Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
14 kotba IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum Imkejjen, magħrufa u mhumiex Ir-rumanz Malti donnu l-imkejjen jitbiegħed minnhom, sintomu x'aktarx taċ-ċokon tas-soċjetà tagħna li jirnexxilu jliġġem u jillimita l-wisa' tal- esplorazzjoni. Għax ir-rumanz, bħalma joħloq u jibni l-karattri u jfassal in-nisġiet, jivvinta wkoll il-postijiet mill-ġdid. Il- Londra ta' Dickens, nagħtu kas, anki jekk ibbażata fuq dak il- mgħajjex u l-mixhud, mhijiex Londra kollha, jew inkella hija biss parti – immaġinarja/ immaġinata – tar-realtajiet kollha possibbli u plawżibbli tal- belt. Tant hu hekk, li fil-każ ta' Oliver Twist, Dickens stess jirrakkonta kif Jacob's Island, slum magħruf f 'Londra li nebbaħlu l-ġrajja tar- rumanz, sar lok li ġiet iddubitata l-veraċità u l-eżistenza tiegħu waqt dibattitu politiku. Filwaqt li l-Isqof ta' Londra kien talab li ssir riforma f 'dan il-post imsejken, is-sindku kien mingħalih qed jikkuljunah lill-Isqof meta kkontesta li dan il- post ma kienx ħlief xi ħaġa fittizja maħluqa minn Dickens snin qabel. Ġrat għalhekk xi ħaġa stramba fl-immaġinazzjoni kulturali, fejn żona bħal Jacob's Island, bħalma seta' kien il-Mandraġġ minn Ellul Mercer sa Chetcuti, kien magħruf mhux għax mgħajjex, imma għax moqri mill-klassijiet tan-nofs qarrejja fl-inkarnazzjoni letterarja tiegħu iktar milli għaliex tassew eżista. Biex niġu għal Malta, kif konna qed ngħidu, din donnha ma tantx tiġri: l-irħula magħrufa b'isimhom huma tista' tgħid biss sfond folkloristiku, u meta jintużaw mod ieħor, speċjalment bħala lok traġiku, jiġu anonimizzati jew jinħoloq Ħal ġdid li jixbah u ma jixbahx. Magħruf-mhux magħruf, fil-fatt. Min-naħa l-oħra hemm postijiet, it imma sinifikattivi, li reġgħu ġew immaġinati, u hawn tidħol l-analiżi tal-ideoloġija minsuġa fit-test. L-aħħar żvilupp interessanti hu t-tentattiv ta' Mark Camilleri f 'Ġaħan fl-Aqwa Żmien fejn il-Fgura ssir ċentru simboliku għal klassi medja-baxxa li donnha tabita art ta' ħadd b'identità u demografija ġdida anki għall- immaġinarju letterarju. Il-Belt fair game għal kulħadd, fil-fatt il-belt per antonomasja, daqskemm hija belt mod ieħor Paceville li infurmat mhux ħażin għadd ta' xogħlijiet mid-disgħinijet 'il hawn. Bħalma l-Fgura ta' Camilleri hija art fertili għal ħallata ballata ta' soċjetà rapidament qed tinbidel u li tisfida l-kategoriji tradizzjonali, Strada Stretta wkoll bdiet tixgħel l-immaġinazzjoni, anki b'riħet tagħqida ta' nostalġija u mitoloġija li anki tat lok għal inġinerija ta' rivitalizzazzjoni – fit-tipiku intriċċ bejn il-gvern u l-privat, u forsi bil-kompliċità naïve ta' ċertu komunità akkademika-artistika – li issa saret iċ-ċentru għal borġeżija mod ieħor. X'aktarx medju-għolja, alternattiva adulta u sofistikata għal Paceville, ġentrifikata b'mod fejn il-livellament kulturali u d-deżert tal-varjazzjoni fuq it-tema huwa l-perverżjoni tal-proġett tal-għoti tal-ħajja mill-ġdid: l-istess offerta ta' intratteniment, l-istess ikel li donnu l-fużjoni tat-tradizzjonali u l-klassiku riviżitat bl-għażż tattiku tan-negozjant ħali li jgħix minn fuq il-yuppies u x-xabbaturi soċjali ta' żmienna, imħawwar b'dik in- niskata trab abjad bħall-melħ mirxux minn Salt Bae fuq biċċa laħam indurata. Bħalma jgħid Joe Julian Farrugia fl-introduzzjoni qasira tiegħu għal Strada Stretta (KKM 2022), kienu jgħajruk bih jekk kont minn hemm. Għadhom, insomma: jekk qed taqraha dalgħodu l-Ħadd din, fi it sigħat oħra f 'Ta' Qali, se jkun hemm battibekk bejn mijiet ta' garġi maħnuqa dwar il-merti tat-Triq id- Dejqa u Balzunetta, u l-Insinwa jkollha tiaħ il-Ħadd biex issolvi d-dibattitu dwar missirijiet mhux magħrufa u ommijiet mitluba jixhdu u jaħilfu dwar il-paternità dubjuża. Strada Stretta li għal snin weħlet fil-memorja popolari bħala post id-divertiment, il-Paceville ta' żmienna, imma wkoll post il- prostituzzjoni li ovvjament ifisser post l-abbuż. Imma, u ma nafx jekk hux parti minn dal-proġett ta' riġenerazzjoni, l-ilħna ilhom li donnhom qamu biex imansu din l-idea, anki bix-xogħlijiet ta' George Cini, bejn l-istoriku u l-antropoloġiku, li spiss jippruvaw jiċċirkoskrivu l-fenomenu għal parti biss mit-triq u minflok jeżaltaw it- talent, it-tbaħrid, u t-taħlit tal-jiem glorjużi u, bix-xieraq, jiflu aktar mument importanti tal-istorja soċjali Maltija. Mhuwiex kompitu tiegħi niddubita dawn ir-rendikonti, jew inkella dan it-tentattiv għal mit ġdid, anki għaliex hemm lok anki għal riviżitazzjoni responsabbli ta' fama u klixejiet li jistgħu jgiddbu r-realtà, u naqbel li dan meħtieġ ukoll għal Strada Stretta, biss biss biex ma tiħux it-triq tat-twerwir morali li kien qabad Paceville. Madankollu, hemm gradi tal-immaġinazzjoni, anki kif imħaddma mill-awtur, li jafu jiskuntraw mar-realtà materjali u oġġettiva: l-aħħar aħbarijiet juru li dil-belt imqajma mill-ġdid kif xieraq, l-aktar għal dawk daqsi li jiakruha ċappa sewda fejn toqtol u tidfen wara s-sebgħa, jaf qed tieħu triq simili għall-'belt' l-oħra donnha dieħla f 'għabex stramb. Hawn tidħol il-ħila kritika tal- kittieb, anki dak mhux fittizju. Post li jaqa' taħt ħdim mill-ġdid bil- pinna mhuwiex se jibqa' l-istess, dan bilfors, tista' tgħid is-sine qua non ta' kull kitba. U spiss ukoll it-tentattiv tar-riskatt bil-kitba jaf irodd riżultati opposti. F'xogħol Farrugia, ikolli ngħid li nara biżżejjed ekwilibriju biex ngħid li l-ktieb xejn ma jdejjaqni. Minnu li hemm tentattiv ta' glorifikazzjoni nostalġika, anki mnebbaħ mit- tifikiriet personali u tfulin tal-awtur, imma li huwa frisk f 'dan ix-xogħol, li għandu pretensjonijiet popolari u, kif xieraq sejjer tajjeb anki fil- bejgħ, hu li ma jaqa' fl-ebda nassa moralistika, kif ukoll jippreżenta ambjentazzjoni b'realiżmu 'fotografiku' li jaf jissuġġerixxi mingħajr ma jiġġudika. Dan ukoll minħabba li Farrugia jaqbad b'ħila xejra popolari bħalissa fil-fiction madwar id-dinja, u li donnha nqabdet b'kumdità anki Malta, tan-narrattiva ispirata mill- ġrajja vera u ttrattata mill-ġdid mill-awtur letterarju-fittizju. Hija ġrajja tal-barmaids li tassew kienu iktar moħħhom f 'li jisolħu l-flus mill-baħri billi jbellgħulu l-ilma mlewwen, imma hija wkoll il-ġrajja tan-naħa mudlama taħt id-dwal jgħammxu, tant li l-istorja sseħħ fl- 1970 u marbuta mal-każ ċelebri ta' dik is-sena tal-qtil ta' Marija Grech, magħrufa bħala s-Sewda, taħt idejn baħri Ingliż. Farrugia mbagħad idaħħal pulizija novizz fittizju li b'xi mod jiġi implikat f 'dan il-qtil, anki minħabba ċertu kunfidenza li kien rabba ma' din iż-żagħżugħa. In-nisġa faċli m'għandhiex tqarraq. Farrugia jikteb b'ħakma tal-Malti kurrenti u għandu dak l-istil xott, għax ma tiġinix kelma aħjar, li jħalli l-istorja għaddejja mingħajr ma jitfixkel fi kliemu, biex ngħidu hekk. Is-sitwazzjonijiet jafu jagħtu wkoll potenzjal għal riflessjoni lil hinn bħal, nagħtu Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb