Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 'Mhux sostenibbli li l-Gvern jibqa' jissussidja lil kulħadd' Ko-finanzjat mill- Unjoni Ewropea Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 686/2022) Bħala parti mill-proġett 101083556 Strengthening Knowledge on Integration and Non-Discrimination (SKIN), inħolqot vakanza għall- pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija fi Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f' Ottubru 2024. Id-deskrizzjoni tal-impjieg hija aċċessibbli fuq il-website tal-NCPE: https://ncpe.gov.mt/en/Pages/Vacancies.aspx Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat fuq l-email equality@gov.mt lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar Ġimgħa, 27 ta' Jannar 2023. Applikazzjonijiet li jaslu tard wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2276 8200 E-mail: equality@gov.mt Web: www.ncpe.gov.mt Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' ko-finanzjament: 90% fondi Ewropej; 10% fondi Nazzjonali "Il-messaġġ li kontinwament qed jagħti l-gvern huwa li m'hemmx urġenza fil-qasam tal-enerġija u t-tniġġis. Xogħol il-Gvern huwa li jinċentiva l-bidla meħtieġa: Dan għandu jinkludi il-ħolqien ta' inċentivi u diżinċentivi li filwaqt li jinkoraġġixxu l-bidla, min-naħa l-oħra jippenalizzaw lil min jirreżisti l-bidla neċessarja." Danqaluh kelliema ta' ADPD- e Green Party meta indirizzaw konferenza stampa quddiem Kastilja dalgħodu. Is-Segretarju Ġenerali ta' ADPD Ralph Cassar qal li teżisti ħafna inċertezza fil-qasam tal-enerġija bħalissa speċjalment minħabba is-sitwazzjoni ġeo-politika li ġabet magħha l-invażjoni tal-Ukrajina mir-Russja. Fakkar li hemm il- biża' li l-prezzijiet tal-enerġija jistgħu jkomplu jisparaw 'il fuq. "Li huwa żgur hu li l-prezzijiet se jibqgħu volatili u instabbli. F'dan il-kuntest id-dipendenza ta' Malta fuq enerġija li tinxtara permezz tal-interconnector li għandna ma' Sqallija jeħtieġ tkun eżaminata mill-ġdid." Huwa qal għalhekk li l-politika tal-Gvern li jissussidja lil kulħadd "mhijiex sostenibbli." Cassar sostna li din il-politika qed tinkoraġġixxi l-ħela u ma timmotivax l-użu ta' alternattivi sostenibbli. "Saħansitra il-Kap tal-Missjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għal Malta emfasizza li l-mod kif qiegħed jingħata dan is-sussidju dwar il-konsum tal-elettriku għandu jinbidel." Cassar spjega illi filwaqt li huwa għaqli li jiġu mgħejjuna dawk bi dħul baxx jew medju in konnessjoni mal-konsum bażiku meħtieġ, din l-għajnuna m'għandhiex tingħata ukoll lil dawk li jifilħu prezzijiet viċin kemm qiegħed jiġi jiswa verament. "Jekk dan ma jsirx, il-kelliem tal- IMF wissa li dan kien se jkollu impatt fuq ir-riżorsi finanzjarji tal- pajjiż," fakkar il-kelliem. Huwa fakkar li l-Gvern qed jissussidja l-enerġija u l-uwil b'madwar miljun u nofs euro kuljum u li sal-aħħar tal-2022 €472.5 miljun se jkunu intefqu f 'sussidji fuq l-enerġija u ikel u mas-€608 miljuni oħra mistennija jintefqu din is-sena. Iċ-Chairperson ta' ADPD Carmel Cacopardo sostna li Gvern wara ieħor dejjem ra kif jipposponi l-investiment neċessarju fl- enerġija rinovabbli. "Anke deroga ġiet negozjata biex jitnaqqas l-obbligu tal-pajjiż u minflok 20% niġġeneraw 10% biss tal-enerġija meħtieġa minn sorsi renovabbli." Cacopardo kompla jisħaq li l-partiti jitkellmu fuq l-interconnector qisu dan huwa xi salvazzjoni. "Eżempju ċar ta' kif il-gvern mhux lest li jieħu azzjoni minħabba l-biża' tal-kritika tal- avversarji politiċi hija l-kampanja tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-industrija u fin-negozji. Din il- kampanja spiċċat biss konferenza stampa b'linji gwida. La hemm miri, u lanqas taħlita ta' inċentivi u diżinċentivi jew penali biex il- miri jintlaħqu. Prezz kummerċjali għall-konsum għoli huwa għodda li tgħin fit-tnaqqis tal-ħela ta' din ir-riżorsa."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023