Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 Rizzo, u Gaetano Romano (1) Il-Qtil ta' Gaetano Romano jibqa' wieħed mill-aktar qtil makabru li seħħ f 'pajjiżna. Dan aktar u aktar minħabba l-fatt li Romano kellu biss 20 sena meta nstab ġo forn fil- ħanut tal-familja, b'sitt imsiemer, twal 15-il ċentimetru, f 'rasu. Dan iż-żagħżugħ kien jaħdem mal- kumpanija ta' missieru Cinque Stelle li kienet tbigħ iċ-ċeramika, il-gypsum u toffri servizzi ta' interior design, twaħħil ta' madum u suffetti. Huwa kien iben Nicola Romano, Sqalli. Ommu mietet tmien snin qabel il-mewt tiegħu, fl-2009. Romano kien jgħix kantuniera 'l bogħod mill-post fejn nstab mejjet, minn missieru u ħabibtu. Li jibqa' fattur mill-aktar xokkanti f 'dan il-każ huwa wieħed, li fi żmien 14-il sena dan il-każ baqa' mhux solvut. X'ġara dakinhar tad-delitt? Id-delitt ta' Romano mhux l-uniku wieħed li jibqa' każ b'ħafna misteri f 'pajjiżna, anzi. Madankollu tul dawn is-snin qam ħafna għajdut dwar il-mottiv tal-qtil, inkluż li seta' sar minn xi barranin, li seta' kien qtil vendetta u li anke saħansitra seta' seħħ minħabba drogi, iżda l-Pulizija qatt ma qabdet tarfu. Il-misteru ta' dan il-każ ma jibqax biss ta' min kien il-qattiel iżda wkoll ta' meta inqatel. Aktarx Romano inqatel bejn il-lejl tat-30 u 31 ta' Marzu 2009. Missier Romano kien irrakkonta li sa xhur qabel ma twettaq id-delitt il-missier u l-iben kienu jirċievu u jaraw affarjiet strambi. Nicola saħaq li darba kien sab xi imsiemer quddiem il-bieb tal- garaxx – il-post fejn seħħ il-qtil – u darba oħra kien sab krozza waħda quddiem il-bieb. Meta neħħiha din reġgħet tfaċċet it wara. Aktar tard Nicola kien qal li eventwalment irrealizza li dawn setgħu kienu messaġġi sottili li l-qattiel kien qiegħed iħallilhom. Nicola kien qal ukoll li l-kelb tagħhom ġie misruq. Għadda ż-żmien u Nicola u Gaetano kienu rċevew ritratt tal-kelb tagħhom maqtul u aktar tard sabuh imrembel ġo tapit fl-għalqa ta' quddiemhom. Ftit qabel ma' seħħ il-qtil Nicola kien sejjer btala ma' martu u ż-żewġ uliedu fil-Marokk, iżda qalbu ħebbritu li kien se jiġri xi ħaġa ħażina. Tant hu hekk li għamel minn kollox biex ibnu jmur il-btala miegħu u anke ippropona li jmur minfloku. Madankollu Gaetano kien irriuta u qallu li kien se jieħu ħsieb in-negozju hu u li xtaqt li jfaddal għax kien se jmur btala l-Ingilterra, fis-sajf. Nicola, anke jekk kontra qalbu, mar il-btala u meta pprova jċempel lil ibnu dan ma bediex iwieġeb, minkejja li pprova jikkuntattjah id- dar, fuq il-mobile u fuq it-telephone tax-xogħol. Għal mument kien ħaseb li ma riedx ikellmu għax kellhom argument fuq din il-btala iżda Nicola mal-ewwel irritorna Malta għax moħħu beda' jiġri bih. Għaldaqstant meta mar fil- garaxx prova jidħol iżda dan kien imsakkar. Kien hemm li Nikola, b'paniku, kellem lil ħabiba ta' ibnu Charlene Law li stqarret miegħu li fl-aħħar jiem ma kienx ikkuntattjaha. Eventwalment, wara li daru postijiet li kien jiffrekwenta u baqgħu ma sabuhx, marru jiżgassaw il-bieb u qallbu l-post ta' taħt fuq. Madankollu, baqgħu ma sabuhx. Law kienet indunat li l-bieb tal-forn (furnace) kien magħluq b'firoll minkejja li l-prassi ta' meta ma jintużax kien li l-bieb ikun imbexxaq. Kien hemm li Nicola fetaħ il-bieb tal-forn u sab lil ibnu fih, mal-art, bi dmijja ma' rasu. Sa dak il-ħin kien għadu mhux ċar x'ġara u ma ġarax. Law talbet għall-għajnuna u fuq il-post wasal is-surġent Luke Bonello, Pierre Calleja – dak iż-żmien Assistent Kummissarju - Silvio Valletta – dak iż-żmien Supretendent- u l-Ispetturi Keith Arnaud, Daniel Zammit u Stephen Mallia, fost uffiċjali oħra. Nicola kien viżibilment emozzjonat. Intant fuq il-post il- Pulizija sabu 18-il gramma kokaina u 80 pillola tal-ecstasy fuq il-post. Aktar tard intqal li dawn setgħu kienu se jintużaw għall-party ta' għeluq sninu. Mill-awtopsja rriżulta li d-dmijja kienu ġejjin min feriti gravi f 'rasu, li kienu moħbijin b'xagħru u li ma ġewx identifikati mal-ewwel meta instab. Irriżulta li tant kellu msiemer f 'rasu li aktarx kien hemm użu ta' martell elettriku iżda dan qatt ma nstab u Nicola ikkonferma li qatt ma kienu jagħmlu użu minnu huma. Aktar tard il-Pulizija imxiet għall-possibilità li kien hemm aktar minn persuna waħdaa involuta f 'dan il-każ, speċjalment jekk intuża martell normali. Dan iffisser li jekk hu l-każ, minn tal-inqas żewġ persuni kienu qed iżommuh filwaqt li persuna oħra bdiet issammar. Minkejja li l-awtopsja rriżultat inkonklussiva, Gaetano miet qabel ma ddaħħal fil-forn hekk kif ma nstabx trab fl-istonku tiegħu li seta' kien fil-kamra. Peress li dan il-forn kien jintuża biex inixxef iċ-ċeramika, rapporti ta' dak il- perjodu saħqu li ġisem Romano kien maħruq, madankollu dakinhar il-forn ma ħadimx kif suppost. Il-pulizija interrogat erbat irġiel, inkluż Marokkin li kien jaħdem fl- istess negozju kif ukoll Bulgaru tal- istess età ta' Gaetano hekk kif dawn ġieli argumentaw. Minkejja l-fatt li anke Nicola kien għadda xi ismijiet ta' persuni, il-pulizija qatt ma sabet provi konkreti. Nicola kien sab ittra miktuba minn ibnu li kien kiteb qabel mewtu illi fiha spjega li kien qiegħed jibża' għal ħajtu u kien indika isem qrib il- familja li kien jibża' minnu. Gaetano kien spjega li din l-ittra kien kitibha ħalli "f 'każ li jiġrili xi ħaġa tkunu tafu lil min tfittxu – mhux se tfitxxu 'l bogħod." Gaetano Romano L-informazzjoni biex inkiteb dan l-artiklu ttieħdet minn diversi siti tal-aħbarjiet kif ukoll minn artikli li deheru fuq il-gazzetta ILLUM, fl-2014 miktubin minn John Pisani. Ritratt meħud minn Darrin Zammit Lupi ta' missier il-vittma fil-post li nqatel ibnu Iż-żagħżugħ li l-każ tal-qtil tiegħu għadu ma ssolviex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023