Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 Min qatlu lil Lino Cauchi? 'Nofs il-popolazzjoni, inkluż membri jemmnu li dan kien każ daqstant ANTHEA CACHIA Tista' timmaġina li kieku joqtlu lil ħuk, missierek jew ir-raġel tiegħek u sena wara sena tibqa' tistenna l-ġustizzja li ma tasal qatt? Din hija r-realtà kiefra tal-familja ta' Lino Cauchi, li għeb fl-1982 u nstab imbiċċer f 'bir fl-1985. Kellu jkun 41 sena wara l-għejbien tiegħu li l-Qorti iddikjarat li l-Istat, huwa responsabbli talli naqas milli jinvestiga l-għejbien u l-qtil ta' Lino u li baqgħet ma nfetħitx inkjesta Maġisterjali dwar dan l-istess delitt. Minkejja l-kumpens li ngħatat il-familja, dan mhux biżżejjed għal Joe Cauchi, ħu Lino. Fil-fatt f 'intervista ma' din il-gazzetta, it jiem biss wara li nqrat is-sentenza fil-Qorti, Joe tkellem dwar x'qed tistenna l-familja mill-Pulizija issa, x'mar ħażin fl-aħħar 41 sena u s-suspetti tal-familja ta' min seta' qatlu, hekk kif sal-lum, il-qattiel ta' Lino Cauchi għadu qatt ma iffaċċja r-riperkussjonijiet serji ta' għemilu. Piju Camilleri u Lorry Sant... Proprju fuq hekk, l-ILLUM tistaqsi lil Cauchi dwar wieħed mis-suspettati f 'dan il-qtil Piju Camilleri, l-id il-leminija tal-eks Ministru Lorry Sant, li dejjem ċaħad l-involviment tiegħu f 'dan il-qtil. Meta fl-aħħar ġie investigat dwar dawn is-suspetti, ma kien hemm ebda evidenza konkreta kontrih, minkejja r-rakkonti ta' żewġ laqgħat splussivi li għalihom attenda Cauchi u li jingħad li nqatel minħabba il-ehim li ntlaħaq fihom. Fuq hekk, l-ILLUM iddur fuq Joe Cauchi u tistaqsih jekk jaħsibx li dawn l-istess suspettati, kellhomx interess li dan il-każ ma jiġix solvut u fuq kollox jekk jemminx li dawn l-istess persuni għandhomx jerġgħu jiġu investigati, mill-ġdid. "Is-suspett hemm qiegħed. Is-suspett qawwi huwa li kien hemm min qed ifixkel li jsiru l-investigazzjonijiet u ma saritx pressjoni biss fuq il-Gvern tal- ewwel it snin imma anke fuq il- Gvernijiet ta' wara ... jew inkella sar rikatt, ma nafx,"sostna Joe Cauchi. Huwa għamel referenza għal ritratti personali u intimi li kienu jikkompromettu li membri tal- Kamra tar-Rappreżentanti u li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mill-eks Ministu Lorry Sant. "Kellu mod kif jakkwista ċertu informazzjoni li biha, donnu, jista' jirrikatta," kompla jgħid ħu Lino Cauchi. Tajjeb li nfakkru li Cauchi kien l-accountant ta' Piju Camilleri u li f 'Novembru tal-1981, tliet xhur qabel l-għejbien, saret laqgħa bejn Joe Pace, Camilleri, Joseph Borg, Victor Balzan, in-nutar Joseph Saydon u Lino. Borg u Balzan riedu jibnu fuq art fil-Fgura u biex jingħata l-permess, Camilleri talab 22 plot minnhom. Ġara iżda li fit-8 ta' Diċembru 1981 intlaħaq ehim li fih il- kumpanija ta' Camilleri u Pace ingħataw 22 plot. Minkejja dan, sar ehim ieħor privat imfassal minn Lino. Dan kien jgħid li Camilleri kien se jagħti 30 plot lura lil Borg, bil-patt u l-kundizzjoni li Borg iwaqqaf il-kawża li kellu miuħa fil-Qorti kontrih. Dan il-ehim għeb mill-pussess ta' Cauchi u baqa' qatt ma nstab. Infakkru li l-bagalja ta' Cauchi nstabet vojta u żgassata fic-Chadwick lakes, jumejn wara li għeb. '41 sena inġarrbu l-attakki. Sena wara l-oħra' L-ILLUM tagħmel referenza għall-iżviluppi, jew in-nuqqas tagħhom, f 'dan il-każ. Fl-1982 ġie rraportat nieqes, fl-1985 instab il- katavru, fl-1988 ġie ikkonfermat li l-katavru li nstab kien ta' Lino Cauchi, fl-1989 jindifen u fl-2023 jingħataw kumpens. Seba' snin biex Lino jindifen u 41 sena biex jiġu rikonoxxuti n-nuqqasijiet f 'dan il- każ. "Meta mbagħad tqis li f 'dawn il- 41 sena - sena wara sena- dejjem ġarrabna l-attakki, ma tantx nibqa' konvint li l-investigazzjoni kienet waħda tajba. Aħna domna nistennew ħafna biex xi darba jkun hemm żviluppi. Tant hu hekk li meta nbidel il-Gvern fl- 1987, stennejna l-mirakli, iżda għalxejn," qal Joe. Huwa saħaq li l-biża' tiegħu, anke jekk dan huwa biss suspett, huwa li seta' kien hemm xi theddid lejn awtoritajiet li jinvestigaw jew persuni f 'karigi għolja li setgħu wasslu biex l-investigazzjonijiet ma jsirux kif suppost. "Seta' kien hemm ostakli. Imma dawn huma biss suspetti," qal Joe. Mistoqsi għal min beda jirreferi, huwa saħaq li, "dak iż-żmien, ma kinitx daqstant kerha li Ministru jindaħal fejn ma jesgħux." 'Il-kumpens għalija huwa materjalistiku, mhux importanti. Iżda l-kliem li uża l-Imħallef kien wieħed b'saħħtu' Din il-gazzetta tistaqsi dwar il-mument li esperjenzaw it jiem preċedenti, fil-Qorti. Joe qal li għalih il-kumpens mhux ta' importanza. Qal li l-għażla tal-kliem tal-Imħallef Francesco Depasquale kienet sinifikati u inkredibbli. Għaliex? "Kien hemm nofs il- popolazzjoni, inkluż membri tal- familja, li lanqas kienu jemmnu li dan kien każ daqstant ikrah bl- involviment ta' politiċi," qal Joe. Il-missjoni tal-familja għall- ġustizzja ma waqfitx biss nhar is-26 ta'Jannar meta nqara dan il- kliem. Fil-fatt qed jitolbu biex il- każ jiġi investigat mill- mill-bidu sal-aħħar, biex xi darba il-qattiel jieħu dak li ħaqqu. Din il-gazzetta tagħti xenajru lil Joe u tistaqsih x'kien jgħid lil Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, li kieku kien preżenti fil- kamra fejn saret l-intervista. Stqarr li kieku dan kien il-każ kien ikollu ħafna xi jgħid "u naħseb li ndum sagħtejn inkellmu. Iżda s-suġġeriment tiegħi ikun li jekk imqar jaqbad ma' dettall żgħir, u li forsi huwa ovvju, inkunu nistgħu insibu xi ħaġa aktar fil-fond." 'L-arrest ta' Anna kien wieħed kriminali, li sar minn Laburist ġenwin u li obda ordni' Anna Cauchi, il-mara ta' Lino, kellha biss tliet xhur tqala meta r-raġel tagħha għeb. Ftit xhur wara li welldet u madwar sena mill-għejbien ta' Lino, Anna tiġi arrestata mill-Ispettur Anglu Farrugia, illum Speaker tal- Parlament. Hija baqgħet l-unika persuna arrestata fl-ewwel 20 sena tal-investigazzjoni. Joe qal li l-arrest tal-mara ta' Lino kien wieħed "kriminali u mill-aktar ikrah. Is-suspett tagħna huwa li xi ħadd ordna lill-Ispettur, li kien Laburist ġenwin u dan obda ordni. Ċerti li ma kellux f 'moħħu xi ħaġa kerha, għaliex kien ġenwin." Huwa irrimarka b'dispjaċir u rabja li normalment meta persuna tkun arresta jkun hemm il-minuti ta' x'ħin daħlet, x'ħin ħarġet u x'ġara waqt l-interrogazzjoni. "Iżda f 'dan l-arrest, ma kien hemm xejn. Probabbli jekk kien hemm 100,000 każ, dan l-uniku wieħed li ma kienx hemm rekord tiegħu." L-ILLUM twaqqfu u tirrimarka li tul din l-investigazzjoni din ġrat diversi drabi, inkluż fuq testijiet tal-forensika tal-karozza u tal-bagalja ta' Cauchi, li nstabet żgassata. Din ma tirrabjahx? "Mhux tirrabjani biss. Agħar minn hekk l-arrest sar fuq Anna biss. Arrestaw lil mara, wara li ħadulha lir-raġel waqt li kienet għadha kif twelled, lanqas titwemmen. L-unika persuna arrestata f '20 sena," kompla Joe. Joe tkellem ukoll fuq iben Lino, Paolo, li saħaq li bniedem ma' jistax ma jitkissirx jekk f 'ħajtu ħlief krudeltajiet u tgerfix ma semax. "Il-bambin jaf x'sema'." Hekk kif issemmiet Anna, l-ILLUM tagħmel referenza għal jum wara l-għejbien ta' Lino meta ċertu Charles Zammit minn l-Inland Revenue talab lil Anna biex tingħata l-bagalja (briefcase) addizzjonali li kellu fil-pussess tiegħu Lino. Joe iċċara li, kuntrarju għal dak irrapportat preċedentament, ma kienx hemm it-tieni bagalja iżda kellu biss xi dokumenti taħt it- taraġ. Huwa spjega li fil-qagħda li kienet Anna hija tatu dawn id-dokumenti. "Jekk setgħux jinvestigaw din l-affari aħjar, huwa ovvju. Niem ukoll li forsi Lino kellu xi files li kellhom jingħataw lura lid-dipartiment," kompla Joe. Joe Cauchi ma xtaqx illi jidher wiċċu f 'din l-intervista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023