Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 ħarsa lejn l-2022 IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum MILL-AKBAR REBĦA SAL-AKBAR ŻIEDA FL-INFLAZZJONI. KIF L-2022 TBISSMET IMMA TAT ERBA' DAQQIET TA' PONN LIL ROBERT ABELA ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li Robert Abela għandu sellum u allura tela' matul l-2022 - din is-sena xorta kienet għalih waħda ħelwa, imma fl- istess ħin morra. Ħelwa għax tagħtu l-akbar rebħa elettorali mill-1964 - meta Malta saret indipendenti - pero' xi it morra wkoll għax offriet għażla mhux żgħira ta' sfidi kbar, kemm politiċi u anke ekonomiċi. Abela beda s-sena jħalli pajjiż jipprova jaqta' meta eżatt ġejja l-elezzjoni, filwaqt li hu baqa' jżomm id-data għalih - xi ħaġa li fil-fatt urietna x'tip ta' mexxej u politiku hu. Abela wera' li huwa politiku stuż li jitfa' l-lixka, jħalli lill-Oppożizzjoni temminha, lill- midja tiddiskutiha imma mbagħad jieħu d-deċiżjoni li taqbel l-aktar għalih u elettoralment, għall- Partit Laburista. Wara ħafna stennija, minn dik li kien ser isejjaħha wara l-baġit u allura l-baġit ma jkunx approvat, sal-istennija fl-Imqabba nhar il- Ħadd 6 ta' Frar - kien f 'attività fuq il-Fosos tal-Furjana nhar l-20 ta' Frar li Abela ħabbar elezzjoni għas-26 ta' Marzu. Kampanja qawwija - rebħa kbira! Kif kien għamel diġà fl-2013 u fl-2017 u minkejja li kienu diġà għaddew disa' snin ta' Gvern Laburista, il-PL kellu kampanja qawwija u effettiva marbuta mal-persuna ta' Robert Abela u l-familja tiegħu - mibni fuq il- fatt li Abela kien (u għadu) ħafna aktar popolari minn Bernard Grech u iktar popolari mill-Partit Laburista stess. Il-messaġġ elettorali "Malta Flimkien", il-mod kif kienet organizzata l-kampanja, il-kuluri, id-diskorsi ta' Abela u anke l-ħeġġa tal-partitarji Laburisti, li kuntrarjament għal dawk tal-PN, attendew l-attivitajiet ħafna aktar bi ħġarhom, għamlu dik Laburista, kampanja oħra minn kullana ta' kampanji Laburisti ta' suċċess. U r-riżultat wera', hekk kif Abela rnexxielu litteralment ikaxkar lill-avversarji b'rebħa li kienet saħansitra akbar minn kull waħda oħra li kien kiseb Joseph Muscat. B'distakk ta' 39,500 vot - anke jekk b'ħafna telefonati u tqanżih f 'jum il-votazzjoni - Abela kien laħaq iż- żewġ għanijiet tiegħu: 1) Li jikseb mandat ċar u inekwivoku li allura jagħtih l-imbuttatura biex iwettaq it-tmexxija tal-pajjiż fl-istil tiegħu u bin-nies li jrid hu, skont il-viżjoni tiegħu. U 2) Li jkun kiseb rebħa ikbar mill-predeċessur tiegħu biex ma jibqax taħt id-dell prattikament perpetwu tiegħu. B'hekk hu jkun kiseb maġġoranza li tissupera kull maġġoranza oħra li qatt kiseb il- Labour u allura l-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tkun imsaħħa u 'l bogħod minn kwalunkwe sfida jew theddida interna. Għalhekk u min dan il-lat is- sena, għal Abela, kienet waħda eċċelenti li tagħtu s-saħħa u l-mandat li kellu bżonn, qalgħatu minn taħt dell Muscat u li tefgħet lill-avversarji tiegħu f 'apatija li bħalissa u sa issa tidher eterna. Sfida 1: Pressjoni qawwija wara t-tfittxija fid-dar ta' Muscat Imma l-2022, bħat-tnejn ta' qabilha, tat lil Abela xi it uġigħ ta' ras mhux ħażin. Prinċipalment kellu tliet sfidi li kien, u f 'xi każi għadu, jiffaċċja. L-ewwelnett is-sena bdiet bi sfida politika li kienet ġejja minn Burmarrad. Il-Pulizija jagħmlu tfittxija fid-dar ta' Muscat b'rabta ma' kummissjonijiet li ħa mingħand kumpanija li kienet marbuta mal-VGH u ma' Steward Healthcare. Muscat taha għall- midja soċjali biex jgħid li dan kien teatrin u li fittxu saħansitra fil-basktijiet tal-iskola ta' uliedu u implika li kien hemm min qed jipprova jagħmel eżempju bih. Dawn l-istqarrijiet ħallew il-bieb miuħ beraħ għall- interpretazzjoni fost ħafna mill- għeruq b'ħafna rrabjati għal kif "kien trattat Muscat" u oħrajn kważi jippuntaw subgħajhom lejn it-tmexxija tal-PL u kif din kienet "abbandunat lil Muscat." Kellhomx raġun jew le dawk li bdew jgħidu dan - u fir-realtà ma kellhomx għax Prim Ministru ma jista' qatt u qatt jindaħal fid-deċiżjoni ta' jekk Maġistrat tibgħatx il-Pulizija jagħmlu tfittxija, bħala parti minn inkjesta - dan poġġa ħafna pressjoni fuq Abela. L-ewwelnett għax saħħaħ in-narrattiva, ġejja mill-PN, li Abela "jibża'" minn Muscat u ried li jimminah, ħalli hu jidher aħjar. It-tieninett għax saħħaħ ukoll in- narrattiva li Abela "ma jiddefendix lil Muscat." U finalment għax poġġiet pressjoni fuq il-PM u Mexxej Laburista hekk kif wieħed ma setax jgħid jittiħdux passi oħrajn kontra Muscat li jkomplu jżidu l-pressjoni fuqu biex jiddeċiedi: Jew jiddefendi lil Muscat u jaqla' baraxx kritika minn bosta li jħossu illi Muscat (jew dawk ta' madwaru) żbaljaw bil-kbir u fl-istess waqt jidher dgħajjef quddiem il-predeċeussur tiegħu. Jew inkella jikkritika lil Muscat u jaqla' baraxx mil- Laburisti u joħloq firda fil-PL lejliet elezzjoni. Jew inkella - it- tielet għażla - joqgħod gallarija u jaqla' baraxx mingħand kulħadd. Mhux ta' b'xejn allura, kif qalu sorsi lill-gazzetta ILLUM li ħafna Ministri u nies fil-PL bdew iħeġġu lil Abela biex imur għall-elezzjoni. Sfida 2: L-għoli tal-ħajja Dik ta' Muscat ġiet u marret u bir-riżultat tal-elezzjoni saret - skont il-metriku politiku - passat remot. Imma wara li d-daqq tal-ħornijiet majna u l-carcades spiċċaw, Abela sab ma' wiċċu kriżi li kienet mbuttata prinċipalment mill-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Lilhinn mis-sanzjonijiet u kritika li kellu illi dam ma waqqaf il-bejgħ tal-passaporti lil ċittadini Russi, Abela kien Sena suċċessi, sfidi u pressjoni għal Robert Abela, hekk kif kiseb distakk ta' kważi 40,000 vot, u allura kiseb rebħa akbar minn ta' Muscat, imma mbagħad iffaċċja kullana sfidi mhux l-inqas il-gwerra li wasslet biex il-prezzijiet tal-ikel jisplodu...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023