Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa kienet iddominata mill-aħbarijiet mill-Qorti, hekk kif is-sena politika bdiet pjuttost kajmana, fi kliem ieħor kompliet fejn ħalliet tmiem l-2022. U din il-ġimgħa smajna kif delitt li seħħ 17-il sena ilu, propju nhar it-Tnejn beda l-ġuri dwaru. Dan l-editorjal mhux se jidħol fil- merti tal-kawża li għaddejja u lanqas il-ħafna argumenti li jista' jqajjem dwar il-femiċidju (mill-ġdid), il-prostituzzjoni u kwistjonijiet oħrajn li jkun tajjeb li jitqajmu ladarba l-każ jingħalaq. Għalissa dan l-editorjal jixtieq ifakkar fl-espressjoni bl-Ingliż: Justice delayed is justice denied. U jekk kien hemm każ fejn il-ġustizzja damet ma saret, anzi biex ikunu korretti damet b'mod eseġerat biex tibda issir, huwa proprju dan il-każ. Tant dam biex beda dan il-ġuri li mhux talli ma saritx ġustizzja ma' Simone Grech, talli lanqas imqar saret ġustizzja mal-familja tagħha, mal-ġenituri tagħha li ħallew din id- dinja. Il-vera għarukaża ta' proporzjonijiet immensi. Forsi għax Simone Grech ma kinitx magħrufa jew forsi għax għal ħajjitha ħadd ma ħareġ jirpprotesta jew iħabbat fuq il-borom jew għax għal politiċi Simone Grech ma kienet ħadd ta' konsegwenza. Imma l-mara li tissimbolizza l-ġustizzja proprju għalhekk li tinsab b'għajnejha mgħammda, għax għal ġustizzja u quddiemha kulħadd ugwali, kulħadd l-istess u ma tagħmilx differenza jekk intix sinjur jew fqir, influwenti jew inkonsekwenzjali, intelliġenti jew injorant, hemm fuq jew hemm isfel. Il- ġustizzja hekk suppost taħdem. Huma x'inhuma r-raġunijiet li jista' jagħti xi ħadd. Plawsibbli u ġustifikati kemm xi ħadd jista' jimmaġinahom. Li ġuri fuq każ idum 17-il sena biex jibda jinstema' mhux talli mhijiex ġustizzja, talli hija travestija tagħha u disservizz enormi lejn il-memorja ta' Simone Grech, il-ġenituri tagħha - li minn dakinhar lil hawn ħallew din id-dinja, lil qrabatha, lill-ħbieb tagħha u lill- komunità trans f 'pajjiżna. Basta nitkellmu fuq il-governanza tajba. Li tistenna 17-il sena biex jibda każ hija governanza ħażina. Insult. Xejn inqas u xejn aktar. Ejja naraw li d-dewmien fil-Qrati jitnaqqas. Ejja naraw li l-ġustizzja ssir f 'waqtha dejjem u f 'kull każ. Kemmuna jonqos biex vera nkunu tlifna ruħna! Għax ma bnejniex biżżejjed! Kemmuna jonqos taqa' vittma ta' aktar żvilupp, trab, konkos u qerda! Ikun ta' għajb kbir jekk jingħata permess li jkun ifisser li anke Kemmuna tibda tinbena. In-nies mhux ċwieċ. Jafu għax issa draw, li l-ewwel nibnu fejn ma hemmx mibni, imbagħad jinħoloq preċedent u bħala konsegwenza jinbena kullimkien. Jekk anke Kemmuna nibnu, jekk anke f 'Kemmuna se jirrenjaw il-gafef u l-krejnijiet mela allura verament dan il- pajjiż ikun tilef ruħu darba għal dejjem. Ikun tilef l-aħħar xrara ta rispett lejh innifsu. Verment dan il-poplu ikun ħalef - attivament jew passivament - li jeqred lil pajjiżu stess. Dan l-editorjal jingħaqad mal- Moviment Graffitti, bħal dejjem fuq quddiem fil-protezzjoni ta' artna kontra l-ħniżrijiet u anke ma' bosta oħrajn, fosthom l-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo, u jappella kontra kull żvilupp li jmur lilhinn minn dak eżsistenti f 'Kemmuna. Anzi, dan l-editorjal jixtieq li l-Gvern imur pass oltrè u jbiddel Kemmuna kollha f 'park naturali, bħal dak tal- Majjistral. 17-il sena tistenna... Tal-mistħija!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023