Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491151

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 analiżi Intriċċi, sess u flus... Il-Mafja Maltija Min hu Big Frank Mifsud? Kif bnewh l-imperu mafjuż f'Soho, il-Maltin? U għaliex kellu jitkisser iċ-ċirku ta' korrotti Maltin biex tissolva l-problema ta' tixħim fi Scotland Yard? Ħafna mill-ġrajjiet tal-Maltin f 'Soho, meta parti kbira mill- industrija tas-sess hemm kienet maħkuma minn intraprenditur Malti - 'Big Frank' Mifsud - rari ngħataw l-attenzjoni xierqa minn rakkontaturi tal-istejjer u ġurnalisti f 'Malta. Fil-fatt l-istejjer aneddotali ta' spiss qishom 'ċċelebraw' l-avventuri ta dawn il-pirati li f 'Londra sabu dar u, għal mill-inqas 15 sa 20 sena, ħadu kontroll ta' parti sostanjzali tal-kriminalità marbuta mal-vizzju. Ħafna kittieba tal-ġeneru true crime bilkemm ittantaw immissu mas-suġġett. Il-kotba fuq il-gangland ta' Londra, ta' spiss kemm ikollhom kapitolu wieħed biss iddedikat għal sħubija kriminali ta' Mifsud mal- mobster Lhudi Bernie Silver. Iżda l-ebda ktieb ieħor għadu ma indirizza direttament il- qawwa kollha tal-hekk-imsejjaħ 'Maltese Syndicate' ta' Mifsud, il- vjolenza użata biex tikkontrolla n-negozju tal-Maltin li kienu jaqgħu taħtu, ir-regħba tiegħu għall-proprjetà f 'Soho u l-irwol li s-Sindikat kellu fil-qtil, il-bombi, tixħim u theddid ta' pulizija, xhieda u Maltin. 'Passport To Vice' huwa l-ewwel pubblikazzjoni li toffri l-istorja tas-Sindikat, ktieb li jagħti dettalji dwar Frank Mifsud bħala kap ta' din l-organizzazzjoni, ir- relazzjonijiet tiegħu mal-Maltin li ħadmu għalih, dettalji ppubblikati għall-ewwel darba mill-arkivji tal-pulizija Ingliżi u Maltin u komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f 'Malta, kif ukoll ix-xhieda li taw dawn in-nies stess lill-pulizija dak iż-żmien. B'dokumenti mill-arkivji, 1,000 storja mill-istampa Brittanika mis-snin tletin sas-snin tmenin, u intervisti mas-superstiti tal-era, Vella jittraċċa l-oriġini ta' dawn il-Maltin mill-għeruq ta' din l-industrja qalb il-familja Messina, il-baħrin Maltin fuq il-baċiri ta' Cardiff, u l-evoluzzjoni gradwali tas-Syndicate hekk kif imxiet mill- East End għal Soho. Ftit mill-kotba dwar il- ganglands ta' Londra jiddedikaw spazji għall-Maltin ta' Soho "Ridt nikteb ktieb li, fundamentalment, jindirizza l-għatx ta' qarrej Malti għal narrattiva storika dwar il-Malti ta' Soho," qal Vella, li jiddeskrivi xogħlu ta' ġurnalist bħala wieħed "ibbażat strettament fuq fatti biss". "Hemm ħafna 'leġġendi' f 'ħafna kotba tal-gangland ta' Londra, u it minnhom jiddedikaw aktar minn kapitlu wieħed dwar il-Maltin. Ridt nikteb ktieb li huwa purament dwar il-Maltin f 'Soho, ridt inwettaq l-aktar stħarriġ estensiv possibbli ta' gazzetti minn dak iż-żmien, u nfittex iżjed evidenza ta' dawn il- ġrajjiet b'riċerka storika tal-arkivji, kif ukoll intervisti personali," jgħid Vella, li qatta' aktar minn tliet snin jirriċerka. "Ma naħsibx li per eżempju kellna l-istorja kbira dwar il-qtil ta' Tommy Smithson fl-1956, il-kontroll ta' Frank Mifsud fuq l-irġiel li kienu jaħdmulu, il- firebombs fis-snin sittin, it-tixħim tax-xhieda u tal-pulizija, l-attentat ta' qtil ta' George Caruana u anke r-relazzjonijiet li l-Maltin kellhom mal-Krays." 'Ridt inwassal naħa oħra ta' Mifsud... Il-familja ma' riditx' Il-ktieb xejn ma niżel sew mal- qraba ta' Mifsud. Vella fil-fatt diġà rċieva cease-and-desist letter mingħand l-avukat li jirrapreżenta membru tal-familja Mifsud, li talab biex il-ktieb ma joħroġx għax qalu li jkun "ta' ħsara għall-qraba tal-mejjet Mifsud" li miet fi 92 Raheny, f 'Dublin, fejn kien jgħix meta ma kienx ikun Malta. "Jien ridt inwassal naħa oħra ta' Mifsud, dak bħala raġel tal-familja, imma l-familja ma' riditx. Wieħed jista' biss joqgħod fuq ir-riċerka storika." Vella jgħid li din l-istampa ta' Mifsud hija allura ta' raġel immotivat mir-regħba, vjolenza, u dejjem intiż li jdawwar il-liġi favurih bis-saħħa tal-flus. Dawk li kienu jafuh dak iż-żmien, u li tkellmu mal-ġurnalist, jaqblu. "Anke jekk tieħu d-dikjarazzjonijiet li l-Maltin stess taw lill-pulizija u lill-Ispettur Bert Wickstead fl-1973, meta l-pulizija kellhom ikissru l-ħakma tal- Maltin minħabba l-korruzzjoni tal-pulizija Ingliża, issibha diffiċli li ma taqbilx mal-fehma li Mifsud u Silver kienu ffurmaw maa klassika, għalkemm b'pedamenti dgħajfa." Vella jgħid li ħafna informers Maltin isibuha diffiċli li jkollhom l-ismijiet tagħhom pubbliċizzati. "Nies bħal iben il- miljunarju ta' Soho, Paul Raymond, jew l-ispettur tal- pulizija rtirat John Lewis, jagħtu rendikont ta' dan iż-żmien pjuttost ddokumentat tajjeb ta' kriminalità, li jien naħseb qatt ma ngħata t-trattament xieraq tiegħu, s'issa. Is-sidien tal-klabbs Maltin tal- era jridu madankollu jpoġġu dak iż-żmien warajhom, u jippreferu l-anonimità." Fir-riċerka tiegħu, Vella jirrintraċċa l-istorja ta' klassi kriminali Maltija li kienet tinnegozja esklussivament fil-prostituzzjoni, b'sistema organizzata ħafna ta' tixħim tal- pulizija u tal-akkwist ta' proprjetà. "Sa tmiem is-snin sebgħin, nies bħal Mifsud kienu saru sinjuruni. U anke wara s-70ijiet, żammew xi forma ta' kontroll fuq il-proprjetajiet tagħhom f 'Soho permezz tal-użu ta' kumpaniji offshore u avukati. Fis-60ijiet rnexxielhom jaħarbu mill-liġi grazzi għax-xhieda li kienu jxaħħmu. Min-naħa l-oħra, il- pulizija ta' Londra wara s-70ijiet kienu kuntenti li 'keċċew' lill- Maltin, għax l-industrija tal-vizzji li kienu jmexxu kienet qed twassal għall-korruzzjoni fil-Pulizija saħansitra sal-ogħla gradi." Filwaqt li l-aħwa traffikanti tan- nisa Messina, familja Maltija minn Sqallija, setgħu jgawdu l-aċċess li kienet tagħtihom iċ-ċittadinanza Brittanika biex jibnu l-imperu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023