Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 42% tal-Maltin jgħidu li qed isibu diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-poplu Malti huwa fost l-aktar li jesprimi inkwiet dwar il- faqar u l-esklużjoni soċjali mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-aktar poplu li naqas fl-ottimiżmu ekonomiku, pero' fl-istess ħin huwa l-aktar poplu li jagħti ċertifikat pożittiv lill-miżuri tal-Gvern li jitrattaw l-għoli tal-ħajja. Dan joħroġ minn sondaġġ estensiv tal-Ewrobarometru li kien ippubblikat fl-aħħar ġimgħat u li jara kif il-popli Ewropej qed iħossuhom, hekk kif il- kontinent qed jiffaċċja gwerra, wara xhur ta' diffikultajiet u inċertezza ekonomika kkawżati mill-pandemija. Kienu b'kollox 42% ta' dawk il-Maltin li pparteċipaw f 'dan is- sondaġġ li qalu illi s-sitwazzjoni tad-dħul tal-familja tagħhom hija waħda diffiċli fid-dawl tal-għoli fil-prezzijiet li instigat il-gwerra fl-Ukrajna. Il-kumplament, jew maġġoranza ta' 58% qalu illi qed jgħixu xi it jew wisq komdi, li minkejja li mhux l-ogħla jpoġġi lil pajjiżna mal-grupp tal-aktar pajjiżi fejn il-poplu huwa aktar komdu, milli le minkejja l-għoli tal-ħajja. L-agħar pajjiżi huma dawk li sondaġġ wara ieħor jirriżultaw illi huma l-aktar li għandhom poplu materjalment fqir u l-aktar diżilluż, kemm lejn it-tmexxija f 'pajjiżhom u anke tal-Unjoni Ewropea: Il- Greċja, il-Bulgarija u r-Rumanija. Huma 79% tal-parteċipanti Griegi li qalu illi fid-dawl tal-inflazzjoni qed isibu diffikultà biex ilaħħqu mal-ħajja, persentaġġ li jinżel it għal 75% fost il-Bulgari u 64% fost ir-Rumeni. Fil-gżira ġara tagħna ta' Ċipru dan il-persentaġġ jinżel għal 58%, fi Franza 53% u fi Spanja 45%. L-inqas popli li esprimew diffikultajiet finanzjarji huma l-Isvediżi fejn 13% biss qalu li għandhom diffikultà jlaħħqu mal-ħajja, persentaġġ li jibqa' l-istess fil-pajjiż nordiku l-ieħor tad-Danimarka u jitla' għal 16% fil-Finlandja, pajjiż ieħor fl- Iskandivja - flimkien mal-Olanda bl-istess persentaġġ. Naturalment, is-sondaġġ juri kif dawk li telqu mill-iskola ta' 20 sena jew aktar - u li allura ħadu edukazzjoni terzjarja - huma ħafna aktar komdi, b'69% - meta mqabblin ma dawk li spiċċaw b'edukazzjoni post-sekondarja (47%) u dawk b'livell inqas ta' edukazzjoni (39%). B'kollox huma it inqas minn nofs, jew 46%, tal-Ewropej li qalu illi qed jgħixu pjuttost komdi u 36% li qalu li għandhom diffikultajiet. Disgħa fil-mija qalu illi qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar, filwaqt li tmienja fil-mija qalu li qed jgħixu totalment komdi. Il-Maltin huma wkoll pero' wieħed mill-popli aktar inkwetati dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-każ tagħhom jew ta' nies li huma qrib tagħhom, b'90%. Il-medja tal- UE hija ta' 82%, bl-aktar inkwetati mill-ġdid ikunu l-Griegi (97%), il-Portugiżi (95%) u ċ-Ċiprijotti (94%). Fl-Iżvezja, maġġoranza ta' 52% ma humiex inkwetati dwar faqar u esklużjoni soċjali, biex dan huwa l-unika poplu fl-Ewropa fejn il-maġġoranza ma esprimewx tħassib. Ta' min infakkru li fl-Iżvezja - fejn ma hemmx paga minima - il-paga medja hija bejn it-€3,300 u l-€4,000 fix-xahar, li f 'pajjiżna tkun waħda mill-ogħla pagi. U bla wisq sorpriża allura l-Isvediżi huma mill-ġdid fost l-inqas li huma inkwetati dwar ħlas ta' kontijiet fl-aħħar tax-xahar, b'91% jgħidu li kważi qatt ma jkollhom problemi biex iħallsu l-kontijiet. L-istess persentaġġ kien irreġistrat fost id-Daniżi, fejn hawn wkoll l-paga medja hija għolja, anke jekk tant ieħor hija għolja l-ħajja. Fl-Olanda huma 83% li qalu li ma jkollhomx problemi biex iħallsu l-kontijiet. U f 'Malta? F'Malta - fejn il-prezzijiet għoljin tal-enerġija ma humiex riflessi fil- kontijiet minħabba sussidji li qed joħroġ il-Gvern - nofs il-poplu qal li ma jsib ebda diffikultà jħallas il-kontijiet fl-aħħar tax-xahar. Kienu biss 12% li qalu illi jsibu diffikultà. L-uniku pajjiż fejn iktar nies għandhom problemi jħallsu l-kontijiet meta jasal l-aħħar tax-xahar, minn dawk li ma għandhomx, huwa l-Greċja b'35%. 'Il-livell tal-għixien tiegħi diġà naqas'.. Il-Maltin it-tielet l-aktar! Fid-dawl tal-pandemija, il- gwerra u l-inflazzjoni l-parteċipanti kienu mistoqsija liema stqarrija minn tlieta tirrapreżenta l-aktar is-sitwazzjoni tagħhom: Il-livell tal-għixien diġà naqas, il-livell tal- għixien ma naqasx sa issa imma se jonqos u finalment il-livell tal- għixien ma nbidel xejn. B'65% il-Maltin huma t-tielet l-aktar poplu li jemmnu illi l-livell ta' għixien tagħhom diġà tnaqqas fid-dawl tal-fatturi msemmija, u jgħadduna biss hemm iċ-Ċiprijotti b'70% u b'66% jiġu l-Griegi. B'62% il-Franċiżi mhumiex 'il bogħod u lanqas il-Portugiżi b'57%. U mill-ġdid l-Iżvediżi b'24% huma l-inqas poplu li qalu illi l-livell ta' għixien tagħhom naqas diġà, b'maġġoranza ta 47% iżda jgħidu li jistennew illi jonqos fil-futur. Huma 29% li jgħidu illi ma naqasx jew saħansitra għola l-livell tal-għixien tagħhom. Madwar l-Unjoni Ewropea total ta' 46% qalu li l-livell tal-għixien tagħhom naqas diġà filwaqt li 39% qalu li ma naqasx imma jistennew li dan iseħħ matul din is-sena. Huma 14% biss li qalu illi ma naqasx filwaqt li persentaġġ insinjifikanti - hekk kif jaqa' taħt il-marġinu ta' żball - (1%) qalu li l-livell ta' għixien tagħhom saħansitra għola. Is-sondaġġ staqsa wkoll kif in-nies qed iħarsu lejn il-kundizzjonijiet tal-għixien tagħhom għal din is- sena, bi 13% tal-Maltin ottimisti li se jkunu aħjar. Minkejja li dan huwa persentaġġ baxx ħafna, in-numri huma baxxi kullimkien, bl-ogħla persentaġġ fil-fatt ikun dak ta 23% fir-Rumanija. L-ogħla persentaġġ ta' nies li jaraw illi l-kundizzjonijiet tal-għixien tagħhom se jmorru lura huma l-Islovakki (57%), iċ- Ċeki u l-Griegi - it-tnejn b'53% u l-Ġermaniżi u l-Portugiżi, it-tnejn b'49%. Fi kważi kull pajjiż dawk li jaraw il-kundizzjonijiet tal- għixien tagħhom jitjieb naqas, iżda l-Estonja u Malta l-aktar li raw tnaqqis fl-ottimiżmu, b'-17% u -14% rispettivament. L-unika tliet pajjiżi fejn la kienet reġistrata żieda imma lanqas tnaqqis kienu r-Rumanija, l-Ungerija u l-Olanda. Aktar ottimisti mill-Ewropej.... Imma 54% xorta jaraw l-ekonomija sejra lura fl-2023 Minn naħa l-oħra l-Maltin huma fost l-aktar ottimisti fejn jirrigwarda l-ekonomija matul din is-sena, anke jekk fil-fatt maġġoranza assoluta jaraw li matul l-2023 l-ekonomija se tmur għall-agħar. B'19% il- Maltin u r-Rumeni huma l-aktar popli ewropej li qed jaraw titjib ekonomiku, anke jekk 54% tal- Maltin u 50% tar-Rumeni jbassru li l-ekonomija se tmur għall-agħar din is-sena. L-Islovakki u ċ-Ċeki huma l-aktar popli negattivi dwar il- prospetti ekonomiċi matul l-2023 b'72% jaraw l-ekonomija nazzjonali tibqa' tieħu t-triq tan-niżla. L-Olandiżi (69%) u l-Isvediżi (70%) f 'dan il-każ jaqbżuna fil- pessimiżmu ekonomiku. Kollox ma' kollox huma 60% madwar l-UE li għandhom prospetti negattivi ta' fejn se tmur l-ekonomija matul l-2023 bi 11% biss tal-ewropej jaraw titjib ekonomiku immedjat. Għoli tal-ħajja: Il-Maltin bl-akbar approvazzjoni lejn il-Gvern fuq il-miżuri U finalment dwar is-suġġett tal- għoli tal-ħajja - li kif rajna f 'dan l-artiklu huwa parti intrinsika mil-livell tal-għixien - il-Maltin huma l-aktar poplu li jagħti l-approvazzjoni tiegħu lill-Gvern għall-miżuri li ħa u li jitrattaw il- ġlieda kontra r-realtà tal-għoli tal- ħajja. Huma 66% b'kollox dawk li esprimew sodisfazzjon għall- miżuri meħudin u 29% li qalu illi ma humiex kuntenti bil-miżuri tal-Gvern - primarjament miżuri mħabbra fil-baġit, sussidji lil dawk li jimportaw il-qmuħ u sussidji biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil- prezzijiet tal-enerġija, miżura li l-Gvern qal illi se tkun qed tiswa' b'kollox €600 miljun. Warajna hemm il-poplu tal- pajjiż żgħir tal-Lussemburgu fejn l-approvazzjoni għall-miżuri governattivi hija ta' 62% u l-Irlanda b'60%. Minn hemm ir-rata ta' approvazzjoni tinżel għal 46% fid- Danimarka. Il-Griegi u ċ-Ċiprijotti b'79%, l-Islovakki b'82% u l-Estonjani b'81% huma l-aktar popli ewropej li mhumiex sodisfatti bil-miżuri tal- Gvern nazzjonali f 'dak li jirrigwarda għoli tal-ħajja. Sondaġġ tal-Ewrobarometru juri li iktar minn erba' persuni minn kull 10 qed isibu diffikultà jlaħħqu mal-ħajja, minkejja dan il-Maltin l-aktar kuntenti fl-UE bil-miżuri li ħa l-Gvern dwar l-għoli tal-ħajja...