Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056
07 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa Robert Abela għalaq tliet snin fil-quċċata tal-Partit Laburista bħala Mexxej u tliet snin fil-kariga ta' Prim Ministru. Bla dubju illi qabel inqalgħu l-problemi kollha li setgħu jinqalgħu u li it kienu mqar jimmaġinaw li se jinqalgħu, diġà kellu lista twila ta' sfidi x'jiffaċċja. Biss meta faqqgħet il-pandemija it xhur biss wara li kien ħa t-tmexxija tal-pajjiż u gwerra fl- Ukrajna, bl-Unjoni Ewropea tidħol fiha bir-ras, żdiedu l-intensità u d-diffikultà tal-isfidi li Abela kellu jiffaċċja. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-akbar sfidi li kellu jiffaċċja Robert Abela f 'dawn it-tliet snin u allura sfidi li awtomatikament kellu jiffaċċja l-pajjiż ukoll. Governanza - L-ewwel sfida ta' Abela L-ewwel sfida kbira li kellu jiffaċċja Abela tliet snin ilu kienet dik tal- governanza hekk kif il-Partit Laburista kien qed jiffaċċja kriżi kbira, mhux biss minħabba elenku ta' riżenji, l-aktar notevoli tal-eks PM Joseph Muscat, imma wkoll minħabba l-episodji kollha li wasslu propju għal dawk ir-riżenji. Il-pajjiż kien maħkum minn tensjoni politika kbira u protesti hekk kif kien arrestat Yorgen Fenech b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li pponta subgħajh lejn Keith Schembri bħala l-mandant fil-qtil, Chris Cardona kien interrogat kif kien ukoll Konrad Mizzi. Dan kollu ġie wara l-każ tal- Kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u Mizzi u l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li tefa' dell ikrah ħafna fuq il-pajjiż u fuq numru ta' nies fil-Gvern. Muscat, Cardona, Mizzi u Schembri - ilkoll meqjusin bħala kruċjali għat-tmexxija tal-pajjiż u tal-PL - irreżenjaw u tela' fil- poter Abela. L-isfida kienet immedjata: Tindif ta' isem pajjiżna, wara li Malta xxandret mal- erbat irjieħ għal raġunijiet xejn sbieħ: Qtil ta' kritiku voċiferu tal-Gvern u akkużi ta' korruzzjoni. Rapport mill-Kummissjoni Venezja mdendel fuq rasna, kif kien it-test imminenti tal-Moneyval u eventwalment tal-FATF. Irnexxielu imma? Abela mexxa 'il quddiem elenku ta' riformi - speċjalment fuq il-Ħatra tal- Ġudikatura, diversi karigi issa bdew jinħatru biż-żewġ terzi tal-Parlament - inkluż il- President tar-Repubblika, l-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Istandards - filwaqt li aktar tard il-Gvern kien ħabbar riforma li titratta l-midja, iżda li kellha tmur lura fuq il-mejda wara akkużi ta' nuqqas ta' konsultazzjoni. Il-Gvern ta' Abela biddel il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, anke jekk il-kritika xorta ssir li finalment huwa l-Gvern li xorta għad għandu ċerta saħħa fl- għażla, anke jekk l-għarbiel żdied. Abela wkoll ikkalma l-ilmijiet politiċi f 'dawn l-aħħar tliet snin u minkejja li ma hemm ebda romantiċiżmu politiku bejn il-Gvern u l-għaqda Repubblika jew il- familja Caruana Galizia, xorta twaqqfu l-episodji ta' tneħħija (jew tindif) tal- maar ta' Daphne, filwaqt li t-temperatura politika nnormalizzat sew. Fil-fatt kienet bdiet tinnormalizza mill-ewwel fl-2020 u kompliet tikkalma meta Abela ltaqa' mal- familja tal-ġurnalista assassinata. Illum wieħed kważi jista' jgħid illi - tliet snin wara - qed ngħixu "normalità" politika fejn l-interess fil-politika qiegħed f 'livelli baxxi ħafna (kif suppost ikun matul leġiżlatura) filwaqt illi d-dibattitu qed jiċċentra dejjem aktar fuq is-sustanza politika, il-liġijiet u l-bidliet proposti, aktar milli fuq il-persuni li qed imexxu u allegazzjonijiet serjissimi marbutin magħhom. B'hekk wieħed jista' jgħid ukoll illi minkejja nuqqasijiet ovvji u ċari li għad hemm fis-sistema u minkejja akkużi lejn il-Gvern, mill-PN, li huwa anti- demokratiku "għax ma jikkonsultax" jew "għax ma jismax", l-aġenda llum qegħda ħafna iktar f 'idejn il-Gvern. Dan issa jista' jressaq l-aġenda leġiżlattiva tiegħu għad- diskussjoni u t-twettiq mingħajr il-biża' kontinwa li kellu l-PL bejn l-2015 u l-2019, illi minn wara l-kantuniera se tfeġġ xi biċċa informazzjoni ġdida dwar il-kumpaniji fil-Panama, Yorgen Fenech, l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jew il-kuntratt mal-VGH li se timbarazza bil-kbir lill- Gvern jew lil Ministru sedenti (li jinsab fil-Kabinett bħalissa) u bħala konsegwenza l-aġenda soċjali u politika tal-Gvern tintefa' taħt id-dellijiet ta' dawn l-istejjer. Il-Gvern ukoll rriforma, biddel jew emenda diversi liġijiet oħrajn, ħafna drabi mhux bi it kontroversja - fosthom dik li titratta l-Femiċidju, il-Liġi tal-Kannabis, l-estensjoni tas-servizzi tal-IVF u bħalissa l-emenda li titratta tqala li tista' tkun ta' "periklu gravi għal ħajjet jew saħħet l-omm." Malli tela' Abela kien neħħa mill-kariga lil diversi nies li kellhom dellijiet fuqhom, fosthom lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Fl-aħħar reshuffle rajna lil Abela jħalli barra lil nies li mill-ġdid kienu f 'kontroversja, primarjament lil Rosianne Cutajar, Carmelo Abela u anke Edward Zammit Lewis. FATF: Daqqa ta' ponn li evitajna l-effetti tagħha Minkejja l-ħidma ta' Abela u l-Gvern li jmexxi biex jirrestawra r-reputazzjoni tal- pajjiż, joħloq klima politika kalma u jneħħi nies li b'xi mod jew ieħor kienu marbutin ma' kontroversji - id-dawl li intefa' fuq Malta kien impossibbli li jħassru għal kollox. U bħala konsegwenza - jew għallinqas parzjalment bħala konsegwenza - Malta falliet it-test tal-FATF u kienet l-uniku pajjiż fl-UE fil-Lista l-Griża. Dan anke jekk pajjiżna kien għadda mit-test tal-Moneyval u allura wieħed kien kważi jistenna li l-vot fl-FATF kien se jkun formalità. Din kienet sfida kbira u serja ħafna, kemm ekonomikament imma wkoll politikament. Diversi aġenziji ta' kreditu nnutaw ir- riskji kbar li dan il-pass mill-FATF - wara vot kontra Malta mill-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti - jista' jkollu, imma dejjem sostnew li l-effetti ta' din id-deċiżjoni kienu għadhom ma bdewx jinħassu on the ground. Il-probabbilità kienet illi ħafna kumpaniji adottaw attitudni ta' 'nistennew u naraw' bit-tama li fl-ewwel opportunità pajjiżna jgħaddi mit-test, hekk kif mill-FATF mill-ewwel bdew jidhru indikazzjonijiet li l-Gvern ta' Abela kien ħa bis-serjetà neċessarja dak li kellu bżonn isir. Wara kollox kien sors mill-Gvern stess li mal-ILLUM kien iddeskriva dan bħala l-effett ta' Malta f 'din il-lista: "Ikun ifisser theddida għall-impjiegi u n-negozji." U fil-fatt Malta daħlet fil-Lista l-Griża u sena wara tneħħiet minn din il- lista mingħajr ma kien hemm ċans li jintilfu impjiegi jew ikun hemm l-effetti detrimentali li ħafna titubar seta' jkollu fuq l-ekonomija Maltija. Meta Malta tneħħiet mil-lista b'rikonoxximent ukoll tax-xogħol tajjeb li kien sar, kienet qed tevita diżastru ekonomiku li kien iseħħ, kieku tħalliet fil- Lista l-Griża. Definittivament li kien mertu tal-Gvern ta' Abela li fuq dan il-front sar ix-xogħol meħtieġ. Ikompli f'paġni 8 u 9... Minn pandemija li sakkritna, gwerra li salbitna u lista li setgħet kissritna: Tliet snin ta' Robert Għaddew tliet snin minn meta Robert Abela, kontra dak mistenni, għamel rebħa kbira fil-PL u sar Mexxej Laburista u Prim Ministru. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dawn it-tliet snin ta' sfidi ma jiqfux...