoni tal- gwerra fl-Ukrajna bil-Parlament jieħu pożizzjoni iebsa kontra Putin. Mexxiet lill-Parlament quddiem l-isfida tal-prezzijiet dejjem jogħlew tal-ikel u l-elettriku, realtajiet kurrenti. Hija ffaċċjat ukoll sitwazzjoni xi it jew wisq delikata hekk kif il-Viċi President Eva Kaili kienet arrestata fuq akkużi serji ta' tixħim, fost oħrajn. Kienet qed tiffaċċja wkoll akkużi ta' nepotiżmu b'rabta mal-kariga ta' Matthew Tabone, ħuha tar-rispett, bħala Kap tal-Kabinett - liema akkużi difnet meta ma ħatritux. Sa issa, iżda, jidher li l-ġudizzju tal-midja ewropea u tal-Parlament innifsu tat-tmexxija ta' Metsola huwa wieħed pjuttost pożittiv. Andrè Callus Il-Moviment Graffitti kompla jkun fuq quddiem u l-aktar leħen b'saħħtu kontra l-iżvilupp bla rażan u l-qerda tal-ambjent. Fosthom il-Moviment kien il- leħen tal-poplu ta' Birżebbuġa darbtejn, darba kontra airstrip minjatura u darba oħra kontra l-irwejjaħ li qed jingħad li ġejjin mill-fabbrika tat-tonn f 'Ħal Far. Pero' l-aktar ġlieda ta' Graffitti li qajmet interess u waslet għal appoġġ kienet l-azzjoni fil-Blue Lagoon biex din il-bajja ma tibqax fgata kollha kemm hi mill-umbrellel u l-gabbani, li prattikament bidlu din il-ġawhra f 'lido privat! Il-poplu wera' li fuq din qiegħed kompletament ma' Graffitti. L-aħwa Degiorgio George u Alfred Degorgio ilhom ma jkollhom sena tajba, minn wara li nqabdu fit-Tinda tal- Patata u ġew akkużati li esegwew il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Iżda l-2022 kienet partikolarment ħażina hekk kif mal-ewwel jum tal-ġuri kontrihom u kontra kull aspetattiva, huma ammettew il- ħtija. Kienu mumenti drammatiċi fil-Qorti u l-Kmamar tal- Aħbarijiet hekk kif l-aħwa reġgħu daħlu fil-Qorti u fil-ġenn, wara li inqrat is-sentenza, George Degiorgio dar fuq il-familja tal- ġurnalista u qallhom hekk: "Irridu niskużaw ruħna magħkom għal li għamilna. Però issa se tkunu tafu kull min kien involut, kull min kellu x'jaqsam, either way." L-aħwa ingħataw sentenza ta' 40 sena priġunerija u €42,930 f 'multa kull wieħed. Dun Luke Seguna Kappillan maħbub f 'Marsaxlokk u persuna affabbli. Qassis b'dehra aktar moderna u għal ħafna nifs ġdid għall-Kleru. Iżda l-2022 għal Dun Luke Seguna kienet waħda ħażina ħafna hekk kif kien ġie akkużat quddiem il-Qorti fuq li ffroda 150 persuna għall-valur ta' nofs miljun ewro. Huwa kien immedjatament imneħħi minn Kapillan, mill-Arċidjoċesi. Matul il-kumpilazzjoni ħarġu dettalji dwar muturi li kien xtara u nefqa kbira fuq pornografija, li kompliet timbarazza li dan il- qassis. Minkejja kollox, ix-Xlukkarji ħarġu għonqhom bil-kbir għal Dun Seguna u għall-ġid li qalu illi wettaq fil-parroċċa. Jonathan Attard Jonathan Attard, eks ġurnalist u eks uffiċjal tal-PR fil-Ministeru Chris Cardona, mhux biss ġie elett f 'din l-ewwel elezzjoni tiegħu imma ingħata wieħed mill-aktar Ministeri kruċjali, importanti u kontroversjali: Dak tal-Ġustizzja. Fl-aħħar xhur Attard mexxa bidliet importanti u anke kontroversjali, primarjament l-Emendi li jagħmlu l-femiċidju reat għalih, liġijiet dwar il- protezzjoni tal-Midja li reġgħu lura fuq il-Mejda wara kritika li ma saritx diskussjoni u l-emenda kontroversjali dwar tqala li tipperikola ħajjet jew saħħet l-omm. Edward Zammit Lewis Għall-eks Ministru din ma kinitx l-aqwa sena fil-karriera politika tiegħu hekk kif minn Ministru tal-Ġustizzja, spiċċa Backbencher. Wieħed jiem li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru kienet ibbażata fuq stejjer li jitrattaw chats li kellu ma' Yorgen Fenech u l-famuż kumment tal- "Ġaħan." Minkejja dan iżda Zammit Lewis qatt ma kien akkużat b'korruzzjoni jew akkużi oħrajn relatati, filwaqt li għadu parteċipi ħafna fil-Parlament u anke permezz ta' artikli fuq il-gazzetti - ħafna minnhom dwar politika barranija. Wieħed allura jistenna li forsi l-2023 tkun xi it aħjar għall- eks Ministru Karkariż u l-prospetti tiegħu, f 'Malta jew barra. Monsinjur Mario Grech Dak li kien l-Isqof ta' Għawdex laħaq sew fil- Vatikan. Iżda din is-sena ingħata imbuttatura qawwija. Grech, li huwa s-Segretarju Ġenerali tas- Sinodu tal-Isqfijiet, inħatar ukoll membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti. Iżda iktar minn hekk, din is- sena wkoll analiżi minn e Times of London sostniet li l-Kardinal Grech, meqjus bħala konservattiv, kapaċi jġib voti anke minn dawk il-Kardinali li huma aktar progressivi u dan għax Grech huwa viċin ħafna tal-Papa Franġisku u t-tagħlim tiegħu. Jason Azzopardi Għal Jason Azzopardi din kienet sena mill-aktar diżappuntanti, hekk kif mhux biss spiċċa barra mill-PN (għalkemm jisħaq li hija l-għażla tiegħu), talli spiċċa ma kienx elett, la fir-Raba' u lanqas fid-Disa' Distrett. Għal dan il-politiku daqstant voċiferu kien diżappunt enormi li ma kienx elett, lanqas mill- Elezzjoni Każwali. Azzopardi bħalissa jinsab f 'prattikament gwerra bierda ma' Bernard Grech u qal li kemm idum imexxi l-Kap kurrenti ma jerġax jidħol fil-PN. Volodomyrr Zelenskyy Din kienet is-sena tal-Ukrajna. Pajjiż li ħafna nies it li xejn kienu jafu dwaru. Inqas u inqas kienu jafu b'Zelenskyy. Hekk kif id-dinja tal-Punent daret kontra Vladimir Putin wara l-attakk fuq l-Ukrajna, l-immaġini ta' Zelenskyy splodiet b'diskorsi li ta f 'Parlamenti diversi, inkluż ta' Malta, u saħansitra l-Premju Sakharov għal-Libertà tal- Espressjoni. Emma Muscat Kantanta tajba, b'immaġini tajba ħafna. Ħasra daħlet għall- Eurovision, f 'Kompetizzjoni ta' mużika lokali mill-aktar fqir u dak ewropew mill-aktar tajjeb. Id-diska ta' Muscat 'I am what I am' intesiet qabel bdiet tikkompeti. U lokalment, biex inkunu għidna kollox, lanqas kien hawn xi sforz kbir biex id-diska ssir aktar popolari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023