Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum Carmel Bonnici Il-Ferrovija fil-films (2) L-aqwa 10 films tal- 2022 Il-film AVATAR: THE WAY OF WATER fi żmien 16- il ġurnata biss irnexxielu jitla' fl-ewwel post ta' din il- klassifika. Din ma tistax titqies bħala xi sorpriża kbira meta wieħed jiakar li AVATAR (2009) oriġinali għamel snin jokkupa l-Ewwel Post bħala l-Aqwa Film fid-dhul tal-flus ta' kull żmien, sakemm ġie superat minn AVENGERS END GAME (2019). Pero AVATAR reġa' ra l-quċċata meta reġa' ħareġ għall-wiri f 'Awwissu li għadda bħala reklam promozzjonali għal din l-attrazzjoni ta' żmien il-Milied. 1. AVATAR: THE WAY OF WATER - 12A 2. TOP GUN: MAVERICK - 12A 3. MINIONS: THE RISE OF GRU - U 4. JURASSIC WORLD: DOMINION (3D) - 12A 5. THE BATMAN - 15 6. DR. STRANGE IN THE MULTIVERSE OF MADNESS - 12A 7. UNCHARTED - 12A 8. THOR: LOVE AND THUNDER - 12A 9. BLACK PANTHER: WAKANDA FOREVER - 12A 10. ELVIS - 12A Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Ħabtiet spettakolari Sikwit naqraw jew nisimgħu fl-aħbarijiet b'ħabtiet kbar bejn żewġ ferroviji jew xi waħda li taqbeż il-linji. Films dwar dawn id-diżgrazzji huma: Hatter's Castle (1942), Seven Sinners (1940), l-ispettaklu taċ-ċirklu ta' Cecil B. DeMille, e Greatest Show On Earth (1952), e Young In Heart (1938), Mad Love (1935), e Wrong Box (1966), il- kolossali Lawrence Of Arabia (1962), Crack In e World (1965), Ghost Train !931) u King Kong (1933). Sekwenzi umoristiċi fil-ferroviji Mumenti tad-daħk f 'kummiedji b'sekwenzi ta' ferroviji jinkludu l-Aħwa Marx iqattgħu mill-vaguni f 'Go West (1940) biex jitfgħu l-ħatab fin-nar ħalli t-tren ma jiqafx, e Palm Beach Story (1942) fis-sekwenza the Ale & Quail Club, il-kummidjant ta' wiċċ imqarras, Buster Keaton, fil-films muti Our Hospitality (1923) u e General (1926), e Great St. Trinian's Train Robbery (1966), serqa minn tfajliet tal-iskola, kif ukoll Laurel u Hardy jmorru jorqdu fl-istess sodda fuq vagun, f 'e Big Noise (1936) u oħra simili f 'Some Like It Hot (1958), b'Tony Curtis u Jack Lemmon lebsin ta' nisa ma' Marilyn Monroe u nisa oħra mużiċisti. Fims Mużikali b'mottiv ta' ferrovija Xogħlijiet b'sekwenzi mużikali fuq il- ferrovija nsibu A Hard Day's Night (1964) tal-Beatles, Some Like It Hot (1958), e Harvey Girls (1946) (speċjalment fil- kanzunetta e Acheson, Topeka And e Santa Fe), At e Circus (1939) (Lydia e Tattooed Lady), Sun Valley Serenade (1941) (bl-orkestra ta' Glenn Miller iddoqq Chattanooga Choo Choo), Dumbo (1941), il-film animat ta' Disney (f 'Casey Junior), Easter Parade (1948) (fis-sekwenza When e Midnight Choo Choo Leaves To Alabam) u Al Jolson ikanta Tout Tout Tootsie Goodbye f 'e Jazz Singer (1927). Ferrovija ta' taħt l-art Ħafna ntriċċi ukoll ġraw taħt l-art (subway) minn fejn tgħaddi l-ferrovija, fi bliet kbar Amerikani, Londra, Pariġi, eċċ. Films li juru dan huma: On e Town (1949), e Bachelor Party (1957), Boys Night Out (1962), e FBI Story (1959), Union Station (1950), e Young Savages (1961), e French Connection (1971), Beneath e Planet Of e Apes (1971) u qtil f 'e Liquidator (1965). Il-film e Warriors (1979) dirett minn Walter Hill kellna lil grupp mużikali b'dan l-isem jaħrab mal-ferroviji ta' taħt l-art fi New York meta ġew mixlija bi qtil li ma sarx minnhom. Ferroviji maħrubin Inħaddmu wkoll xi produzzjonijiet dwar ferroviji maħrubin jew apposta mitluqa biex jitfarrku. Fil-pjanuri kesħin u vasti tal-Alaska, ferrovija bix-xufier mejjet fuqha u bla brejkijiet tgħaddi sparata f 'Runaway Train (1985) fejn żewġ ħabsin maħrubin (Jon Voight u Eric Roberts) u mara assistenta tal-ferrovija (Rebecca De Mornay) jsibu ruħhom maqbudin ġo fiha. Fis-subway ta' New York ġiet ippjanata serqa u x-xufier bil-ferrovija għaddejja sparata ma jitħalliex jgħabbi passiġġieri f 'e Taking Of Pelham 123 (1975) (dan il-film fil-U.K. kellu l-isem ta' e Mastermind). Fis-sena 2007 reġa' nħadem issa ma' kullimkien bl-isem oriġinali. F'Cassandra Crossing (1977), minħabba wieħed marid b'marda kerha li malajr tittieħed u li qiegħed fuq it-tren, din titħalla għaddejja b'ħeffa lejn lokal imwaqqa' biex titfarrak, minn Burt Lancaster. Unstoppable (2010) jindika sewwa x'se jseħħ. F'dan it-thriller tal-azzjoni u d-diżastri, meta xufier ma jorbotx sewwa il-brejkijiet, it-tren titlaq waħedha u dejjem iżżid il-forza riesqa lejn ċentru ta' belt. Ħadd ma jkun jista jwaqqaa, lanqas meta s-suldati jisparaw fuqha. Ikun jeħtieġ att erojku minn Denzel Washington, inġinier veteran u Chris Pine, ħaddiem żagħżugħ li telaq għax xogħol jaħdem fuq din l-istess ferrovija. Ibbażat minn fuq fatt li ġara veru. Ferroviji għal għanijiet politiċi Il-vaguni ta' wara ta' ferrovija Amerikana saru familjari ħafna ġo films b'tema politika bħal Abe Lincoln In Illinois (1940), Wilson (1944), All e King's Men (1949 u 2006), kif ukoll f 'Hail e Conquering Hero (1944), Double Imdemnity (1944) u Mr Deeds Goes To Town (1936). Prodzzjonijiet oħra... e Railway Children huwa ktieb għat- tfal ta' Edith Nesbit dwar tliet aħwa Peter, Roberta u Phyllis li meta missierhom jitlaq lill-familja minħabba li jkun akkużat, b'mod żbaljat, bi spjunaġġ jmorru jgħixu ġo dar żgħira fil-kampanja. Hemm jieħdu ħafna gost jaraw il- ferrovija għaddejja u anki jagħmlu ħbieb ma' anzjan li dejjem ixejrilhom mit-tieqa tat-tren. Dan il-volum klassiku inħadem film fl-1970 u fis-sena 2000 u fl-2022 deher e Railway Children Return. Mingħand id-direttur Korean Bong Joon Ho wasal il- film Snowpiercer (2013) (qabel kien hemm serje ta' ħafna episodji). Wara avveniment apokaliptiku fejn in-nies kollha mietu ħlief dawk li kienu fuq il-ferrovija Snowpiercer li ilha għaddejja 18-il sena, fuq dan it- tren tinbeda sistema soċjali fejn is-sinjuri jinqatgħu mill-klassi baxxa. Il-ferroviji bħala mezz ta' trasport l-aktar, taw kontribuzzjoni kbira bil-wisq aktar mill- produzzjonijiet imsemmija hawn. (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023