Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNA 11 €1.25 IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • NRU 848 www.franksalt.com.mt/ftb BUYING YOUR FIRST HOME? save thousands with our offer! L-omiċidji li ħasdu lil pajjiżna. L-ILLUM b'sensiela ġdida kull nhar ta' Ħadd Il-Maltin fost l-inqas li jaħsbu li l-għoli tal- ħajja hija konsegwenza tal-invażjoni Russa TLIET TLIET SNIN TA' SNIN TA' ROBERT ROBERT ABELA ABELA PAĠNI 12 u 13 Ħarsa lejn tliet snin ta' sfidi bla waqfien u kif il-Gvern irreaġixxa għalihom Wasteserv tgħid li żdied l-iskart organiku miġbur u naqas dak imħallat f'indikazzjoni li l-iskeda l-ġdida ta' ġbir tal-iskart qed tindara 'IL-BIDLIET QED IĦALLU R-RIŻULTATI' PAĠNI 7, 8, 9 u 17 "Minkejja li għadna fi stadju tranżizzjonali Wasteserv tinnota li l-maġġoranza tal- popolazzjoni diġà drat l-iskeda l-ġdida u li r-riżultati inizzjali qed juru illi l-bidliet fl- iskeda, iż-żieda fil-ġbir tal-iskart organiku u anke l-vjaġġi ta' ġbir tal-iskart li qed isiru fuq livell reġjonali, qed iħallu r-riżultati mixtieqa." Hekk sostniet il-kumpanija Wasteserv mal- ILLUM b'ċifri mogħtija minnha juru illi fl- ewwel ġimgħa tal-2023, u allura l-ewwel ġimgħa tal-iskeda, inġabru 502 tunnellati ta' skart organiku, li huwa żieda ta' 17% meta mqabbel mal-istess ġimgħa s-sena ta' qabel. Minn naħa l-oħra, meta mqabbel mal-ewwel ġimgħa tal- 2022, kien hemm tnaqqis ta' 12% fl-ammont ta' skart imħallat li nġabar (tal-borża s-sewda): Minn 2,190 tunnellata għal 1,950 tunnellata. Dan huwa tnaqqis ta' 240 tunnellata. Minkejja li din il-gazzetta staqsiet dwar skart riċiklabbli - li issa qed jinġabar darba fil-ġimgħa minflok darbtejn - Wasteserv qalet li ma tistax tqabbel hekk kif bl-introduzzjoni tal-magni tal- BCRS u oħrajn simili madwar il-pajjiż ħafna mill-fliexken tal-plastik issa ma għadhomx qed jintefgħu fil-boroż il-griżi. Filwaqt li sostniet mal-ILLUM li għadu kmieni biex wieħed ikollu l-istampa kollha u jistabilixxi xejriet ċari, Wasteserv qalet ukoll li se tkompli għaddejja bil-kampanja sabiex iżżid l-għarfien dwar din l-iskeda. Fil-fatt fl-aħħar jiem deheru diversi uffiċjali tal-ERA jwaħħlu tikketti mal-boroż taż-żibel biex jindikaw li inħarġu fil-ġurnata l-ħażina u li jfakkru wkoll f 'multa ta' €150 għal min jinqabad jagħmel dan. Finalment Wasteserv fakkret li l-fatt li issa li l-ġbir tal-iskart qed jaqa' taħt il-Kunsill Reġjonali qed jaqta' numru ta' ineffiċjenzi li seta' kien hemm, bħal per eżempju meta triq partikolari tkun f 'żewġ lokalitajiet differenti u allura l-ġbir ta' triq partikolari jsir separatament.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023