Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
17 opinjoni illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari f'isem il-Partit Laburista I l-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Kum- missarju Elisa Ferreira ħabbru b'mod uffiċċjali kif Malta ser tkun qed tonfoq l-akbar allokazzjoni ta' fondi Ewropej li qatt irċiviet, jiġifieri dik relatata mal-programm ta' fondi bejn l-2021 u l-2027. Ma nistax ma ninnutax li fost is-setturi li raw żieda fl- allokazzjoni hemm Għawdex, is-saħħa fiżika u mentali, l-edukazzjoni, it-turiżmu u anke l-agrikoltura u s-sajd. Kollha setturi importanti, u kollha setturi li pajjiżna għad irid jilħaq il-potenzjal tiegħu fihom. Bħala Għawdxija, ninsab kuntenta mmens li Għawdex ser ikompli miexi 'l quddiem permezz ta' dawn il-fondi Ewropej, bħalma għamel tul dawn l-aħħar 10 snin taħt Gvern Laburista. Ċertament li għad għandna aktar fejn inkomplu mexjin 'il quddiem f 'oqsma differenti. Spiss nisimgħu fuq it- tranżizzjoni l-ħadra, u kif din għandha l-għan li tibdel il-mod kif l-ekonomija Ewropea topera. Sabiex il-Green Deal Ewropew u l-pakkett ta' liġijiet u skemi relatati miegħu jkunu ta' suċċess ambjentali u ekonomiku, irridu naraw li l-qalba ambjentali ssir b'tali mod li tgħin lin- negozji jaddattaw u toħloq opportunitajiet ekonomiċi ġodda, anke permezz ta' xogħolijiet ġodda u sostennibbli. F'dan il-proċess kollu, hu importanti li nżommu f 'moħħna n-negozji żgħar u medji li huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija u Ewropea. Huwa għalhekk li bħala Viċi President tal-Grupp SEArica, li hu relatat mal- politika tal-gżejjer u ż-żoni kostali, din il-ġimgħa organizzajt konferenza fil-Parlament Ewropew, fejn iddiskutejna dan kollu, b'enfasi speċifika fuq l-ekonomija l-blu. In-negozji żgħar u medji tagħna rridu naraw li jingħataw dak kollu li għandhom bżonn sabiex mhux biss jadattaw u ma jaqgħux lura fit-tranżizzjoni l-ħadra, u dik diġitali, imma wkoll jibbenefikaw minn opportunitajiet relatati. Ovvjament, l-ekonomija l-blu għandha parti importanti x'tilgħab f 'din it-tranżizzjoni. Meta nitkellmu dwar din l-ekonomija, hemm diversi opportunitajiet li jeżistu fosthom f 'oqsma bħall-enerġija rinovabbli ġġenerata mill-mewġ u l-baħar, l-akwakultura u t-turiżmu kostali. Indubbjament, kollha setturi importanti u li hemm potenzjal fihom. Biex jintlaħaq dan il- potenzjal, pero', hemm bżonn li nindirizzaw diversi ostakli, fosthom in-nuqqas t'għarfien u aċċess għall-finanzjament. Dan apparti l-fatt li ħafna negozji jsibu diffikulta' biex jaraw li jkunu konformi mar-regoli u l-liġijiet li qed jevolvu b'mod kontinwu, xi ħaġa li tista' tiġi indirizzata jekk dawn in-negozji jkollhom aċċess għal konsulenzi jew pjattaformi li jiggwidawhom f 'dan ir-rigward. Aħna u nfasslu l-politika tagħna biex nipprovdu dawn l-għajnuniet, importanti li nżommu f 'moħħna li dawk in-negozji li ġejjin minn gżejjer bħal tagħna, huma affetwati sew mill-insularita' u mill- partikolaritajiet tar-reġjun li jkunu qegħdin fih, imma wkoll min-nuqqas ta' ħiliet biex jilħqu l-potenzjal sħiħ f 'oqsma bħall- ekonomija l-blu. Hawnhekk ma rridux ninsew l-irwol importanti tat-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni. Intant, permezz tal-għajnuna neċessarja, kif ukoll il-ħiliet adegwati, nistgħu naraw li nsaħħu l-irwol tal-SMEs, li jistgħu jkunu muturi tal- innovazzjoni fil-qasam tal- ekonomikja l-blu, anke permezz ta' ħiliet u soluzzjonijiet diġitali. Permezz tal-Programm tad- Deċenju Diġitali, programm li bih irridu naraw li nilħqu diversi miri diġitali sas-sena 2030, l-approċċ Ewropew qed iħares mhux biss lejn il-qasam tekniku, imma wkoll li ngħinu lin-negozji u l-ħaddiema tagħna. Fl-istess ħin, fir-rigward tal-piż amministrattiv relatat mas-servizzi governattivi li lkoll nużaw, inħares 'il quddiem biex inkompli nibni fuq il-ħidma li wettaqt fil-Programm tad- Deċenju Diġitali, permezz tal-ħidma li ġejja fuq il-proposta għall- Att rigward l-Interoperabbiltà. L-għan hu li permezz ta' servizzi interoperabbli, naraw li nnaqsu l-ispejjeż, il-ħin, l-enerġija u l-piż amministrattiv bla bżonn, anke għan-negozji żgħar u medji tagħna. Ninsab ħerqana biex inkompli naħdem favur politika li tgħin lill-ħaddiema u n-negozji tagħna jikbru u jilħqu l-għanijiet tagħhom f 'oqsma importanti, inkluż dawk anqas magħrufa, imma b'potenzjali kbir, anke għal pajjiżna, bħall-ekonomija l-blu. Indawru l-isfidi f'opportunitajiet Josianne Cutajar il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Kummissarju Elisa Ferreira