Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491151
23 films IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum Carmel Bonnici Ix-xogħol mużikali 'Paint Your Wagon' ... Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Issa, niġi għall-istorja (fil- qosor) tal-film tal-1969. Matul dak magħruf bħala l-California Gold Rush (meta folol kbar b'ħerqa kbira marru jfittxu d-deheb), żagħżugħ ifiq minn inċident fejn suppost ġie maqtul, biex skopra li akkwista parti f 'minjiera tad-deheb minn meta Ben Rumson (Lee Marvin), sakranazz ta' reputazzjoni ħażina, imma onorabbli fl-istil tiegħu, beda jħaffer viċin il-qabar ta' ħuh. Ben u Pardner (Clint Eastwood) malajr isiru ħbieb tal-qalb u jissetiljaw fil-belt ġdida ta' No Name City. Wara, Ben jakkwista mara - Elizabeth (Jean Seberg) mixtrija f 'irkant minn wieħed tar-reliġjon Mormon li miżżewweġ b'żewġ nisa - imma jkun Pardner li jsir iħobbha. Iż-żewġt irġiel jiġġieldu għad-dritt li jkunu nobbli magħha, sakemm Elizabeth issolvi l-problema. Hi tgħid li tħobbhom it- tnejn u tipproponi għaqda li tiżżewwiġhom, skont ir- reliġjon tal-Mormoni. L-arranġament - b'raġel wieħed li jkun assenti kull żewġt iljieli - jaħdem perfettament sakemm tasal il- familja rispettabbli Fenton li ġew meħlusa minn karettun li weħel fis-silġ. Biex jevita li jagħti skandlu lil din il-familja Ben jitkeċċa u jgħaddi ħinu jintroduċi liż-żagħżugħ Horton Fenty (Tom Ligon) għall-gosti tan-nisa u x-xorb, filwaqt li jħaffer taħt il-belt ma' Mad Jack Duncan (Ray Walston), sabiex jippruvaw isalvaw dak id-deheb li waqa' fi xquq fl-art tal-ħwienet tad-divertiment. Finalment, din il-belt minfuda minn taħt taqa' żorba u Ben li reġa' rikbu l-vizzju li jiġġerra jitlaq ma' massa kbira ta' nies. Elizabeth u Pardner jiddeċiedu li jibqgħu hemm. Taħt id-direzzjoni ta' Joshua Logan, Paint Your Wagon għandu xeħta pjuttost aħjar u isbaħ milli suppost turi l-istorja billi d-direzzjoni statika kultant qisha minn fuq il-palk tidher bħala serje ta' kartolini b'xenarju panoramiku. Il-uħ tal-film, bil-vaguni għaddejjin minn fuq l-għoljiet u l-pjanuri għat-tiġrija ta' min jilħaq l-ewwel biex ifittex għad- deheb, għandu dehra elaborata b'xenarju lussuż. Il-kanzunetta tal-bidu waqt dan il-moviment qawwi, 'I'm On My Way', tintroduċi film mużikali kaotiku. Matul l-andament insibu diversi "set pieces" tajbin bil-kamera qisha qed tistenna lill- karattri jinġemgħu quddiemha. Lee Marvin jesaġera fir-reċtar meta jkun fis-sakra, bħal ma' għamel f 'Cat Ballou (1965, parti li rebħitu l-Oscar). Hu, flimkien ma' Eastwood u Seberg huma addattati sewwa fl-andament, b'manjiera sovversiva mingħajr qatt ma jirnexxilhom jimbuttaw l-azzjoni. Paint Your Wagon jiddomina l-aktar fil-mużika tiegħu, b'kanzunetti sodisfaċenti ħafna li wieħed aktar jiggustahom jekk jagħlaq għajnejh u jiah widnejh. Harve Presnell bħala Rotten Luck Willie l-lagħbi, jeċċella meta jinterpreta 'ey Call e Wind Maria' f 'xenarju kiesaħ xitwi, bis-siġar tal-prinjol jitbandlu bir-riħ. Lee Marvin, b'leħen maħnuq ikanta il-melankolika 'Wandrin' Star' u jimpressjona, waqt li dawk kantati minn ħafna f 'salt huma l-aħjar tal- film. Tajbin ferm huwa l-grupp tal-mużika country 'e Nitty Gritty Band' bl-orkestrazzjoni ta' Nelson Riddle fil- kanzunetta mgħaġġla 'Hand Me Down at Can Of Beans'. Paint Your Wagon hu film tal-Paramount Pictures, bil-ħin ta' 164 minuta u fih jaħdmu wkoll H. B. Haggerty, John Mitchum, Roy Jenson u Alan Dexter. Xi kurżitajiet dwar dan il-film huma: Waqt il-ġbid ta' dan il-film, l-atturi li jidhru qed jixorbu l-alkoħol, fil-fatt qed jixorbu l-ilma minkejja li Lee Marvin kien ikun dejjem fis-sakra jixrob il-whiskey, anke jekk l-ordni tad-direttur kienet biex ma jagħmilx dan. Il-kanzunetta 'Wandrin' Star' telgħet fl-ogħla post tal- klassifika u saret diska tad- deheb minkejja li Lee Marvin kantaha b'leħen maħnuq. 'Paint Your Wagon' ħareġ f 'perjodu meta l-films mużikali ma kienx għadhom popolari u ma kisibx is-suċċess li xtaqu l-produtturi tiegħu. Lesley Ann Warren u Sally Ann Howes ma ridux jaħdmu l-parti ta' Elizabeth. Kim Novak ukoll ġiet avviċinata. Diana Rigg kienet se taħdem hi din il-parti iżda mardet. L-ewwel tentattiv biex dan il- film jinħadem għaċ-ċinema sar fl-1957 minn Louis B. Mayer, il-President tal-M.G.M. Dan kien ippjanat għaċ-Cinerama (bħal ma ħareġ oriġinarjament il-film 'How e West Was Won') b'kanzunetti ġodda ta' Alan J. Lerner u Arthur Schwerty. Dan il-proġett ġie abbandonat meta Mayer miet. Clint Eastwood kien irrefera għal dan ix-xogħol bħala Cat Ballou II, l-aktar minħabba il- parti simili ta' Lee Marvin bħala sakranazz.