Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491151

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kotba illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 Il-logħba insidjuża tat-tifkiriet, li taslilna bil-biċċiet anki skont dak li mingħalina nagħżlu li nżommu f'moħħna, taf tqarraq u x'aktarx dejjem tirbħilna. Mark Vella jaqra Strada Stretta ta' Joe Julian Farrugia u jara fiex qegħdin fil-partita bejn l-immaġinazzjoni u r-realtà. kas, ir-rwol fil-konċezzjoni soċjali tal-preżenza tal-baħrin Ingliżi u Amerikani, u l-persistenza tal-ekonomija midjuna għal kolonja fortizza. Imma dawn jafu huma suġġeriment li jaslu wara, u mingħajr neċessarjament l-intenzjoni jew il-medjazzjoni deliberata tal-awtur. Għall-ġeneru li hu, hemm biżżejjed biex il-karattri jingħataw psikoloġija essenzjali, imqar bħala tipi imma qatt bħala karikatura, u anki d-deskrizzjonijiet tal- ambjenti, segwaċi tat-tradizzjoni buzzettistika għanja tagħna, jagħtu pinzellata suffiċjenti, mhux biss biex ipinġu l-isfond tal-palk imma anki biex jagħtu s-sens tad-dinja, speċjalment soċjali, li dieħel fiha l-qarrej u li ssawwar il-karattri u għemilhom. Għajn il-kritiku, bħalma jiġri għal kotba partikolari li nkun kurjuż dwarhom, lil hinn minn kif tħaddem il-mestier imma għall- qagħda tagħhom bħala artefatt kulturali, dejjem tipprova ssib dik l-imma, li l-ġimgħa li għaddiet sejjaħtilha t-'test tad-tidris'. Hija ovvja s-simpatija globali tal-awtur għall-karattri tiegħu, imma qatt ma tinħela f ' x i sentimentaliżmi żejda jew inkella fi stqarrijiet parapropagandistiċi favur mod ta' għajxien jew ieħor. Jaf forsi dan ix-xogħol ried tassew ikun odi għal żmien li għadda u mhux reġa' ġej, imma Farrugia kapaċi jikkontrolla dawn il-ġibidet biex jagħti storja sempliċi iżda onesta. Storja li wkoll tintemm kiebja kif imiss, fid-deżert li kienet għadha Strada Stretta fl-2011. Forsi Farrugia qed jikkontrolla wkoll in- nostalġija għax post magħruf li min jaf kemm nies reġgħu mhumiex jagħrfuh?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023