Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Għaliex? M inn ewl il-ħolqien, ir-ruħ tirreżisti l-uġigħ. Il-ħajja taf tieħu xejra ta' diżillużjoni, mismugħa mill- maltemp. Dinja umana, taf tieħu aspett ta' infern. Il-futur donnu jidher biss passaġġ għat- triq tad-diżintegrazzjoni. Minn ewl il-ħolqien l-emozzjonijiet jibqgħu preżenti fil-ħajja ta' kulħadd. Dawn huma opportunità għat- tkabbir u t-titjieb tal-personalita b'mod ħolistiku. Madanakollu hemm emozzjonijiet li jaffettwaw b' mod negattiv lil xi wħud. Spiss l-uġigħ jaf ikun inspjegabbli, għax il-qalb muġugħa ħadd ma jista' jfissirha għajr l-imġarrab. Xi drabi mhux faċli ssolvi l-isfida, liema sfida ma tissolviex kemm iddawwar il-paġna. Jiġu mumenti fejn ikollok tbiddel il-ktieb. Jiġu mumenti fejn tirrealizza li xi bnedmin jistgħu jibqgħu f 'qalbek imma mhux madwarek. 'Il bogħod mill-għajn biex ngħix f 'ġenna tal-art. Għax donnu xi wħud għandhom don li jindunaw bid-dwejjaq u l-uġigħ tiegħek, imma ma jgħidulek xejn. Għal kuntrarju ta' meta jinnotaw l-iżbalji tiegħek. Fl-iżbalji, jogħxew isemmulek bid-dettalji kollha, kull darba li tiġihom opportunità. Donnhom kuntenti bid-disfatta li ġarrabt. Ma nistgħux inħallu barra lil dawk li jwasslu messaġġ bis- skiet assolut. Dan is-skiet hu sinonimu max-xbieha tal-mewt. Imma x' hemm wara dan kollu? Għaliex noħolqu din id-dieqa u r-rimors? Infakkru fi ġrajjiet umani li wasslu għal fatalitajiet. Ġrajjiet li ssarfu f 'kliem li jżarżar, f ' waqtiet li nqalbu f 'esperjenzi tqal, li jafu jinqabdu meta jkun tard wisq. L-għejja bdiet tagħmel tagħha anki jekk b' saħħtek daqs bagħal. Tħossok patata ġo xkora patata. Jittieħed for granted il-bieżel. Mhux talli ma tintwera' l-ebda gratitudni lejh, għal kuntrarju ssir ħidma organizzata biex jiżżarma. Li kieku jien ir-ras tal-ħuta, lil bieżel nimbuttah, biex ħaddieħor jitħajjar minnu. Imma xi drabi l-ħuta minn rasha tinten u dak li kien qabel, jibqa' rutina. Bħalma jibqa' jittieħed for granted ix-xogħol li jsir id-dar. Forsi bit-trobbija tal-fsied ma tista' qatt tirrealizza x-xogħol bla tarf li jsir fid-dar. Illum li ħadd post ommi, nifhem xi ftit dan ix-xogħol bla vaganzi, bla sick leave, bla bonus. Hemm lista ta' bnedmin jittieħdu for granted fosthom il-kennies, li ħadd ma joħlom jieħu xogħlu. Saħansitra tittieħed for granted l-Ewkaristija minn dawk li bi drawwa, saqajhom weħidhom jafu jsibu l-bieb tal-knisja. Li tieħu lil xi ħadd for granted, qisek qed tagħti n-nar lil darek stess biex toqtol far. Ma nifhmux li aħna bżonn xulxin u wieħed ma jistax jgħaddi mingħajr l-ieħor. Waħdi biss irrid nimxi dit- triq. Waħdi wkoll ninduna bl-għajn tal-ħabi, b'fawwara ta' diżonestà, bil-logħob tal-kliem u l-gideb. Hemm waqtiet jafu jkunu iebsa, iżda nibqa' nittama li nasal. Anki jekk ma nasalx, ma nistax ngħid li ma pruvajtx. Sodisfatt li kull pass li għamilt kien tassew mistħoqq u mbierek. Xi wħud jikkunslaw bil-fatt li d-dinja minn dejjem hekk kienet u jispiċċaw jaċċettaw kull sitwazzjoni. Oħrajn mhumiex lesti jitgħanqu mal-martirju. Triq iebsa, speċjalment tkun imdawwar b' nies bla għadam. Iva jeżistu bnedmin li jemmnu bis-sħiħ li huma midluka biż-żejt ifuħ, bis-setgħa kollha li jqaċċtu, jwarrbu, jkissru, u jieħduha ma' dawk li jarawhom bla grazzja, bħal niskata melħ. Fi ktieb ta' analoġija ispirata minn filosofija Induista, l-awtur ixebbaħ għasfur f 'gaġġa, liema għasfur li għandu l-potenzjal li jtir. Ixebbaħ l-għasfur mar-ruħ u l-gaġġa mal-persuna maqbuda. "We are neglecting our real comfort and identifying the material cage with ourselves." L-ebda soċjetà ma kienet kapaċi tneħħi l-uġigħ. L-ebda sistema politika. Ħadd ma wasal jeħlisna mill-uġigħ tal-ħajja. Hija l-kundizzjoni umana li tidderiġi l-kundizzjoni soċjali, mhux bil-maqlub. Li ktibt kollu verità u dan kollu ma jinbidilx billi tinjorah. Ivan Bartolo huwa Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023