Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kotba illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 Mark Vella jilqa' bi pjaċir l-aħħar ġabra ta' poeżiji ta' Mario Cardona, leħen awtentiku attent għar-realtajiet tal-ħajja ta' kuljum u kapaċi jrodd toqol poetiku lil dak li jgħix il-poplu. Cardona 'ma jiktibhiex', fis-sens li t-tnebbiħ tiegħu jiġbed tista' tgħid għalkollox mill-ħajja ta' kuljum kif mgħejxa mill-kultura popolari. Bħalm'hi qarrieqa d-distinzjoni bejn il-mużika serja u dik leġġera, taf tidher infeliċi d-distinzjoni mill-poeżija kolta, għax timplika dak li qatt ma jissemma, iżda li huwa l-oppost naturali li ma stajtx nirreżisti nużah għat-titlu. L-inkolt, imma ovvja li f 'dan il- każ, m'aħniex nitkellmu dwar l-injoranza jew inkella, biex inżommu max-xbieha agrikola oriġinali, il-mhux imsoqqi u l-mhux saqwi, iżda x'aktarx dak li verament għandna nimu b'kultura, jiġifieri dik id-dinja ta' għarfien tant vasta u mifruxa, u anki mhux elitarja, li tant tista' takkomuna nies u tressaqhom lejn l-arti, il-ħsieb u s-sbuħija. Hija missjoni dik ta' Cardona li tfakkarna fl-edukaturi l-kbar u t-teoriċi tal-kultura tal-poplu, fil- fatt, minn Don Milani sa Paulo Freire u, lil hinn milli nirrepeti l-ħsibijiet inċisivi ta' Grima, nista' biss inżid magħhom li l-ewwel saħħa ta' dawn ix-xogħlijiet – anki kif ġa rajna fl-ewwel xogħol tal- awtur Fuq Kaxxa tal-Birra Rasha 'l Isfel (Horizons, 2019) – hija fil-fatt l-immersjoni totali f 'espressjoni impenjata li tiżgiċċa mill-iċċassar lejn żokritna li poeta jista' jingaġġa fih. Minkejja li hemm dagħbien enormi u qawsalla mifruxa bejn l-imbeċilli u l-ġenju, hemm ukoll taqsima tal-ispettru li anki tagħżel, jekk mhux bejn is-sinċerità u l-awtentiċità, is- sens tal-missjoni ta' dak li jagħżel li jkun poeta: il-fedeltà lejn ix- xbihat li jossessjona fuqhom, ix- xogħol li jdaħħal biex jooq il- ħajja u jkompli jinterpreta u jfittex fiha mingħajr ma jsib tweġiba, id- dmir ta' arti li sseħħ mhux għax moħħha fiha nfisha. Ta' Cardona hija faċilment poeżija tat-triq, li magħha ġġorr l-ironija u l-leħħiet strambi tal- ħajja li jinkisbu anki b'sempliċi passiġġata fi kwartier traffikuż. Anki meta tkun personali, xorta waħda ma titbegħidx lejn l-astrattiżmu, anki għall-fatt li tibqa' tiġbed mill-ħsus tal-poplu, li huma wara kollox tal-awtur imfannad fl-art, bħallikieku, bl-għeruq u x-xniexel, sew kampanjol sew urban, imma dejjem ċittadin. Attitudni li faċli timxi għall-politiku u għall- impenjat, li jintwera ċar mill- attitduni ġenerali ta' Cardona, iżda lil hinn minn dan, hemm dejjem dak is-sens ta' poeżija li tista', lil hinn milli tiniehem u tinħabb, tinħafen. Mertu kbir narah għalhekk il-potenzjal tal-poeżija li tista' żżurhom tassew lin-nies u tkellimhom bi lsienhom, mhux fis-sens ta' riduzzjoni lingwistika lejn l-iktar denominatur komuni baxx, iżda, anzi, it-tiixa ta' dak id-denominatur, u minn hemm l-essenzjalità politika u soċjali, li tista' tlaqqa' lin-nies mal-arti u mas-sbuħija tal-espressjoni u tal- kelma. Cardona huwa wkoll poeta lokali fis-sens li kliemu ssibu f 'postijiet li jintgħarfu minnufih, u kif spiss nagħmel għal ġabriet ta' poeżiji u novelli, sikwit nagħżel biċċa li tkun tassew emblematika, f 'dal każ 'Ħal Qormi 2' li tiġbor l-essenza ta' raħal qadim f 'belt moderna, anki l-laqgħa msemmija qabel tal-kampanjol u tal-urban, bħala mikrokożmu ta' Malta tal- lum, bil-koeżistenza kumplessa tal-pompa tal-petrol mifgugħa fid-dħahen tal-karozzi mal-każini tal-banda u l-fran sinonimi mar- raħal. Għandha l-essenza ta' innu lil belt bħalm'hi l-kanzunetta Napule È ta' Pino Daniele, l-odi lill-'carta sporca' li hi beltu, u tinżel tassew fil-qiegħ ta' xi tfisser il-konvivenza soċjali fi spazju kulturali u storiku determinat, anki bl-użu tad- djalett li jibda jiskula fil-poeżija kulma jmur li tikber l-intensità tagħha. Cardona wieħed minn dawk li jikteb it, donnu, imma jikteb sew meta tassew ikollu xi jgħid. Poeżija mill-ħajja ta' kuljum, dwar il-ħajja ta' kuljum, għax dik l-unika ħajja li għandna, u jekk tisfida l-'kultura' u l-modi ħżiena kif nużaw dan it-terminu li sikwit isir għelm ta' firda, huwa preċiżament biex ireġġa' l-qawwa tal-espressjoni lura għal fomm u moħħ il-poplu, li jgħixha, anki forsi mingħajr ma jagħraa, ta' kuljum dil-poeżija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023