Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 hemm kor ta' kritika. il-Gvern ta' Abela? magħluqin u bla dħul qajla setgħu jħallsu pagi. Dan apparti ħlas tal-kirjiet, moratorji fuq is-self, tnaqqis fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma għan- negozji u l-famużi vouchers tal- €100 li ħarġu darbtejn u li ħafna negozji speċjalment fil-bejgħ bl- imnut u t-turiżmu jirrikonoxxu illi kienu kruċjali biex jitqajjem il-kummerċ u l-konsum, fi żmien fejn dawn ħadu daqqa liema bħalha. Kollox ma' kollox, anke l-proċess ta rkupru ekonomiku kien wieħed pjuttost tajjeb, speċjalment fil-qasam turistiku li qed jara n-numri resqin b'mod pjuttost spedit lejn dawk tal-2019. Gwerra kien jonqos! U jekk il-pandemija kienet uġigħ ta' ras, ħadd ma stenna li fil-mument illi pajjiżna - bħad- dinja - kien qed jirkupra sew mid- daqqa tal-pandemija se tqum gwerra wara bieb l-UE, li l-UE se tkun qed tidħlilha bil-kbir u li se timpatta bil-qawwi l-provvista tal-ikel u l-enerġija u allura l-prezzijiet ta' dawn. Dan flimkien ma' prezzijiet tal-qmuħ u l-ġwież li kienu diġà qed jogħlew u l-prezz ta' trasportazzjoni, li minnu pajjiż bħal tagħna tant jiddependi. L-inflazzjoni laħqet livelli rekord tant li l-Gvern ma kellux wisq għażla ħlief li jerġa' jippompja l-miljuni, ma' dawk li kien diġà ppompja waqt il-pandemija. Fil- fatt il-Gvern ħareġ €600 miljun is- sena l-oħra u se jerġa' joħroġhom din is-sena (total ta' €1.2 biljun) biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil- prezz tal-enerġija biex b'hekk ma jogħlewx il-kontijiet. Dan huwa pass li - bħal dak tal- Wage Supplement - intlaqa' tajjeb ħafna, speċjalment mill-unjins, hekk kif qed jilqa' għal żieda konsiderevoli propju fil-mument li l-ekonomija kienet bdiet tistejqer. Iktar minn hekk iżda, għolew ħafna wkoll il-prezzijiet ta' prodotti tal-ikel: Mill-ħobż sat- tiġieġ, sal-laħam li fil-fatt għola ħafna. Dan wassal biex kien hemm mewġa ta' żidiet fi prattikament kollox, minn servizzi ta' sbuħija, sa qata' xagħar, sa membership f 'xi gym, sal-prezzijiet ta' oġġetti tad-dar, kollox bl-iskuża ta' "kollox qed jogħla." Din l-isfida kienet u għadha xi it ta' uġigħ ta' ras hekk kif inflazzjoni għolja għal tul ta' żmien tista' twassal biex jitnaqqar aktar id-dħul disponibbli tal-ħaddiema, il-familji u l-pensjonanti u b'konsegwenza li r-rota ekonomika ddur ħafna iktar bil-mod. Dan apparti lsi n-nies li huma fix-xifer tal-faqar, litteralment jidħlu fil- periklu li jispiċċaw materjalment deprivati u allura neqsin minn dak li huwa saħansitra bażiku. L-isfida tal-Bejgħ tal-Passaporti U la qed nitkellmu fuq il-flus ma nistgħux ma nsemmux illi f 'dawn it-tliet snin il-Gvern ta' Abela kellu jibda jiffaċċja l-eqqel sfida li tirrigwarda l-bejgħ tal-passaporti u li jfisser miljuni fi flus għall- pajjiż li jistgħu jintilfu. Rapport fuq e Times fil-fatt kien indika li l-Gvern diġà qed jesplora setturi u inizzjattivi differenti biex jagħmel tajjeb għal nuqqas fi dħul jekk il- programm ta' ċittadinanza jkollu jingħata l-ġenb. Nhar id-29 ta Settembru 2022 il- Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lil Malta quddiem il- Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-iskema taċ-ċittadinanza b'investiment tagħha. Il-Kummissjoni fakkret illi tqis li l-għoti taċ-ċittadinanza tal- UE bħala kumpens għal pagamenti jew investimenti predeterminati "mingħajr ebda rabta ġenwina mal-Istat Membru kkonċernat mhuwiex kompatibbli mal- prinċipju tal-kooperazzjoni leali." Il-Gvern qed jisħaq li se jiġġieled l-argument tiegħu quddiem il- Qorti Ewropea u li se jaċċetta l-verdett. L-isfida politika fi ħdan il-Partit Laburista stess U finalment dawn it-tliet snin offrew sfida kbira lil Robert Abela biex jafferma l-awtorità tiegħu fuq il-Partit Laburista stess. Abela ma ħariġx minn vakuum. Ġie wara Mexxej Laburista li kien maħbub ħafna u li t-tluq tiegħu mill-kariga u ċ-ċirkostanzi li wasslu għal din ir-riżenja kienu meqjusin bħala xi ħaġa li weġġgħet, irrabjat u dejqet ħafna lill-għeruq tal-partit. Għalhekk Abela kellu ħafna vojt x'jimla' u naturalment il-fatt li minn meta kien elett sal-ewwel opportunità ta' elezzjoni kien hemm sentejn, dan kien ifisser illi mingħajr mandat ma setax jafferma l-awtorità tiegħu. Irnexxielu? Ir-riżultat elettorali tal- aħħar elezzjoni wera' li Abela - tħobbu jew tobgħodu - mhux avversarju politiku li għandu jkun issottovalutat. Minkejja kull tbassir il-kontra, mhux talli l-Partit Laburista taħt Abela ma naqqasx id-distakk - minkejja leġiżlatura mqallba - talli żied id-distakk biex dik tal-2022 kienet l-akbar rebħa li qatt kiseb partit politiku mill- Indipendenza lil hawn. B'maġġoranza ta' 39,500 vot Abela rrijaferma l-awtorità tiegħu fuq il-partit u l-Gvern, rebaħ l-isfida li jaqbeż lill-predeċessur fid-daqs tar-rebħa u qatel kull tip ta' dubji jew imminar li seta' kien hemm lejn l-awtorità tiegħu bħala mexxej. B'Oppożizzjoni li ma tantx jidher li qed taqbad art u Kap tal- PN li jibqa' lura ħafna f 'termini ta' fiduċja, sondaġġ wara ieħor, Robert Abela ma tantx għandu avversarju qawwi x'jiffaċċja għaż- żmien li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023