Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056
11 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 Il-Maltin fost l-inqas fl-Ewropa li jwaħħlu f'Putin għaż-żieda fil-prezzijiet... U fost l-aktar li jemmnu li għandna nnaqqsu l-konsum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Min ma semgħax, ma ħassx jew ma tkellimx dwar l-għoli tal-ħajja u l-kawża taż-żieda fil-prezzijiet? Kważi kulħadd tkellem dwar dan il-fenomenu li qed jiekol mid- dħul disponibbli tal-ħaddiema, imma l-Maltin huma mal-inqas popli fl-Unjoni Ewropea li jpoġġu t-tort tal-għoli tal-ħajja fuq ħoġor il-Mexxej Russu Vladimir Putin u l-azzjonijiet tiegħu. Fil-fatt huma 46% tal-Maltin li ma jaqblux illi hija r-Russja l-kawża ta' prezzijiet jiżdiedu, filwaqt li maġġoranza ta' 49% jaqblu. Meta wieħed jaqsam in- numri jsib li 14% tal-poplu Malti jaqblu "kompletament" li r-Russja hija l-kaġun ta' dawn iż-żidiet, filwaqt li 35% tal-poplu aktar jaqbel milli le. Minn naħa l-oħra 27% iktar ma jaqblux u 19% tal- poplu assolutament ma jaqbilx li r-Russja hija l-kaġun tal-isplużjoni fil-prezzijiet. Dawn iċ-ċifri jirriżultaw minn sondaġġ tal-Ewrobarometru, "EU's Response to the energy challenges" li jitratta diversi temi li huma konsegwenza tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. L-inqas popli li qed jippuntaw subgħajhom lejn ir-Russi għall- għoli tal-ħajja huma l-Ungeriżi, immexxija ironikament minn wieħed mill-aktar mexxejja ewropej ikkritikat u li l-aktar illi jikkritika lill-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. Huma biss 35% tal-Ungeriżi li jemmnu illi Putin huwa l-kaġun tal-għoli tal- ħajja, b'58% tal-poplu jirriġetta din in-narrattiva. Il-Griegi mhux wisq 'il bogħod b'36% biss iwaħħlu f 'Putin għall- għoli tal-ħajja u 62% jgħidu illi ma jaqblux, u it warajhom il-Bulgari fejn maġġoranza ta' 52% ma jaqblux ma' din in-narrattiva dwar l-għoli tal-ħajja (43% jaqblu). Minkejja li f 'dawn il-pajjiżi ma hemmx qbil maġġoritarju li t-tort għall-għoli tal-ħajja huwa tar-Russja, xorta jibqa' fatt li hija l-gwerra nnifisha li waslet għal żidiet qawwija fil-prezzijiet tal- qmuħ u ċereali - hekk kif kemm l-Ukrajna u anke r-Russja huma esportaturi ewlenin ta' dawn iż- żewġ prodotti. Kif l-Ukrajna hija wkoll esportatur ewlieni taż-żejt tat- tisjir (Vegetable Oil u Sunflower Oil) lejn l-Ewropa u diversi pajjiżi oħrajn, bħall-Indja. L-Ukrajna hija l-akbar esportatur taż-żejt tal-ġirasol u fl- aħħar 10 snin esportat 45% sa 55% tal-fornitura ta' dan iż-żejt, filwaqt li r-Russja esportat bejn 15% u 25%. Minn naħa l-oħra l-aktar nazzjonalistajiet li jaqblu illi dawn iż-żidiet huma frott "l-aggressività Russa" huma l-Finlandiżi (76%), id-Daniżi (73%) u l-Olandiżi (69%). Maġġoranza kbira inkwetati dwar l-impatt tal-kontijiet... Il-Maltin fost l-inqas Naturalment il-gwerra messet mar-riżorsa importanti tal-gass li huwa daqstant kruċjali għall- ħolqien tal-enerġija. Ir-Russja hija t-tieni l-akbar fornitur ta' gass fid- dinja wara l-Istati Uniti u fl-2021 pproduċiet 761 biljun metru kubu ta' gass. Ir-Russja esportat ukoll 40 biljun metru kubu ta' Liquified Natural Gas (LNG). Fid-dawl tas-sanzjonjijiet ewropej kontra r-Russja bid- dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u vot favur embargo fuq żejt, faħam u uwil mir-Russja - il-prezzijiet bdew telgħin. U l-prezzijiet telgħin tal-gass waslu biex jogħlew bil-kbir il-prezzijiet tad-dawl. U l-Ewropej iħossu li din iż-żieda qed timpattahom? U x'jaħsbu li huma s-soluzzjonijiet? Maġġoranza qawwija ħafna ta' 85% tal-ewropej iħossu li l-prezzijiet tal-enerġija qed jaffetwawhom, filwaqt li 82% jaqblu mal-azzjonijiet biex jitnaqqas l-użu tal-gass Russu. Intant jekk inħarsu lejn kull pajjiż għalih naraw illi Malta hija fost l-inqas pajjiżi fejn in-nies qed jgħidu li l-prezz tal-enerġija ikollu "impatt sinjifikanti fuq il- flus fil-but" tagħhom, anke jekk xorta maġġoranza qawwija jaqblu. Fil-fatt 29% jaqblu ħafna ma' din l-istqarrija - tnaqqis ta' 18% mix- xahar ta' qabel - u 49% iktar jaqblu, milli le. Huma 16% biss li qalu illi ma jaqblux li dan iħalli impatt fuq il-flus f 'buthom. F'pajjiżna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma żdidux fl-aħħar xhur hekk kif il-Gvern qed jissusidja d-differenza fl-kontijiet li qed tirriżulta, xi ħaġa li qed tiswa' madwar €600 miljun fis-sena. B'94%, l-aktar li qalu illi ntlaqtu ħażin mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma l-Portugiżi, segwiti miċ-Ċiprijotti b'93% u l-Griegi b'92% u l-inqas l-Iżvediżi b'75%. Imma x'inhuma s-soluzzjonijiet? Imma lilhinn mill-prezzijiet per se, in-nies x'jaħsbu li għandu jsir? Mistoqsijin jaqblux jekk l-Unjoni Ewropea għandhiex tnaqqas mid-dipendenza tagħha fuq il-gass mir-Russja, xejn inqas minn 86% tal-Maltin jaqblu "assolutament" jew pjuttost jaqblu. L-aktar li jaqblu huma l-Portugiżi (94%), il-Finlandiżi (93%) u d-Daniżi (91%). L-inqas li jaqblu - mill-ġdid - huma l-Griegi (63%), il-Bulgari (59%) u l-Islovakki (54%). Imbagħad il-parteċipanti ta' dan is-sondaġġ tal-ewrobarometru kienu mistoqsijin ukoll jekk il- gwerra fl-Ukrajna għandhiex tfisser aktar investiment f 'enerġija rinovabbli, kif ukoll f 'aktar enerġija nukleari. Il-Maltin għandhom opinjoni favorevoli fuq l-enerġija rinovabbli, imma ħafna inqas favorevoli fir- rigward ta' enerġija nukleari. Fil- fatt il-Maltin huma t-tieni l-aktar poplu li jaqbel illi l-gwerra tfisser li b'urġenza akbar għandu jsir investiment fl-enerġija rinovabbli. Huma 92% li jaqblu ma' dan (assolutament jew pjuttost jaqblu), it inqas mill-Portugiżi fejn 94% jaqblu. Fuq in-naħal l-oħra l-inqas popli li jaqblu ma' dan l-investiment huma l-Islovakki u l-Bulgari. Dan l-appoġġ imajna sew iżda f 'dak li jirrigwarda l-enerġija nukleari hekk kif huma 49% tal- Maltin li jemmnu illi l-gwerra għandha twassal għal aktar investiment nukleari, ħafna inqas mit-58% bħala medja ewropea. Il- Pollakki (77%), ir-Rumeni (74%) u l-Finlandiżi (71%) huma l-aktar li jaqblu illi għandu jsir aktar investiment fl-enerġija nukleari. U n-nies lesti jitfugħ id-dawl? U ladarba qed nitkellmu dwar l-enerġija u l-prezzijiet u ladarba l-Parlament Ewropew u anke l-Unjoni Ewropea qed jisħqu tant fuq il-bżonn li jitnaqqas l-użu tal- elettriku, in-nies x'jaħsbu? U x'lesti jagħmlu sabiex inaqqsu minn dan il-konsum sabiex id-domanda tkun iżgħar? Mistoqsi jekk jaqbilx li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija 85% tal- poplu Malti wieġeb fil-pożittiv (Medja UE: 81%), fil-fatt fost l-ogħla persentaġġi fl-Unjoni Ewropea. Dan meta fil-Bulgarija kienu 66% dawk li jħossu illi għandu jitnaqqas il-konsum. Imma x'lesti li jagħmlu l-Maltin biex jilqgħu għal din il-problema? 85% ta' dawk li pparteċipaw qalu illi biex inaqqsu l-konsum jitfu' dejjem id-dawl meta jitilqu mid-dar jew inkella minn kamra, filwaqt li 62% qalu illi dejjem jaqilgħu minn mal-plakka appliances, meta ma jkunux qed jintużaw. Minkejja li t-toroq Maltin ma tantx jixhdu r-rieda tal- Maltin li jagħtu l-ġenb lill-karozzi, 40% ta' dawk li pparteċipw qalu illi lesti jużaw mezzi oħra ta' trasport sabiex inaqqsu l-użu tal-uwils. Kienu 6% biss - ħafna inqas mill- medja ewropea - li qalu illi lesti jużaw ferrovija, minflok ajruplan meta jkunu qed jivvjaġġaw. Naturalment fil-każ tal-maltin, meta jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż hekk kif f 'pajjiżna ma jeżistux sistemi ta' ferroviji. Il-gwerra ġabet magħha għoli fil- prezzijiet u skarsezza fil-provvista. Iżda 46% tal-Maltin ma jaqblux li dan huwa tort xi "aggressività Russa". Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn sondaġġ tal-Ewrobarometru...