Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057
17 opinjoni illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 D awn l-aħħar tliet snin kienu kruċjali għal pajjiżna. Kien perjodu politiku sensazzjonali, b'sensiela ta' sfidi massiċċi li żgur ħadd ma seta' kien preparat għalihom, politika li kostantament iżżommok fuq ix-xwiek, u fuq kollox perjodu li kien jeħtieġ politika kuraġġjuża u deċiżjonijiet spediti. Din hija l-magħmudija tan-nar li kellu Robert Abela tliet snin ilu meta ġie elett mexxej tal- Partit Laburista u Prim Ministru ta' pajjiżna. Ngħiduha kif inhi, il-kariga ta' Prim Ministru ma tiġix b'manwal, ma ssibx gwida fuq id-deċiżjonijiet li trid tieħu u hija kariga li min jidħol għaliha jeħtieġ kuraġġ biex jiddeċiedi, umiltà li żżommu viċin in-nies u kapaċità li jibqa' jisma' u jixtarr, pero' wkoll kapaċità li timbotta l-interess nazzjonali filwaqt li ssib bilanċ delikat. Robert Abela kellu quddiemu sfidi kbar tista' tgħid minn dakinhar tal-ħatra, u ried jadatta fi żmien tant qasir. L-ewwel ftit jiem ma kinux faċli żgur għaliex apparti li kellu jidħol fiż-żarbun kbir tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, fl- istess ħin kellu jaffaċċja t-taqlib intern fil-Partit Laburista u kif ukoll il-klima politika diffiċli f 'pajjiżna minħabbi r-riżenji ta' membri tal-Gvern li konna għadna kemm għaddejna minnhom. Pero' l-Prim Ministru wera' mill-ewwel li kien ser ikun determinanti f 'dan il-perjodu bid-deċiżjonijiet importanti li ħa, u nemmen li dan kien wieħed mill-akbar impatti li ħalla l-Prim Ministru Abela fuq pajjiżna sa' mill-ewwel ġurnata. Il-fatt li reġġa' lill-pajjiż lura għan-normalità politika ħalla impatt ukoll barra minn xtutna, u dan nixhdu jien li bħala Membru Parlamentari Ewropew bosta kollegi li kienu qegħdin isegwu din il-bidla, bdew javviċinawni u stajt nara r-reazzjonijiet pożittivi għall- ħidma kbira li kien qed iwettaq. L-ebda deċiżjoni ma kienet faċli, u kien hemm każijiet fejn f 'pajjiżna u anke internament fil-Partit Laburista xi deċiżjonijiet forsi mhux dejjem kienu qed jiġu milqugħa mill- ewwel, pero' ż-żmien ta raġun lill-Prim Ministru. Din is-sitwazzjoni kienet diġa' diffiċli minnha nnifisha, aħseb u ara jekk iżżid fil-borma sfidi oħra bħal dik tal-pandemija li ħadet ħafna mill-enerġija tal- politika globali. Sitwazzjoni bla preċedent li ħadd ma kien preparat għaliha, pero' b'sensiela ta' deċiżjonijiet f 'waqthom u kuraġġjużi, pajjiżna kien minn ta' quddiem biex irnexxielu jilħaq l-immunità tal-massa u jżomm lill-poplu sikur, filwaqt li baqa' jsostni l-ekonomija ta' pajjiżna u uża l-ġid li ġġenera l-Gvern Laburista mill-2013 'il quddiem biex għamel mini budgets, wage supplement u bosta miżuri biex żamm lill-familji u lin- negozji tagħna fil-wiċċ. Din il- pandemija ħalliet Prim Ministri u gvernjiet ta' pajjiżi ħafna akbar minn tagħna perplessi u mitlufin, imma aħna kellna Gvern li proteġiena u wassalna biex noħorġu minnha bl-inqas ħsara possibbli. Nemmen li f 'dan l-episodju ħareġ l-aqwa element tal- Prim Ministru, karatteristika essenzjali għal din il-kariga, il- fatt li kien kapaċi jmexxi u mhux isegwi, jisma' u jixtarr imma mbagħad jieħu d-deċiżjonijiet. Kellek ukoll l-isfida li pajjiżna tpoġġa fuq il-lista l-griża, iżda għal darb'oħra, il-ħidma li wettaq il-Gvern rat lil pajjiżna jitneħħa minn fuq il-lista fi żmien rekord. It-tmexxija tal-Prim Ministru kienet strumentali biex bħala pajjiż warrabna elementi ta' suppervja u twetqet il-ħidma u l-bidla li kien hemm bżonn. Bl-istess mod, pajjiżna reġa' gawda mit- tmexxija kuraġġjuża tal-Prim Ministru matul din l-aħħar sena, bi gwerra fuq l-għatba tal- Unjoni Ewropea, impatt politiku u ekonomiku ferm negattiv, mhux l-anqas ukoll fuq is-settur tal-enerġija, u xorta waħda pajjiżna kien kapaċi jibqa' jsostni lill-familji u n-negozji, żamm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli u ta l-imbuttatura ekonomika li kien hemm bżonn biex nibqgħu għaddejjin f 'dan iż-żmien ta' kriżi. Fl-Unjoni Ewropea f 'dan l-aħħar snin għandna fenominu ta' nuqqas ta' tmexxija politika u responsabbiltà fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, u nemmen li f 'dan l-isfond, it-tmexxija tal-Prim Ministru Abela għandha tkun ferm aktar apprezzata. Żgur li kulħadd jirrikonoxxi x-xogħol kbir u t-tmexxija għaqlija u kuraġġjuża tal-Prim Ministru, u żgur li ma kienx b'kumbinazzjoni li fl-elezzjoni ta' Marzu 2022, pajjiżna ta fiduċja kbira lill-Gvern Laburista biex ikompli jmexxi lil dan il-pajjiż. Kulħadd kapaċi jikkummenta u jagħti l-opinjoni tiegħu, u fi żmien ta' kriżi, jew ħafna drabi wara li jkun għadda kollox, issib ħafna nies li jipprovaw juru kemm huma bravi u jgħidu x'jaħsbu. Dak ma jiswa xejn, għaliex meta tasal biex tieħu r-responsabbilta' tad-deċiżjoni u tħoss it-toqol tkun taf persuna x'tiswa. Nemmen li wara tliet snin ngħumu f 'baħar imqalleb u maltempati bla preċedent, il-kuraġġ u l-abbiltà li jieħu d-deċiżjonijiet f 'waqthom huma l-aktar żewġ karatteristiċi importanti u li jiddistingwu lill- Prim Ministru Abela. Robert Abela: Tliet snin ta' deċiżjonijiet kuraġġjużi għal pajjiżna Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba