Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491700

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum Art agrikola li tmiss ma' pompa tal-fjuwil eżistenti mhux ser tiġi żviluppata wara li l- Kummissjoni tal- Ippjanar irrifjutat outline application għall-bini ta' ristorant, uffiċini u parkeġġ taħt l-art. L-art agrikola tkopri site area ta' aktar minn 1,000m², u tinsab 'l barra miż-żona tal- iżvilupp f 'Ħal Għaxaq, tul Triq Għar Dalam. Il-Kummissjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qablet mar-rakko- mandazzjoni tad- Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Iżvi- lupp li l-proġett propost ser jirriżulta f 'tifrix ta' żvilupp urban biswit art li bħalissa mhix żviluppata. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-proġett imur kon- tra l-Policy Rurali u l-Gwida tad-Disinn tal- 2014, u l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) li t-tnejn if- ittxu li jipproteġu art agrikola ta' kwalità tajba u jiżguraw li t-teħid tal-art fiż-żona rurali titqies bħala l-aħħar għażla fejn ikun essenzjali għal żvi- lupp sostenibbli. Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li l-iżvilupp propost għandu aċċess dirett minn Triq Għar Dalam, li hija triq distributorja minn Ħal Għaxaq għal Marsaxlokk u Birżebuġia. Dan l-iżvilupp propost ser jiġġenera movimen- ti addizzjonali ta' vetturi li jwasslu għal perikli potenz- jali tat-traffiku u jaffettwaw ħażin il-fluss ħieles u siġur tat-traffiku. L-Awtorità tal- Ippjanar tirrifjuta żvilupp fuq art agrikola f'Ħal Għaxaq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023