Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491151

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

'Il-qalb tat-tarbija waqfet tħabbat'... 06 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum ANTHEA CACHIA Immaġinak tinsab f 'din is- sitwazzjoni. Sirt taf li int tqila għall-ewwel darba, wara żmien toħlom li xi darba se jkollok familja. Jgħaddu ġimgħat u kollox sejjer tajjeb iżda darba fost l-oħrajn tmur għand il- ġinekologu u jgħidlek, "il-qalb tat-tarbija waqfet tħabbat." Jitolbuk tistenna it sakemm ġismek jinduna u eventwalment, meta l-agħar ħolma tiegħek taraha sseħħ quddiem għajnejk, tmur l-isptar. L-għajnuna hi eċċezzjonali u l-qwiebel u t-tobba huma taz- zokkor, tant li jibku miegħek għat- telfa li ġarrabt. Minkejja dan meta jasal biex toħroġ mill-bieb tal- Isptar ituk leaflet, issa x'se jiġri? Din mhux xi xena minn film, iżda esperjenza li diversi nisa għaddew minnha. Inkluż Maxine Attard, attriċi sinonima fit-teatru, play practitioner u membru tal- ġurija fl-Xfactor Malta. Minkejja li llum tinsab it ġimgħat 'l bogħod mit-twelid tat-tarbija tagħha, Attard taqsam l-istorja tagħha mal- ILLUM dwar meta tilfet l-ewwel tarbija tagħha u l-għajnuna psikoloġika li kellha bżonn. 'Kien hemm silenzju kbir fil- kamra. Kont naf x'ġara' Attard irrakkontat mal-ILLUM li hi u r-raġel tagħha kienu għadhom kif iżżewwġu u kienu ippjanaw li jkollhom tarbija. Fil-fatt kienu ħerqana ħafna meta saru jafu li qed jistennew tarbija fl-aħħar tal-2021. Minkejja dan, għażlet li tħabbar pubblikament l-aħbar ta' din it-tqala wara li jgħaddi l-ewwel trimester, jiġifieri wara l-ewwel tliet xhur (12-il ġimgħa). Attard tisħaq li din hija xi ħaġa normali li jagħmlu koppji li jiskopru li se jkollhom tarbija, bħala prekawzjoni f 'każ ta' kumplikazzjonijiet fit- tqala, speċjalment għal dawk li se jkollhom l-ewwel tarbija. "Kellna l-ewwel ultrasound fis- seba' ġimgħa tat-tqala u kollox mar tajjeb. Kien hemm qalb tħabbat," qalet Attard. Hija spjegat li ma' kull ultrasound kienet tħoss ansjetà u biża' kbira, biża' li kien se jirriżulta f 'xi ħaġa ħażina. Qalbha ħebbritha għal dak li kellu jiġri fit-tieni ultrasound, meta t-tabib infurmaha li l-qalb waqfet tħabbat u t-tarbija waqfet tikber. "Kien hemm is-silenzju fil- kamra u ndunajt mal-ewwel. Rajt lill-fetu fuq il-monitor, iżda indunajt li ma kinx kiber" qalet Attard. Hija spjegat li kull każ ta' korriment huwa differenti u fil- każ tagħha hija kellha 'missed miscarriage', jiġifieri meta l-qalb tal-fetu tieqaf tħabbat iżda l-ġisem ma ndunax u assuma li għad hemm tqala normali. Meta semgħet dan, moħħha beda jiġri biha li kien se jkollha tagħmel D&C, proċedura kirurġika biex tbattal l-utru. "Ma kien xejn minn dan. Sempliċiment qaluli, mur id-dar u stenna li ġismek jirreaġixxi waħdu. Jekk le, ikolli mmur l-Isptar u għalija dik kissritni," qalet Attard. Hija iddeskriviet dawn il-jiem ta' stennija bħala "tortura" u li, minkejja l-biża', xtaqet li skedat id-D&C u mhux toqgħod tistenna minn ħin għall-ieħor filwaqt taħseb dwar dak li kienet se tgħaddi minnu. "Kont id-dar naf li għandi fetu mejjet ġo fija. Il-baby tiegħi. Kelli ħafna ansjetà kull darba li mmur fil-kamra tal-banju u jien għamilt l-iżball li ma staqsejtx għal aktar informazzjoni għax ridt naħrab mill-kamra, dakinhar li sirt naf," kompliet Attard. Sfortunatament għall-koppja Attard, dan kollu ġara waqt pandemija globali u għaldaqstant meta marret l-emerġenza, kellha tistenna waħedha. Hija irrimarkat li dak iż-żmien kien hemm influss ta' nies u għaldaqstant, bilfors li kellha tistenna fit-tul. Hija qalet ukoll li marret l-Isptar mal-ewwel sinjali li kellha u għaldaqstant bdiet tkorri fi triqitha lejn l-Isptar u fil-kamra tal-istennija, waħedha. Faħħret qatigħ il-ħidma tal- infermiera u tal-qwiebel fil-ward. "Rajthom bħala anġli. Għenuni ħafna, anke għax ma kontx waħdi. L-għada stajt immur id-dar." 'Tawni leaflet. Għaddejt minn dan kollu u daqshekk?' Din il-gazzetta tfakkarha f 'dak li irraportat l-ILLUM il-ġimgħa l-oħra, jiġifieri li Fundatriċi tal- Fondazzjoni tal-Women for Women Francesca Fenech Conti qalet li diversi ommijiet ħassew li ma ngħatawx biżżejjed sostenn meta korrew. Għal dan Attard qalet li l-infermiera u l-qwiebel dejjem għenuha, tant li anke huma jħossu għall-ġenituri li jitilfu lill-uliedhom. Madankollu qalet li malli kienet ħierġa mill-Isptar, ingħatat leaflet u dan għaliha ma kienx biżżejjed. L-istess bħalma qalu ommijiet oħra ma Fenech Conti. "Ingħatajt leaflet bl- informazzjoni dwar il-korriment. Għaddejt minn dan kollu u daqshekk? Ħassejt sens ta' insensittività," żiedet Attard. Kompliet tispjega li lanqas telefonata ma rċeviet biex tiġi mistoqsija kif inhi mentalment u fiżikament. Qalet ukoll li filwaqt li hija korriet fil-bidu tat-tqala, l-esperjenza tagħha hija valida wkoll. "Ħajtek tinqaleb mil-lejl għan-nhar meta ssir taf li tli it- tarbija, irrispettivament kemm tkun avvanzata t-tqala." Apparti minn hekk hija temmen Minn ferħ kbir meta ssir taf li qed tistenna tarbija għal niket kbir meta ssir taf li tliftha. X'sostenn qed jingħata lil dawk l-ommijiet li kellhom korriment? L-ILLUM titkellem mal-attriċi u omm Maxine Attard u mal- Professur Jean Calleja Agius... Maxine Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023