Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 ħarsa lejn l-2022 IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum TELFA STORIKA, APATIJA U DIŻILLUŻJONI. L-ANNUS HORRIBILIS TA' GRECH U L-PN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din bla dubju kienet sena ħażina ħafna għal Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista. Kienet is- sena, u baqgħet sal-aħħar, dik is- sena illi matulha l-PN ħa daqqa, mhux biss f 'termini elettorali imma wkoll - jekk mhux aktar - f 'termini ta' ħeġġa, entużjażmu u tama. Dawn huma lkoll fatturi importanti u neċessarji biex partit jimxi 'il quddiem u biex ikollu tim ta' voluntiera li jaħdmu sabiex il- partit iwassal il-messaġġ, joħroġ lin-nies jivvotaw, joħroġ lin-nies għall-attivitajiet politiċi u jqajjem l-entużjażmu fost l-għeruq: Ilkoll fatturi neqsin mill-PN din is-sena. Waħda mill-ifqar kampanji... wieħed mill-agħar riżultati! Kuntrarjament għall- avversarju, il-PN kellu kampanja li kollox ma' kollox kienet fqira. L-aktar li ġibed l-attenzjoni kienet l-attendenza ta' ħafna mill- attivitajiet li kienu qed isiru matul il-ġimgħa, b'uħud minnhom saħansitra jibdew nofs siegħa tard biex jimtlew l-erba' postijiet ta' ġot-tinda. Fost l-aktar ritratti li daru li kienu juru l-attendenzi fqar f 'dawn l-attivitajiet kien hemm dawk taż-Żejtun, imma anke tal- Imsida, f 'Distrett Nazzjonalista. L-unika attività li wieħed jista' jgħid illi matulha kien hemm folla mdaqqsa ta' attivisti b'ħeġġa, kienet l-aħħar waħda tal- kampanja fil-Belt Valletta. Issa wieħed verament jista' jgħid li kienet għadha teżisti xi it aktar biża' minħabba l-Covid-19, imma in-nuqqas ta' attendenza kienet ukoll xhieda ta' żewġ affarijiet: L-ewwelnett li fost l-għeruq, anke fost l-aktar akkaniti, ma kienx hemm ħeġġa għall-PN u għall- elezzjoni. Għal ħafna dik ta' din is- sena kienet elezzjoni "ta' bilfors" u jidher li dan is-sentiment kien akbar fil-PN milli fil-PL, meta suppost kien bil-kontra (għax il- Gvern dejjem jitlef voti u appoġġ mhux jirbaħ, suppost). Pero' t-tieni ħaġa li kienet turi din l-attendenza fqira kienet illi ħafna votanti nazzjonalisti ma kinux jemmnu li l-PN kellu ċans imqar iġib riżultat diċenti, li jkun ifisser tnaqqis konsiderevoli fid-distakk. Il-kampanja wkoll kienet dgħajfa minħabba nuqqas ta' preparazzjoni u koerenza, speċjalment fuq l-aktar proġett li kellu jqajjem interess, diskussjoni u jikseb lill-PN it appoġġ. Qed nirreferu għat-trackless tram. Min jgħid li se tittieħed art biex tiżdied karreġġjata - li hija l-aktar ħaġa ovvja - iżda mbagħad kien hemm min beda jissuġġerixxi li se tittieħed kareġġjata minn dawk diġà eżistenti, bil-Labour jpinġi x-xenarji apolkaliptiċi kollha tat- traffiku li xi ħaġa bħal din setgħet twassal għaliha. Dan biex ma nsemmux ċerti proposti bħal maħfra ta' multi, li qajmet ħafna interess, ħafna kritika u xi it żuett ukoll. Bernard Grech innifsu - minkejja li ġeneralment huwa kelliem tajjeb u għamel diskorsi tajbin matul il-kampanja - deher emozzjonat ħafna, diversi drabi. Li politiku jemozzjona ruħu hija sabiħa għax turi l-aspett uman ta' bniedem, imma kien beda jinħass illi l-kampanja nnifisha kienet qed titfa' wisq pressjoni fuq Grech. Wieħed jiem li hemm differenza kbira bejn persuna li tmur fuq it- TV u tikkonvinċi b'argumenti tajbin - kif kien jagħmel Grech qabel sar Kap tal-PN - u li tmexxi kampanja kontra l-mewġ intern, sondaġġi li qed ipinġu diżastru u nuqqas ta' riżorsa finanzjarja u umana. Biex tgħaxxaq, eżatt malli l-PM Abela saffar s-suffara - waqt li l-PL kellu l-ewwel attività elettorali fi Pjazza San Franġisk f 'Ħal Qormi - Clyde Puli, Mario Galea u Kristy Debono ħabbru li mhux se jikkontestaw l-elezzjoni. Minkejja li Puli u Debono qatt ma esprimew ruħhom, Galea mar pass oltrè u it jiem wara akkuża lill-PN u lit-tmexxija ta' Bernard Grech illi għamlulu ħajtu infern. Ir-riżultat tal-elezzjoni naturalment ma setax kien aktar diżappuntanti għall-PN, kemm minħabba l-kobor tat-telfa imma anke għax dik tal-2022 tiġi wara 13-il sena ta' telfiet akbar minn 30,000 vot (sa mill-2009). L-ewwel reazzjoni ta' Grech kienet preludju għal dawn l-aħħar xhur immarkati minn apatija kronika, nuqqqas ta' ħeġġa u ġlied. Jidħlu l-ġodda... joħorġu "l-iskaduti" Grech għall-ewwel implika li parti mit-telfa kienet "xiri ta' voti" permezz taċ-ċekkijiet, ironikament reazzjoni li fakkret lil ħafna minn dawk preżenti fuq xogħolhom fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fil-mod kif Alfred Sant kien jilqa' għat-telfiet elettorali, bir-raġunamenti tal- "gerrymandering" u "l-ħbieb tal- ħbieb". L-uniku prospett sabiħ u pożittiv għall-PN kien il-fatt li l-votanti nazzjonalisti jidhru illi bi ħġarhom għażlu ħafna aktar lil Deputati ġodda u żgħażagħ. Allura l-votant nazzjonalist kien il-vejjikolu tal-bidla fil-Grupp Parlamentari li fost l-għeruq kienet ilha tinħass il-bżonn tagħha, u liema sentiment issaħħaħ wara sena ta' ġlied intern li wassal biex Adrian Delia ma baqax Kap. Grech innifsu kien ilu jindika li qed jimbotta aktar lill- ġodda u liż-żgħaħagħ u allura din kienet bħal rebħa li tat it balzmu għat-telfa elettorali. Iżda anke l-effett pożittiv ta' din l-injezzjoni żagħżugħa kien xi ftit innewtralizzat bil-fatt Kienet sena ħażina għall-PN, tħares kif tħares lejha. Minn telfa elettorali rekord wara waħda mill-aktar kampanji fqar tal-PN, sa Indipendenza mingħajr attivitajiet, tgħajjir u djun...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023