Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263
02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum Ir-Re tal-futbol, Pelé: 'Raġel li lagħab mal- istilel iżda baqa' saqajh mal-art' Imut il-265 Papa tal-Knisja Kattolika: Il-Papa Benedittu XVI ANTHEA CACHIA Ilbieraħ il-Ħamis id-dinja tal- futbol ingħaqdet b'niket wara t-tħabbira tal-mewt, "tar-Re tal-Futbol", Edson Arantes do Nascimento magħruf popolarment bħala Pelé, fl-età ta' 82 sena wara battalja qalila kontra l-kanċer. Bosta plejers ingħaqdu mal-bqija tad-dinja biex jesprimu s-sogħba tagħhom, fil-fatt Neymar Jr - Brażiljan ukoll, qal li darba lemah frażi li tgħid li, "qabel ma' beda jilgħab Pelé in-numru 10 kien ifisser biss numru. Filwaqt li din il-frażi hija sabiħa mmens, mhix kompluta. Qabel Pelé, il-futbol kien biss sport. Pelé kien il-vuċi ta' diversi nies foqra, nies ta' ġilda skura u xeħet dawl partikolari fuq il-Brażil. Illum m'għadux magħna iżda l-preżenza tiegħu tibqa' għal dejjem." Intant il-funeral ta' Pelé se jsir nhar it-Tnejn li ġej fl-istadium ta' Vila Belmiro, f 'Santos. Rapporti fil-midja Brażiljana saħansitra qed iqabblu l-ippjanar tal-funeral tiegħu ma' dak tar-Reġina Eliżabetta II, jiġifieri tal-operazzjoni London Bridge. Dakinhar li tħabbret il-mewt tal-plejer tkellem ukoll il-plejer Ġermaniż Franz Beckenbauer li qal illi l-futbol tilef l-aqwa raġel fl- istorja "u jien tli ħabib uniku. Pelé kellu tliet iqlub; Għall-futbol, għall- familja u għan-nies. Raġel li lagħab mal-istilel iżda baqa' saqajh mal-art." Maħbub u qatt misni. Min hu Pelé? Pelé, sinonimu mat-tim tal-futbol Brażiljan, sa llum huwa l-unika plejer li rnexxielu jkun parti mit- tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja għal tliet darbiet, jiġifieri fl-1958, fl-1962 u fl-1970. Apparti minn hekk, Pelé kien l-iżgħar plejer li skurja u li kien parti mit-Tim Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, fl-età ta' 17-il sena. Iżda għaliex Pelé sar magħruf bħala, il-Pelé? Imwieled fl-1940, huwa ngħata l-isem Edison għall- pijunier omas Edison li ivvinta l-bozza, fost diversi affarjiet oħra. Madankollu, il-laqam ingħata minħabba l-plejer favorit tiegħu li kien goalkeeper li jilgħab ma' missieru fil-klabb tar-raħal, Bilé. Huwa kien spjega mal-ġurnal Ingliż, e Guardian li kien minħabba f 'hekk li studenti tal-klassi tiegħu kienu qabdu miegħu u bdew isejħulu Pelé. Pelé ma' ngħatax it-titlu ta' Re tal- futbol ta' xejn. Fil-fatt f 'temp ta' 21 sena, mill-1,363 partita li lagħab, skurja rekord ta' 1,281 gowl. U minn 92 logħba mat-tim Brażiljan huwa skurja 77 darba. Fil-fatt, filwaqt li jgħid li qatt ma rrikonoxxa lilu nnifsu bħala l-aqwa fid-dinja minn dejjem ħass li l-futbol kienet il-passjoni tiegħu. Tant hu hekk li kien hu stess li qal li, "jien twilidt biex nilgħab il- futbol bħalma Beethoven twieled biex jikteb il-mużika u bħalma Michelangelo twieled biex ipinġi." Wara li rtira, Pelé inħatar bħala ambaxxatur tal-futbol u bħala rikonoxximent ta' snin twal ta' sevizz fil-kamp sportiv, huwa ingħata l-FIFA Ballon d'Or Prix d'Honneur. Fis-sena 2000 hu flimkien ma' Diego Maradona ingħataw it-titlu tal-aqwa plejer tas-seklu. Dan filwaqt li fl-2020, huwa ngħata t-titlu ta' GOAT – l-Aqwa ta' kull żmien, unur li it għandhom. Pelé ġie Malta fl-1975 Il-leġġenda Brażiljan, proprju fis- 16 ta' April 1975 ġie Malta biex jagħti sessjoni ta' taħriġ lil plejers Maltin fl-Empire Stadium fil-Gżira, ħames snin biss wara li rebaħ it-tielet Tazza tad-Dinja fil-Messiku (1970). Id-dinja tal-futbol tilbes l-iswed hekk kif leġġenda jmut u jħalli warajh armata ta' nies li jħobbuh SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Il-biċċa l-kbira msaħħab Viżibilità Tajba Riħ Lvant forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 2 għal 3 li jdur mil-Lvant Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Il-Papa Benedittu XVI miet fl-età ta' 95 sena ilbieraħ is-Sibt, l-aħħar jum tas-sena 2022. Il- Papa Emeritus, li dam fil-kariga għal tmien snin, miet fil-Monasteru tal-Vatikan fejn kien ilu jgħix għal 13-il sena. Saħħet Benedittu kienet ilha sejra lura, speċjalment fl-aħħar jiem għalkemm il-Ġimgħa kien aktar stabbli, tant li pparteċipa f 'quddiesa f 'kamartu stess. Huwa kien il-265 Papa tal-Knisja Kattolika. Il-funeral se jkun qed jiġi ċċelebrat mill-Papa Franġisku, funeral uniku għal dawn l-aħħar 1,000 sena hekk kif Papa normalment jibqa' fil-kariga sakemm imut. Benedittu iżda kien irriżenja mill- kariga, xi ħaġa li ebda Papa ma kien qatt għamel għal 600 sena. Joseph Ratzinger twieled fis-16 ta' April 1927 fil-villaġġ żgħir ta' Markt am Inn fil-Ġermanja. Meta kellu 14-il sena kien issieħeb mal-Hitler Youth, xi ħaġa li kienet legalment obbligatorja fil- Ġermanja dak iż-żmien. Fl-aħħar tal-gwerra iżda huwa daħal fis-servizzi tal-ajru. Matul ħajtu imbagħad Ratzinger kien eżonerat u saħansitra mfaħħar mil-Lhud wara li ddeskriva l-Olokawst bħala "mument tad-dlam." Wara li studja l-filosofija u t-teoloġija fl- Università ta' Munich sar qassis fl-1951, flimkien ma' ħuħ Georg, biex imbagħad inħatar Kardinal bejn l-1977 u l-1982. Dan iż-żmien ta' ħajtu ġie taħt skrutinju hekk kif kien hemm allegazzjoni ta' abbuż mifrux fi ħdan il-Knisja Kattolika, avvenimenti li għamlu ħsara lil-legat u l-immaġini tiegħu u għalkemm kien l-ewwel Papa li ltaqa' ma' vittmi ta' abbuż sesswali mill-qassisin u keċċa 400 qassis, fl- 2018 rapport tal-Knisja stess ikkonkluda li fil- Ġermanja biss 3,677 persuna kienet abbużata minn membri tal-Kleru bejn l-1946 u l-2014.