Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 oroskopju IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Libra ser tkun ġimgħa ta' deċiżjoni jekk għandekx tieħu vakanza twila jew le fl-aħħar tas-sena. Ovvjament trid twettaq analiżi ta' kemm ser tiswik ħin din il-vakanza peress li taf kemm ikun xogħol qiegħed jistennik meta tiġi lura. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Scorpio ser tkun ġimgħa sabiex tiem aħjar il madwar komplut tiegħek. Tull dawn l-aħħar xhur int rajt ħafna tibdil iseħħ. Għalkemm mhux kollox kif xtaqt int dan kien bżonn u għalhekk issa għaraf sew dak li hemm meħtieġ b'reqqa għas-sena d-dieħla. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Sagittraius hija ġimgħa ta' rifflessjoni dwar dak li int irnexxilek twettaq tul l-erba' ġimgħat li int esperjenzajt waqt il- fażi ta' l-istess żodjaku tiegħek. Int kellek takwista ħafna minn din il-fażi. Għalhekk fejn taħseb li dan ma seħħx wettaq analiżi sew ta' dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik l-istess Capricorn hija ġimgħa ta' preparazzjoni għal dawk l-erba' ġimgħat li int tkun qiegħed tesperjenza fl-istess żodjaku tiegħek. Dawn għandom ikunu erba' ġimgħat fejn żgur għandek twettaq ħafna affarijiet għax l-enerġija tkun miegħek. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex kull ġurnata twettaq xi ħaġa sinjifikanti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Aquarius ser tkun ġimgħa sabiex twettaq sew dak li tħoss ġewwa fik b'aktar attenzjoni. Int trid tgħaraf li issa kważi għaddiet sena oħra minn ħajtek u għalhekk għaraf tajjeb dak li int verament tixtieq. Taħliex aktar żmien għax dak li titlef illum ma jiġiex għada. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Pisces ser tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf eżatt liema huma dawk is- sitwazzjonijiet li s-sena dieħla ma għandomx jibqaw madwarek. Dan huwa mportanti sabiex int tkun aktar ikkonċentrat biss fuq dawk is-sitwazzjonijiet li verament jagħmluk stabbli. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste BIDU TA' L-GĦAXAR ŻODJAKU TA' CAPRICORN MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Aries ser tkun ġimgħa għal tħejjija għal l-aħħar erba' ġimgħat ta' din is-sena fejn int trid tgħaraf twettaq dak biss li issa huwa verament meħtieġ sabiex b'hekk int tkun aktar iffokat fit- twettieq li ser tagħmel. Dejjem kun għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Taurus ser tkun ġimgħa fejn issa trid tanalizza l- pjanijiet li hemm iduru madwarek għas sena li ġejja. F'dawn l-erba' ġimgħat li ġejjin int għandek twettaq rifflessjoni profonda sabiex tħejji tajjeb il-pjanijiet li hemm quddiemek. Analizza b'għaqal sabiex int tkompli titkattar lejn il-miri prinċipali mixtieqa. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Gemini ser tkun ġimgħa ta' għarfien bejn dak li sa issa rnexxilek twettaq u għal dak li jinħtieġ jitwettaq fl-erba' ġimgħat li baqa għal tmiem din is-sena. Int taf li int sodisfatt b'dak li wettaqt pero' tħoss li hemm aktar x'tista' twettaq. Għalhekk għaraf il-miri tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta' ħsieb lejn il- kundizzjoni mentali tiegħek għax taf li minħabba l-pressjoni li int għandek minħabba r-responsabbilta' fil-ħidma tiegħek din qegħda tkun piż mentali għalik. Għalhekk prova ħu pawża żgħira sabiex tieħu enerġija friska. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Leo ser tkun ġimgħa li issa trid tagħżel bejn l-aħħar deċiżjonijiet fundamentali. F'dawn l-aħħar erba' ġimgħat li baqa għal tmiem is-sena ma tistax tkun indeċiż u għalhekk ħu l-aħjar deċiżjoni u hekk tkun f 'qagħda aktar stabbli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Virgo ser tkun ġimgħa fejn int ser tkun l-accountant tiegħek innifsek fejn hemm bżonn twettaq analiżi fuq l-infieq tiegħek u hekk tkun żgur li sa l-aħħar tas-sena tkun f 'qagħda finanzjarja aħjar speċjalment issa li bdejt tħoss li kellek ċerta spejjes li ma stajtx tevithom. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste IL-QMURA FIŻ-ŻODJAKU TA' CAPRICORN B'dejna s-sena 2023 u ser nibdew nesperjenzaw il-Qmura li għalkemm b'dejna sena oħra ġdida, għal l-astroloġija s-sena l-ġdida għal Kalendarju Żodjaku tibda fil-21 ta' Marzu ma' ż- żodjaku ta' Aries u tintemm fl-20 ta' Marzu fiż-żodjaku ta' Pisces u għalhekk huwa mportanti li wieħed għandu jagħraf li bejn is-sena tax-xhur u s-sena żodjaka hemm differenza ta' kif tibda u tintemm. F'dan l-għaxar żodjaku ta' Capricorn iwassalna lejn żewġ qmura ferm interressanti. Is-sinjifikat tal-qmura minn dejjem ġibed dik l-attenzjoni partikolari sabiex il- bniedem jibda jagħraf l-aspett ta' gwida li kull fażi tal-qamar tista' toffrilna f 'tant benefiċċji varji barra li wkoll joffru diversi aspetti ta' ndikazzjonijiet. Iż-żewġ qmura ta' dan iż-żodjaku ta' Capricorn huma partikolari għax waqt li n-new moon esperjenzajnih lejn l-aħħar tas-sena l-oħra l-qamar kwinta nesperjenzawh fil- bidu ta' din is-sena. In-new moon seħħ il-Ġimgħa 23 ta' Diċembru fejn għamel parti mill-lejla tal-Milied waqt li l-qamar kwinta ser ikun is-Sibt 7 ta' Jannar. In-New Moon li għadna kemm esperjenzajna nhar il-Ġimgħa 23 ta' Diċembru kellu diversi aspetti pożittivi , kien hemm tibdil, spontanjeta', aktar għarfien ta'opportunitajiet fit-tkabbir kif ukoll iffukar lejn il-ħin ibbilanċjat għal bżonnijiet tagħhom. Is-Sibt 7 ta'Jannar ser inkunu qegħdin nassistu għal l-ewwel dehra tal-qamar kwinta għal din is-sena fejn dan ser joffri sentiment aktar profond speċjalment għal dawk li jinsabu f 'bidu ta' mħabba friska , iżda ser nesperjenzaw aspetti oħra fosthom tkattir fl-abbilita', ħarsien lejn il-bżonnijiet ta' madwarna kif ukoll attenzjoni ta' kif ser nibdew niffukaw lejn il-bidu ta' pjanijiet, idejat jew proġetti ġodda. Tajjeb tkun taf ukoll li jekk int tkun trid iżjed informazzjoni kull ma għandek tagħmel huwa li tiktibli f 'ittra postali fl-indirizz: PaulJon,'' ILLUM '' Po Box 27 Paola AWGURI Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023