Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum Covid-19: Għal kull pass kien hemm Imma għadda mit-test il-Gvern ... ikompli minn paġna 7 Pero' jekk kien hemm xi ħaġa li ħadd, lanqas fl-aktar immaġinazzjoni fertili tiegħu jew tagħha qatt ma seta' jimmaġina, kienet il-pandemija u l-effetti kollha tagħha. Lanqas qatt ma stajna nimmaġinaw u naraw xenarju - jekk mhux f 'xi film tal-fantaxjenza - ta' ajruport magħluq, in-negozji kollha magħluqa, toroq vojta u l-it nies li jkun hemm barra kollha bil-maskra. Il-pandemija tefgħet lid-dinja f 'allert totali, biża' u paniku li raw lill-ekonomiji jitkaxkru mat-trab tal-art, l-inċertezza tilħaq livelli astronomiċi, l-ivjaġġar jieqaf, l-isptarijiet jimtlew, problemi ta' saħħa mentali jisplodu 'l fuq, negozji jiġġammjaw u fuq kollox, għal dan kollu l-ebda Gvern ma kellu pjan għax kienet xi ħaġa bla preċedent għal dawk kollha li jeżistu fid-dinja bħalissa. U Abela u l-Gvern tiegħu kif mexxew? Il-kritika li qala' Abela fuq il- Covid-19 Il-Gvern żamm aktar kawtela fejn jidħol il-bżonn li jingħalaq kollox - il-famuż lockdown. Naturalment fil-ġenn u l-paniku li kien qed jiddomina l-għajtiet għal lockdown u għall-għeluq tal- ajruport żdiedu, ħraxu u waslu għall-kritika lejn il-Gvern li kien qed idum u fil-proċess jirriskja li jinxtered aktar il-virus. Il-Gvern ta' Abela kien ikkritikat bil-qawwi hekk kif il-pajjiż kien reġa' infetaħ għat-turiżmu u grupp ta' studenti tal-Ingliż li ma kinux ħadu l-vaċċin reġgħu prattikament tefgħuna lura sena, meta bħala pajjiż konna ilħaqna waħda mill- ogħla rati ta' vaċċinazzjoni fid- dinja. Din ma kinitx l-ewwel mewġa tat-tip tagħha hekk kif kien hemm diversi attivitajiet - fosthom party f 'lukanda f 'San Ġiljan - li wkoll kienu wasslu għal żieda fil-każi, meta dawn kienu naqsu wara xhur illi matulhom kulħadd kien prattikament maqful id-dar. Il-kritika naturalment kienet ġejja minn kullimkien: Min igerger għax irid lockdown, min igerger għax irid li l-Gvern jiaħ in-negozji, tal-festi jgergru għax il-Gvern kien fetaħ attivitajiet oħrajn u ma tax il-kunsens tiegħu biex jibdew il-festi, tal-Clubs jisħqu li l-Gvern se joqtolhom bil-ġuħ... Kor ta' ilmenti u tgergir, uħud ġustifikati u oħrajn inqas. Pero' mbagħad qam l-hekk imsejjaħ Moviment ta' Kontra l-Vaċċin jew għallinqas l-impożizzjoni tiegħu fuq kulħadd, speċjalment meta l-Gvern (bħalma għamlu xi Gvernijiet oħrajn madwar l-ewropa) kien iddikjara li biex tidħol f 'ristoranti jew stabbilimenti ta' divertiment irid ikollok ċertifikat validu tal- vaċċin, li jkun fih l-ewwel doża u anke l-Booster. Dan wassal għal protesti u anke reżistenza u kritika lejn il- Gvern, liema kritika anke Abela rrikonoxxa li kienet qed issir u li kienet qed tqajjem irwiefen kontra l-Gvern li jmexxi! L-akbar kritika lejn Robert Abela kienet direzzjonata lejn stqarrija pjuttost ażżardata tiegħu biex il-poplu igawdi s-sajf u li l-mewġ metaforiku tal-virus ma kienx jeżisti, għax "il-mewġ fil- baħar qiegħed." Malli n-numri reġgħu żdiedu din l-istqarrija ażżardata infaqgħet f 'wiċċ Abela u ntużat kontinwament biex l-avversarji jsawwtuh speċjalment meta n-numru tal-każi ta' kuljum kien qed jiżdied b'rata pjuttost allarmanti (mijiet jew eluf ta' każi kuljum). Il-preġji ta' Abela fuq il- Covid-19... Minkejja dan kollu l-preġji tal- Gvern ta' Abela ma kinux it, tant li probabbilment il-pandemija kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin li waslu biex il-Gvern u Robert Abela baqgħu daqstant popolari. Nibdew bil-fatt diġa' msemmi illi Malta kienet fost l-aqwa pajjiżi fid-dinja f 'dak li jirrigwarda vaċċin mogħti ras għal ras. Dan juri illi l-Gvern kien ippreparat, kellu l-kunsinni meħtieġa u kif setgħu jaraw ħafna nies kien organizzat fil-proċess ta' għoti ta' vaċċin. It-tieni preġju, bla dubju, kien dak ekonomiku. Il-Gvern ħabbar numru ta' Mini-Baġits li fihom ħabbar elenku ta' miżuri, fosthom l-aktar waħda li swiet flus u l-aktar waħda li kienet mfaħħra kemm mill-ħaddiema u anke minn dawk li jħaddmu: Il-Wage Supplement. Huwa ġeneralment aċċettat li l-ħlas ta' parti mil-paga għal eluf kbar ta' ħaddiema f 'diversi setturi speċjalment is-servizzi, evita qgħad tal-massa hekk kif negozji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023