Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492488

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum aħbarijiet Ħidma bla waqfien wara l-ħerba li ħalliet Helios Il-jum tal-bieraħ kien wieħed mill-aktar impenjattivi għal mijiet ta' ħaddiema minn Clean Malta li kienu għaddejjin bla waqfien inaddfu t-toroq mill- ħerba li ħalliet il-maltempata Helios. F'diversi bnadi, speċjalment dawk kostali fejn kien jaqbel ir-riħ mil-Lvant u wara għall-Grigal b'qawwa ta' riefnu, diversi ħaddiema kienu għaddejjin inaddfu t-toroq minn ġebel, ċagħaq, alka, plastik u ħafna ħmieġ ieħor li ttajjar mal-irjiħat qawwija li laqtu lil pajjiżna fl-aħħar jumejn. Lilhinn mill-postijiet kostali kienet għaddejja ħidma ma taqta' xejn biex jerġgħu jinbnew ħitan tas-sejjieħ jew biex jitnaddfu spralli li ħallew xi toroq - jew partijiet mnnhom - mgħerrqa taħt l-ilma. Malta intlaqgħet minn maltemp kbir, bix-xita kontinwa tibda l-Erbgħa kmieni filgħodu u tibqa' għaddejja prattikament bla waqfien sal-Ġimgħa filgħodu. B'kollox - tgħid il-paġna It- Temp Madwarna fuq Facebook - ix-xita damet nieżla b'mod kontinwu għal 35 siegħa. Tant għamlet xita li huwa kkalkulat li f 'dawn is-sigħat twal niżlet xejn inqas minn medja ta' 141 millimetru xita, bl-aktar milqut ikun in-nofsinhar tal-pajjiż. Fil- fatt, skont ċifri minn din l-istess paġna li titratta esklussivament it-temp f 'pajjiżna, fiż-Żurrieq għamlet xejn inqas minn 192.3mm xita bejn l-Erbgħa u lbieraħ, li tinżel għal 189.7 mm fil-Gudja. Fit-tramuntana xorta għamlet ħafna xita b'164.9 mm f 'San Pawl il-Baħar u 152.8 mm fl-Imġarr. L-inqas li kienet reġistrata xita kien fil-Mellieħa u l-Belt Valetta, fejn xorta iżda kienu kkalkulati 86.4 mm u 88.4 mm xita rispettivament. Fl-Għarb, ix-Xagħra u x-Xewkija f 'Għawdex kienu rresġistrati 138.5mm, 128.6mm u 127.4mm ta' xita rispettivament. Intant skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku mill-1 ta' Settembru sal-lum niżlet medja ta' 420.6 mm ta' xita, bl-aktar postijiet li għmlet xita sa issa ikunu l-Imsida b'517.4 mm u Ħal Luqa b'505.9 mm. Ix-xita mistennija tirritorna għada t-Tnejn u t-Tlieta, skont l-istess Uffiċċju Meteoroloġiku, għalkemm mistennija tkun iżoltata. Ir-riħ se jibqa' jonqos filwaqt li l-ogħla temperatura sal-Erbgħa se titntlaħaq l-Erbgħa stess bi 15-il grad celcius, filwaqt li l-inqas se tkun dik ta' 7 Gradi Celcius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023