Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654
23 films IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Carmel Bonnici Il-Ferrovija fil-films (1) Il-ferroviji dejjem servew bħala mezz ta' trasport sa mis-seklu 17. Persuni li vvintaw magni tal-istim biex itellgħu ilma minn xi minjieri mgħarrqin tal-faħam kienu l-Ingliżi omas Severy fl-1698 u fl-1705 omas Newcomen u John Calley. Pero' kien James Watt il-kontributur ewlieni li ħoloq magni b'saħħithom bil-"pistons" u li jaħdmu bl-istim. Dawn l-iżviluppi flimkien ma' dik tal-Franċiż Nicolas Cugnot tal-1769, uffiċjal tal-artellerija, għenu biex taw il-bidu lill-ferroviji li jimxu fuq il-linji tal-ħadid fl- ewwel parti tas-seklu dsatax. Dawn l-esperimenti u żviluppi kienu l-antennati tal-ferroviji propji. Iżda ħadd ma ried jaċċetta l-istim bħala forza li tmexxi ferrovija fuq l-art. Kien fis-sena 1814 meta George Stephenson ħaddem l-ewwel ferrovija b'suċċess minn Killingworth Mine sa qrib Newcastle u l-opinjini pubblika tbiddlet. L-ewwel ferrovija komuni li ntużat biex iġġorr il-passiġġieri kien f 'Settembru 1825 minn Stockton sa Darlington u wara ħafna titjib, fl-1830 il-ferroviji tal-istim ġew aċċettati. Fl-Istati Uniti, l-istudjużi tal-istorja jaqblu bejniethom li l-ewwel ferrovija li ħadmet b'suċċess konsiderevoli kienet dik ta' madwar tliet mili tul, fis-7 ta' Ottubru 1826 minn qrib Quincey, Massachusettes, sax- xmara Neponset. Fis-snin ta' wara dan il- progress beda dieħel malajr madwar il-bliet kollha tal-pajjiż. Aktar 'il quddiem, il-ferroviji saru popolari u mezz ta' trasport ewlieni f 'postijiet ta' kobor immens bħal, fost oħrajn, ir-Russja - l-aktar lejn is-Siberja, is-sotto kontinent Indjan u sabiex isir progress u ċivilizzazzjoni fl-Old West - territorju fejn il-cowboys kriminali u anki l-Indjani Amerikani kienu jirrenjaw. F'dan l-artiklu se naraw kif il-ferrovija għaqdet reġjuni maqtugħin mal-bqija tal- pajjiż qabel l-invenzjoni tal-karozza jew l-ajruplan. Il-Ferroviji fil-Westerns Il-pjanuri vasti tal-Wild West (territorju fejn kienet teżisti biss il-liġi tal-pistola u fejn il-qattelin kienu jagħmlu li jridu), kienu jintlaħqu biss bit-trasport tal-karozzelli (coaches) biż-żwiemel fejn ħafna drabi s-sewwieq u l-passiġġieri ta' ġo fihom kienu jkunu misruqa jew attakkati mill-gangsters u l-Indjani. Il-wasla tal-ferroviji għenet mhux it biex din is-sitwazzjoni prekarja nbiddlet għall-aħjar u biex l-Istat Amerikan sar ħaġa waħda. Il-films tajbin li juru lil dawn kienu: Union Pacific (1939) (dwar il-bini tal-ewwel ferroviji fil-West Amerikan), How e West Was Won (1962), Once Upon A Time In e West (C'Era Una Volta Il West) (1968) - film epiku Taljan, e Iron Horse (1924) (hekk kienu jirreferu għall-ferrovija l-Indjani – film mutu). Westerns oħrajn tajbin fejn il-ferrovija għandha parti sostanzjali fl-andament, huma: 3.10 To Yuma (1957 u 2007), Bad Day At Black Rock (1955), Jesse James (1939), e Great Locomotive Chase (1955), Breakheart Pass (1975), Cat Ballou (1965), Last Train From Gun Hill (1959) u Wild, Wild West (1999), fost oħrajn. Il-Ferroviji fit-rillers Fuq kollox, il-ferroviji dejjem servew lil dawk li jaħdmu l-films bħala sfond eċċellenti ġo produzzjonijiet ta' eċitament qawwi. Ħafna huma dawk ix-xogħlijiet li dehru aħjar drammatikament bi sfond ta' ferrovija għaddejja b'qawwa kbira. Fost dawn, insibu films klassiċi bħal e Lady Vanishes (1938 u 1979), e Narrow Margin (1952 u 1990 – dak tal-1952 tassew eċċitanti minkejja baġit żgħir), North By Northwest (1959), e 39 Steps (1935, 1958 u drabi oħra), From Russia With Love (1963) (b'final li jħallik fuq ix-xwiek), Sleeping Car To Trieste (1948), Last Train From Madrid (1937), Secret Agent (1936), Across e Bridge (1957), Berlin Express (1948) u Murder On e Orient Express (1974 u 2017) ta' Agatha Christie. Ta' min jinnota li erbgħa minn dawn il-films li semmejt huma diretti mill-bravu Direttur Alfred Hitchcock, maestro suprem tat-thrillers. Mit-thrillers joħroġ ġeneru ieħor ta' films, li jitrattaw qtil meta l-ferrovija tkun għaddejja b'ħeffa. Dan ir-reat narawh minn fuq tren f 'Metropolitan (1939) u Lady In A Train (1945). Minn fuq ferrovija, Hitchcock ippjana qtil fi Strangers On A Train (1951), fejn żewġ stranġieri li jkunu waħedhom fl-istess kompartiment jiehmu li jagħmlu pjaċir lil xulxin billi jwettqu reati reċiproki – wieħed joqtol lill-omm l-ieħor u l-ieħor jieħu ħsieb jelimina lill-mara ta' sieħbu. Dan il-film inħadem mal-40 sena wara b'mod aktar leġġer u anki xi it umoristiku bl-isem row Momma From e Train (1987). (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)